LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Kolossin 1:1-4:18
  • Lill-​Kolossin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lill-​Kolossin
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lill-​Kolossin

Lill-​Kolossin

1 Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-​rieda t’Alla,+ u Timotju,+ ħuna, 2 lill-qaddisin u aħwa leali f’unjoni+ maʼ Kristu f’Kolossi:

Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna.+

3 Aħna dejjem irroddu ħajr+ lil Alla, Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, meta nitolbu għalikom,+ 4 għax smajna bil-​fidi tagħkom fi Kristu Ġesù u l-​imħabba li għandkom għall-​qaddisin kollha+ 5 minħabba t-​tama+ li hi merfugħa għalikom fis-​smewwiet.+ Din it-​tama smajtu biha qabel meta qalulkom il-​verità taʼ l-​aħbar tajba+ 6 li ġiet preżentata lilkom. Din issa qed tagħmel il-​frott+ u toktor+ fid-​dinja kollha,+ bħalma qed tagħmel ukoll fostkom, minn dakinhar li smajtu u għaraftu eżatt x’inhi tassew+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla. 7 Dan tgħallimtuh mingħand Epafra,+ il-​maħbub ilsir seħibna, li hu ministru leali tal-​Kristu għan-​nom tagħna, 8 u li wriena wkoll l-​imħabba+ spiritwali tagħkom.

9 Huwa għalhekk ukoll li, minn dakinhar li smajna dwar dan, ma waqafniex nitolbu għalikom+ biex timtlew bl-​għarfien eżatt+ dwar ir-​rieda tiegħu bl-​għerf kollu+ u bl-​abbiltà mogħtija mill-​ispirtu t’Alla biex tifhmu b’mod sħiħ.+ 10 B’hekk tkunu tistgħu timxu kif jixraq+ lil Ġeħova+ bl-​għan li togħġbuh għalkollox hekk kif tkomplu tagħtu l-​frott f’kull għemil tajjeb+ u toktru fl-​għarfien eżatt+ dwar Alla, 11 u ssiru setgħanin bil-​qawwa kollha li tiġi mis-​setgħa glorjuża tiegħu+ sabiex tissaportu+ bis-​sħiħ u tibqgħu tistabru bil-​ferħ. 12 Għalhekk, irroddu ħajr lill-​Missier li għamilkom xierqa biex tieħdu sehem fil-​wirt+ tal-​qaddisin+ li huma fid-​dawl.+

13 Hu ħelisna mill-​awtorità+ tad-​dlam u daħħalna+ fis-​saltna+ taʼ l-​Iben taʼ mħabbtu,+ 14 li permezz tiegħu għandna l-​ħelsien tagħna bil-​fidwa, il-​maħfra taʼ dnubietna.+ 15 Hu x-​xbieha+ t’Alla li ma jidhirx,+ l-​ewwel imwieled+ mill-​ħolqien kollu; 16 għax permezz tiegħu+ nħolqu l-​affarijiet l-​oħrajn kollha fis-​smewwiet u fuq l-​art, dawk viżibbli u dawk inviżibbli, sew jekk huma tronijiet, ħakmiet, gvernijiet, jew awtoritajiet.+ L-​affarijiet l-​oħrajn kollha nħolqu permezz tiegħu+ u għalih. 17 Ukoll, hu kien qabel l-​affarijiet l-​oħrajn kollha+ u permezz tiegħu dawn kollha saru jeżistu.+ 18 Hu r-​ras tal-​ġisem, il-​kongregazzjoni.+ Hu l-​bidu, l-​ewwel imwieled mill-​imwiet,+ sabiex isir l-​ewwel+ wieħed f’kollox; 19 għax Alla raha ħaġa tajba li tgħammar fih il-​milja+ taʼ kollox, 20 u li permezz tiegħu Alla jerġaʼ jħabbeb+ l-​affarijiet l-​oħrajn kollha+ Miegħu billi jagħmel paċi+ magħhom permezz tad-​demm+ li xerred fuq iz-​zokk tat-​tortura,+ kemm l-​affarijiet fuq l-​art u kemm l-​affarijiet fis-​smewwiet.

21 Tabilħaqq, lilkom li darba kontu mbegħdin+ u għedewwa għax moħħkom kien fuq għemejjel mill-​agħar,+ 22 issa jerġaʼ jħabbibkom+ bil-​ġisem fiżiku taʼ dak il-​wieħed permezz taʼ mewtu.+ B’hekk, jistaʼ jippreżentakom imqaddsin u bla difett+ u bla akkuża+ quddiemu, 23 naturalment, dment li tkomplu fil-​fidi,+ stabbiliti fuq il-​pedament+ u sodi+ u ma twarrbux mit-​tama taʼ dik l-​aħbar tajba li smajtu.+ Din l-​aħbar tajba kienet pridkata+ fil-​ħolqien kollu+ li hu taħt is-​sema, u tagħha, jien, Pawlu, sirt ministru.+

24 Jien issa qed nifraħ fis-​sofferenzi tiegħi għalikom,+ u jien, mill-​banda l-​oħra, qed intemm f’ġismi dak li jonqos mit-​tribulazzjonijiet+ tal-​Kristu għan-​nom taʼ ġismu, li hi l-​kongregazzjoni.+ 25 Jien sirt ministru+ taʼ din il-​kongregazzjoni fi qbil mal-​prokura+ mingħand Alla li ngħatatli fl-​interess tagħkom biex nippriedka l-​kelma t’Alla bis-​sħiħ, 26 is-sigriet sagru+ li kien moħbi għas-​sistemi+ u l-​ġenerazzjonijiet li għaddew. Imma issa ntwera+ lill-​qaddisin tiegħu, 27 li lilhom Alla għoġbu jgħarrfilhom x’inhuma r-​rikkezzi glorjużi+ taʼ dan is-​sigriet sagru+ fost il-​ġnus. Dan hu Kristu+ f’unjoni magħkom, it-​tama li tieħdu sehem fil-​glorja tiegħu.+ 28 Lil dan aħna qegħdin inxandru,+ waqt li nwissu u ngħallmu lil kull bniedem fl-​għerf kollu,+ sabiex nippreżentaw lil kull bniedem komplut+ f’unjoni maʼ Kristu. 29 Għal dan l-​għan jien tassew qed naħdem iebes, u nistinka+ permezz tal-​qawwa tiegħu+ li qed taħdem fija.+

2 Għax irridkom tirrealizzaw x’taqbida+ kbira qed ikolli għan-​nom tagħkom u taʼ dawk f’Laodiċija+ u taʼ dawk kollha li qatt ma rawni wiċċ imbwiċċ, 2 sabiex qlubhom jitfarrġu+ u jingħaqdu flimkien b’mod armonjuż fl-​imħabba+ bl-​iskop li jiksbu r-​rikkezzi kollha—jiġifieri, li jifhmu b’mod ċar u ċert+—u jaslu għal għarfien eżatt dwar is-​sigriet sagru t’Alla, jiġifieri, Kristu.+ 3 Fih hemm moħbijin bil-​għaqal it-​teżori kollha taʼ l-​għerf u taʼ l-​għarfien.+ 4 Dan qed ngħidu biex ebda bniedem ma jidħaq bikom b’argumenti konvinċenti.+ 5 Għax għalkemm m’iniex magħkom fil-​ġisem, xorta waħda qiegħed magħkom fl-​ispirtu,+ u nifraħ meta nara kemm qed timxu bl-​ordni+ u kemm hi soda l-​fidi tagħkom+ fi Kristu.

6 Għalhekk, ladarba aċċettajtu lil Kristu Ġesù l-​Mulej, ibqgħu mexjin f’unjoni+ miegħu, 7 agħmlu l-​għeruq+ u nbnew+ fih u ssodaw fil-​fidi,+ bħalma ġejtu mgħallmin, waqt li troddu ħajr b’abbundanza taʼ fidi.+

8 Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom+ taħt difrejh b’filosofija+ u qerq fieragħ+ skond it-​tradizzjoni tal-​bnedmin, skond l-​affarijiet elementari+ tad-​dinja u mhux skond Kristu; 9 għax fih tgħammar u tidher il-​milja+ kollha tad-​divinità.+ 10 Għalhekk, permezz tiegħu ma jonqoskom xejn, għax hu l-​kap taʼ kull gvern u awtorità.+ 11 Peress li intom imseħbin+ miegħu, kontu ċirkonċiżi+ wkoll b’ċirkonċiżjoni li mhix imwettqa bl-​idejn, billi nżajtu l-​ġisem midneb,+ biċ-​ċirkonċiżjoni tal-​Kristu, 12 għax intom kontu midfunin miegħu fil-​magħmudija tiegħu,+ u peress li intom imseħbin miegħu kontu wkoll imqajmin+ flimkien bil-​fidi tagħkom+ fil-​ħidma+ t’Alla, li qajmu mill-​mewt.+

13 Iktar minn hekk, għalkemm kontu mejtin fin-​nuqqasijiet tagħkom u ma kontux ċirkonċiżi f’ġisimkom, Alla takom il-​ħajja flimkien miegħu.+ Hu b’qalb tajba ħafrilna dnubietna kollha+ 14 u ħassar+ il-​kitba+ kontra tagħna, li kienet tikkonsisti f’digrieti+ u li kienet topponina,+ u neħħieha min-​nofs billi sammarha+ maz-​zokk tat-​tortura.+ 15 Permezz taʼ dan iz-​zokk tat-​tortura, neżżaʼ għalkollox lill-​gvernijiet u lill-​awtoritajiet,+ u għamel wirja bihom fil-​pubbliku, bħala mirbuħin,+ f’parata trijonfali.+

16 Għalhekk, tħallu lill-​ebda bniedem jiġġudikakom+ dwar l-​ikel u x-​xorb+ jew dwar xi festa+ jew xi osservanza tal-​qamar ġdid+ jew tas-​Sabat;*+ 17 għax dawn l-​affarijiet huma dell+ taʼ dak li għandu jiġi, imma r-​realtà+ hi tal-​Kristu.+ 18 Tħallu lill-​ebda bniedem iċaħħadkom+ mill-​premju,+ għax hawn min jitgħaxxaq b’umiltà falza u b’għamla taʼ qima lejn l-​anġli. Bniedem bħal dan “joqgħod iktar fuq” l-​affarijiet li ra; jintefaħ bih innifsu mingħajr raġuni xierqa bil-​mentalità tal-​laħam midneb, 19 u ma jżommx sod mar-​ras,+ maʼ dak li minnu l-​ġisem kollu, li hu fornut u magħqud flimkien+ b’mod armonjuż permezz tal-​ġogi u l-​ligamenti, ikompli jikber bit-​tkabbir li jagħtih Alla.+

20 Jekk mittu+ flimkien maʼ Kristu rigward l-​affarijiet elementari+ tad-​dinja,+ għala qiskom qed tgħixu fid-​dinja u tkomplu toqogħdu għad-​digrieti:+ 21 “Taqbadx, idduqx,+ u tmissx,”+ 22 f’dawk l-​affarijiet li huma kollha destinati għall-​qerda peress li jintużaw għalkollox, fi qbil mal-​kmandi u t-​tagħlim tal-​bnedmin?+ 23 Veru li dawn l-​affarijiet minn barra jidhru li fihom xi għerf f’atti sforzati taʼ qima u umiltà falza, trattament aħrax tal-​ġisem,+ imma ma jiswew xejn fil-​ġlieda kontra x-​xewqat tal-​laħam midneb.+

3 Madankollu, jekk intom ġejtu mqajmin+ mal-​Kristu, ibqgħu fittxu l-​affarijiet t’hemm fuq,+ fejn il-​Kristu qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​leminija t’Alla.+ 2 Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq,+ mhux fuq dawk taʼ l-​art.+ 3 Għax intom mittu,+ u ħajjitkom+ inħbiet mal-​Kristu f’unjoni+ m’Alla. 4 Meta jidher il-​Kristu, il-​ħajja tagħna,+ imbagħad intom ukoll tidhru+ miegħu fil-​glorja.+

5 Għalhekk, mewtu+ l-​membri+ taʼ ġisimkom li qegħdin fuq l-​art fejn tidħol iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, l-​aptit sesswali,+ ix-​xewqa li twassal għall-​ħsara, u x-​xenqa b’għira,+ li hi idolatrija. 6 Minħabba dawn l-​affarijiet ġejja l-​korla t’Alla.+ 7 Intom, ukoll, kontu timxu f’dawn l-​affarijiet meta kontu tgħixu fihom.+ 8 Imma issa qisu li twarrbuhom kollha,+ il-​korla, ir-​rabja, il-​ħażen, it-​tgħajjir,+ u l-​kliem oxxen+ minn fommkom. 9 Tigdbux lil xulxin.+ Inżgħu l-​personalità l-​qadima+ bid-​drawwiet tagħha, 10 u ilbsu l-​personalità l-​ġdida,+ li permezz taʼ l-​għarfien eżatt qed tiġġedded skond ix-​xbieha+ taʼ Dak li ħalaqha, 11 li fiha la hemm Grieg u lanqas Lhudi, la ċirkonċiż u lanqas m’huwiex, la barrani, la Skita,* la lsir u lanqas ħieles,+ imma Kristu hu kollox u f’kulħadd.+

12 Għaldaqstant, bħala l-​magħżulin t’Alla,+ imqaddsin u maħbubin, ilbsu sentimenti profondi taʼ mogħdrija,+ u qalb tajba, umiltà,+ ħlewwa,+ u sabar fit-​tul.+ 13 Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb+ jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta+ kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb,+ agħmlu hekk intom ukoll. 14 Imma, minbarra dawn l-​affarijiet kollha, ilbsu l-​imħabba,+ għax hi rabta+ perfetta li tgħaqqad.

15 Ukoll, ħallu l-​paċi+ tal-​Kristu jkollha kontroll fi qlubkom,+ għax, fil-​fatt, intom kontu msejħin għaliha f’ġisem wieħed.+ U uru li intom grati. 16 Ħa tgħammar fikom il-​kelma tal-​Kristu b’mod għani bl-​għerf kollu.+ Komplu għallmu+ u widdbu lil xulxin b’salmi,+ tifħir lil Alla, għanjiet spiritwali+ b’radd il-​ħajr, u kantaw fi qlubkom lil Ġeħova.+ 17 U kulma tgħidu jew tagħmlu,+ agħmluh f’isem il-​Mulej Ġesù,+ waqt li troddu ħajr+ lil Alla l-​Missier permezz tiegħu.

18 Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-​Mulej. 19 Intom irġiel miżżewġin, ibqgħu ħobbu lin-​nisa tagħkom+ u tkunux ħorox magħhom.+ 20 Intom tfal, obdu+ lill-​ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob lill-​Mulej. 21 Intom missirijiet, iddejquhomx lil uliedkom,+ sabiex ma jaqtgħux qalbhom. 22 Intom ilsiera, obdu f’kollox lis-​sidien tagħkom tad-​demm u l-​laħam,+ mhux għal għajn in-​nies, biex togħġbu lill-​bnedmin,+ imma bis-​sinċerità tal-​qalb, bil-​biżaʼ minn Ġeħova.+ 23 Kulma tagħmlu, agħmluh b’ruħkom kollha+ qisu għal Ġeħova,+ u mhux għall-​bnedmin, 24 għax tafu li mingħand Ġeħova+ se tirċievu l-​premju mistħoqq tal-​wirt.+ Tjassru għas-​Sid, Kristu.+ 25 Min jagħmel il-​ħażen żgur se jitħallas+ tal-​ħażen li jkun għamel, u m’hemm ebda parzjalità.+

4 Intom sidien, ibqgħu ttrattaw lill-​ilsiera tagħkom+ bil-​ġustizzja u bis-​sewwa, billi tafu li intom ukoll għandkom Sid fis-​sema.+

2 Ipperseveraw fit-​talb,+ u ibqgħu mqajmin spiritwalment waqt li titolbu b’radd il-​ħajr,+ 3 waqt li fl-​istess ħin itolbu wkoll għalina,+ sabiex Alla jiftħilna bieb+ biex inxandru l-​kelma u ngħidu s-​sigriet sagru+ dwar il-​Kristu, li għalih, fil-​fatt, jien qiegħed marbut fil-​ħabs;+ 4 sabiex nirrivelah kif imissni nagħmel.+

5 Ibqgħu mexjin bl-​għerf maʼ dawk li huma barra,+ u użaw il-​ħin bl-​aħjar mod.*+ 6 Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa,+ imħawwar bil-​melħ,+ sabiex tkunu tafu kif għandkom twieġbu+ lil kulħadd.

7 Tikiku,+ ħija l-​maħbub u ministru leali u lsir sieħbi fil-​Mulej, se jgħarrafkom kollox dwari. 8 Għalhekk qed nibagħthulkom, biex tkunu tafu dwarna u jfarrġilkom qlubkom.+ 9 Miegħu qed nibgħat ukoll lil Oneżimu,+ ħija maħbub u leali, li hu wieħed minnkom. Dawn se jgħarrfukom b’kulma qed jiġri hawnhekk.

10 Aristarku,+ sieħbi fil-​ħabs, jibgħat iselli għalikom, kif ukoll Marku,+ il-​kuġin taʼ Barnaba, (li dwaru ħadtu ordnijiet biex tilqgħuh+ jekk xi darba jiġi għandkom,) 11 u Ġesù, li jgħidulu Ġustu; dawn huma miċ-​ċirkonċiżi. Huma biss jaħdmu miegħi għas-​saltna t’Alla, u għalija saru għajnuna li ssaħħaħni. 12 Epafra,+ li hu wieħed minnkom u lsir taʼ Kristu Ġesù, jibgħat iselli għalikom. Hu dejjem jistinka għalikom fit-​talb tiegħu, sabiex fl-​aħħarnett tkunu sħaħ+ u jkollkom konvinzjoni soda fir-​rieda kollha t’Alla. 13 Jien tabilħaqq nixhidlu li hu jitħabat ħafna għalikom u għal dawk f’Laodiċija+ u f’Ġerapoli.

14 Luqa,+ it-​tabib maħbub, iselli għalikom, u anki Dema.+ 15 Selluli għall-​aħwa f’Laodiċija, u għal Nimfa u għall-​kongregazzjoni li tiltaqaʼ f’darha.+ 16 U meta tkunu qrajtu din l-​ittra, araw li tinqara+ wkoll fil-​kongregazzjoni tal-​Laodikin u li intom taqraw ukoll dik taʼ Laodiċija. 17 Ukoll, għidu lil Arkippu:+ “Ħu ħsieb il-​ministeru li aċċettajt fil-​Mulej, u qis li twettqu.”

18 Din hi t-​tislija tiegħi, Pawlu, minn idi stess.+ Komplu żommu f’moħħkom l-​irbit tiegħi+ fil-​ħabs. Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

It-terminu “Skita” kien jimplika wkoll “l-​agħar fost in-​nies mhux ċivilizzati.”

Letteralment, “ixtru l-​ħin stabbilit.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja