LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 1 Tessalonikin 1:1-5:28
  • L-​Ewwel lit-​Tessalonikin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Ewwel lit-​Tessalonikin
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-​Ewwel lit-​Tessalonikin

L-​Ewwel lit-​Tessalonikin

1 Pawlu u Silvanu*+ u Timotju+ lill-​kongregazzjoni tat-​Tessalonikin f’unjoni+ m’Alla l-​Missier u l-​Mulej Ġesù Kristu:

Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom.+

2 Aħna dejjem irroddu ħajr lil Alla meta nsemmukom ilkoll fit-​talb tagħna,+ 3 għax bla waqfien inżommu f’moħħna l-​għemil tagħkom li ġej mill-​fidi+ u t-​taħbit tagħkom bl-​imħabba u s-​sabar tagħkom minħabba t-​tama tagħkom+ fil-​Mulej tagħna Ġesù Kristu quddiem Alla u Missierna. 4 Għax nafu, aħwa maħbubin minn Alla, li ġejtu magħżulin minnu,+ 5 għax l-​aħbar tajba li nippridkaw ma ġietx fostkom bil-​kliem biss imma wkoll bil-​qawwa+ u bl-​ispirtu qaddis u b’konvinzjoni sħiħa,+ bħalma tafu kif ġibna ruħna magħkom għall-​ġid tagħkom;+ 6 u bdejtu timitaw+ lilna u lill-​Mulej,+ peress li aċċettajtu l-​kelma bil-​ferħ taʼ l-​ispirtu qaddis+ minkejja ħafna tribulazzjoni,+ 7 u b’hekk sirtu eżempju għal dawk kollha fil-​Maċedonja* u l-​Akaja* li jemmnu.

8 Il-fatt hu li mhux biss fil-​Maċedonja u fl-​Akaja l-​kelma taʼ Ġeħova+ nstemgħet mingħandkom, imma l-​fidi tagħkom+ f’Alla xterdet f’kull post,+ tant li m’għandna għalfejn ngħidu xejn. 9 Għax huma stess għadhom jgħidu dwar kif dħalna fostkom l-​ewwel darba u kif dortu lejn Alla mill-​idoli tagħkom+ biex titjassru għal Alla ħaj+ u veru,+ 10 u tistennew+ lil Ibnu mis-​smewwiet,+ li qajmu mill-​imwiet,+ jiġifieri, lil Ġesù, li jeħlisna mill-​korla li ġejja.+

2 Żgur li intom stess tafu, aħwa, li ż-​żjara tagħna+ għandkom ma kinitx bla frott,+ 2 imma wara li sofrejna+ u konna mżebilħin+ f’Filippi,+ bħalma tafu, għamilna l-​qalb permezz t’Alla tagħna biex ngħidulkom+ l-​aħbar tajba t’Alla b’taħbit kbir. 3 Għax it-​twiddiba li nagħtukom mhix ġejja minn xi żball jew xi nuqqas taʼ ndafa+ jew mogħtija bil-​qerq, 4 imma, bħalma ġejna misjubin xierqa minn Alla biex niġu fdati+ bl-​aħbar tajba, hekk nitkellmu, mhux biex nogħġbu+ lill-​bnedmin imma lil Alla, li jgħarbel lil qlubna.+

5 Fil-fatt, bħalma tafu, qatt ma ġejna bi kliem melliesi+ jew bi skuża+ għar-​regħba,*+ hemm Alla xhud! 6 Lanqas ma fittixna l-​glorja mingħand il-​bnedmin,+ le, la mingħandkom u lanqas mingħand oħrajn, għalkemm stajna nkunu taʼ piż finanzjarju+ bħala appostli taʼ Kristu. 7 Għall-kuntrarju, ġibna ruħna b’mod ġentili fostkom, bħal kif omm li treddaʼ tgħożż+ lil uliedha. 8 Għalhekk, peress li għandna affezzjoni tenera lejkom,+ konna kuntenti ħafna li mhux biss nagħtukom l-​aħbar tajba t’Alla, imma wkoll ruħna stess,+ għax sirtu għeżież+ għalina.

9 Aħwa, intom żgur li żżommu f’moħħkom it-​taħbit u t-​tbatija tagħna. Ħdimna+ lejl u nhar, biex ma nkunux taʼ piż finanzjarju għal xi ħadd minnkom,+ waqt li ppridkajnielkom l-​aħbar tajba t’Alla. 10 Intom xhieda, bħalma hu Alla, taʼ kemm urejna li aħna leali u ġusti u bla ħtija+ magħkom li temmnu. 11 Fi qbil maʼ dan, intom tafu tajjeb li, bħalma jagħmel missier+ maʼ wliedu, aħna bqajna nwiddbu+ lil kull wieħed minnkom, u nfarrġukom u nħeġġukom, 12 bl-għan li tibqgħu mexjin+ kif jixraq quddiem Alla li qed isejħilkom+ għas-​saltna+ u l-​glorja tiegħu.

13 Tabilħaqq, huwa għalhekk ukoll li rroddu ħajr lil Alla bla heda,+ għax meta rċivejtu l-​kelma t’Alla,+ li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-​kelma tal-​bnedmin,+ imma bħalma hi tassew, bħala l-​kelma t’Alla, li qed taħdem ukoll fikom li temmnu.+ 14 Għax aħwa, intom imitajtu lill-​kongregazzjonijiet t’Alla li hemm fil-​Lhudija f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, għax intom ukoll bdejtu ssofru+ min-​nies taʼ pajjiżkom l-​istess affarijiet li qed isofru huma mil-​Lhud, 15 li qatlu saħansitra lill-​Mulej Ġesù+ u lill-​profeti+ u ppersegwitaw lilna.+ Iktar minn hekk, mhux qed jogħġbu lil Alla, imma huma kontra l-​interessi tal-​bnedmin kollha, 16 għax jipprovaw ifixkluna+ milli nkellmu lin-​nies tal-​ġnus biex dawn ikunu jistgħu jiġu salvati,+ u b’hekk dejjem jimlew il-​kejl+ taʼ dnubiethom. Imma l-​korla tiegħu sa fl-​aħħar ġiet fuqhom.+

17 Min-naħa tagħna, aħwa, meta għal żmien qasir konna mifrudin minnkom, fil-​persuna, mhux fil-​qalb, stinkajna ferm iktar mis-​soltu b’xewqa kbira biex naraw wiċċkom.+ 18 Għal din ir-​raġuni ridna niġu għandkom, iva, jien Pawlu, għal darba darbtejn, imma Satana għalqilna t-​triq. 19 Għax x’inhi t-​tama jew il-​ferħ jew il-​kuruna+ taʼ l-​hena tagħna—ara, mhux fil-​fatt intom?—quddiem il-​Mulej tagħna Ġesù fil-​preżenza tiegħu?+ 20 Żgur li intom il-​glorja u l-​ferħ tagħna.

3 Għalhekk, meta ma flaħniex iktar, rajna li jkun tajjeb li nibqgħu waħedna Ateni;+ 2 u bgħatna lil Timotju,+ ħuna u ministru t’Alla fl-​aħbar tajba+ dwar il-​Kristu, sabiex jissodakom u jfarraġkom għall-​ġid tal-​fidi tagħkom, 3 biex ħadd ma jitħarrek minħabba dawn it-​tribulazzjonijiet.+ Għax intom stess tafu li aħna maħturin għal dan.+ 4 Fil-fatt, ukoll, meta konna magħkom, konna ngħidulkom minn qabel+ li kellna nsofru t-​tribulazzjoni,+ bħalma ġara tassew u bħalma tafu.+ 5 Tabilħaqq, kien għalhekk li, meta ma flaħtx iktar, bgħattu biex inkun naf dwar il-​fedeltà tagħkom,+ għax forsi t-​Tentatur+ ittantakom b’xi mod, u l-​ħidma tagħna sfat fix-​xejn.+

6 Imma Timotju għadu kif ġie għandna mingħandkom+ u tana l-​aħbar tajba dwar il-​fedeltà u l-​imħabba tagħkom,+ u li għadkom dejjem tiftakruna fit-​tajjeb, u tixtiequ tarawna bl-​istess mod bħalma aħna wkoll nixtiequ naraw lilkom.+ 7 Aħwa, għalhekk tfarraġna+ bikom fil-​bżonn u t-​tribulazzjoni kollha tagħna minħabba l-​fedeltà li turu,+ 8 għax issa ngħixu jekk iżżommu sod fil-​Mulej.+ 9 Għax liema radd il-​ħajr nistgħu nagħtu lil Alla dwarkom biex inpattulu għall-​ferħ kollu li għandna+ minħabba fikom quddiem Alla tagħna, 10 waqt li lejl u nhar nitolbu b’ħerqa+ ferm akbar mis-​soltu biex naraw wiċċkom u nagħmlu tajjeb għal dak li hu nieqes fil-​fidi tagħkom?+

11 Issa jalla Missierna u Alla tagħna u l-​Mulej tagħna Ġesù+ jidderiġuna b’suċċess fi triqitna lejkom. 12 Iktar minn hekk, jalla l-​Mulej iġegħelkom tiżdiedu,+ iva, iġegħelkom toktru, fl-​imħabba+ lejn xulxin u lejn kulħadd, saħansitra bħalma aħna nħobbu lilkom; 13 bl-għan li jagħmel lil qlubkom sodi u bla ħtija+ fil-​qdusija quddiem Alla tagħna u Missierna fil-​preżenza+ tal-​Mulej tagħna Ġesù mal-​qaddisin kollha tiegħu.+

4 Fl-aħħar, aħwa, nitolbukom u nħeġġukom permezz tal-​Mulej Ġesù li, bħalma rċivejtu l-​istruzzjoni mingħandna dwar kif għandkom timxu+ u togħġbu lil Alla, u bħalma fil-​fatt qed timxu, tkomplu tagħmlu dan iktar bis-​sħiħ.+ 2 Għax tafu x’ordnijiet+ tajniekom permezz tal-​Mulej Ġesù.

3 Għax dan hu li jrid Alla, li titqaddsu,+ li titbiegħdu miż-​żína;+ 4 li kull wieħed minnkom ikun jaf kif jikkontrolla ġismu+ bil-​qdusija+ u bl-​unur, 5 mhux b’aptit sesswali mimli xenqa+ bħalma għandhom ukoll dawk il-​ġnus+ li ma jafux lil Alla;+ 6 li ħadd ma jasal sal-​punt li jagħmel il-​ħsara lil ħuh u jmur kontra d-​drittijiet tiegħu f’din il-​ħaġa,+ għax Ġeħova jagħti l-​kastig għal dan kollu,+ bħalma għednielkom minn qabel u tajniekom ukoll xiehda bir-​reqqa.+ 7 Għax Alla ma sejħilniex biex iħallina fin-​nuqqas taʼ ndafa, imma biex inkunu mqaddsin.+ 8 Għalhekk, mela, min juri indifferenza,+ ma jkunx qed juri indifferenza lejn il-​bniedem, imma lejn Alla,+ li jpoġġi l-​ispirtu qaddis tiegħu+ fikom.

9 Iżda, dwar l-​imħabba lejn l-​aħwa,+ m’hemmx bżonn niktbulkom aħna, għax intom mgħallmin minn Alla+ biex tħobbu lil xulxin;+ 10 u, fil-​fatt, dan qed tagħmluh maʼ l-​aħwa kollha fil-​Maċedonja kollha. Imma, aħwa, inħeġġukom biex tibqgħu tagħmlu dan iktar bis-​sħiħ, 11 u tagħmluha l-​mira tagħkom li tgħixu bil-​kwiet+ u ma tindaħlux fl-​affarijiet taʼ ħaddieħor+ u taħdmu b’idejkom,+ bħalma ordnajnielkom; 12 sabiex timxu b’mod deċenti+ f’għajnejn in-​nies taʼ barra+ u ma jkun jonqoskom xejn.+

13 Iktar minn hekk, aħwa, ma rridukomx ma tkunux tafu dwar dawk li huma reqdin+ fil-​mewt; biex ma ssewdux qalbkom bħall-​oħrajn li m’għandhomx tama.+ 14 Għax jekk il-​fidi tagħna hi li Ġesù miet u reġaʼ qam,+ hekk ukoll dawk li raqdu fil-​mewt f’unjoni maʼ Ġesù, Alla se jġibhom miegħu.+ 15 Għax dan ngħidulkom bil-​kelma taʼ Ġeħova,+ li aħna l-​ħajjin li nibqgħu sal-​preżenza tal-​Mulej+ żgur li m’aħniex se niġu qabel dawk li raqdu fil-​mewt; 16 għax il-​Mulej stess jinżel mis-​sema+ b’sejħa taʼ kmand, b’leħen t’arkanġlu+ u bit-​trumbetta t’Alla,+ u l-​mejtin f’unjoni maʼ Kristu jqumu l-​ewwel.+ 17 Wara dan, aħna l-​ħajjin li nkunu għadna hawnhekk nittieħdu+ fis-​sħab+ magħhom+ biex niltaqgħu+ mal-​Mulej fl-​ajru; u b’hekk inkunu dejjem mal-​Mulej.+ 18 Għaldaqstant ibqgħu farrġu lil xulxin b’dan il-​kliem.

5 Issa rigward iż-​żminijiet u l-​istaġuni,+ aħwa, m’għandkom bżonn li niktbulkom xejn. 2 Għax intom stess tafu tajjeb li jum+ Ġeħova ġej eżattament bħal ħalliel bil-​lejl.+ 3 Meta jkunu+ qed jgħidu: “Paċi+ u sigurtà!” imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda+ f’daqqa bħall-​weġgħa tal-​ħlas fuq mara tqila;+ u żgur ma jeħilsuhiex.+ 4 Imma intom, aħwa, m’intomx fid-​dlam,+ biex dak il-​jum jiġi fuqkom bħalma jagħmel lill-​ħallelin,+ 5 għax intom ilkoll ulied id-​dawl+ u wlied il-​jum.+ Aħna la aħna tal-​lejl u lanqas tad-​dlam.+

6 Għalhekk, mela, ħa ma nibqgħux reqdin+ bħalma jagħmlu l-​oħrajn,+ imma ħa nibqgħu mqajmin+ u f’sensina.+ 7 Għax min jorqod+ imdorri jorqod bil-​lejl,+ u min jisker is-​soltu jisker bil-​lejl. 8 Imma aħna li aħna tal-​jum, ħa nibqgħu f’sensina u nilbsu l-​kurazza+ tal-​fidi+ u l-​imħabba u bħala elmu+ t-​tama tas-​salvazzjoni;+ 9 għax Alla m’għażilniex għall-​għadab,+ imma biex niksbu s-​salvazzjoni+ permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 10 Hu miet għalina,+ biex, sew jekk nibqgħu mqajmin u sew jekk inkunu reqdin, ngħixu flimkien miegħu.+ 11 Għalhekk, ibqgħu farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin,+ bħalma fil-​fatt qed tagħmlu.+

12 Issa nitolbukom, aħwa, biex tistmaw lil dawk li qegħdin jaħdmu iebes fostkom u jippresiedu+ fuqkom fil-​Mulej u jwissukom; 13 u turuhom konsiderazzjoni kbira bl-​imħabba għax-​xogħol tagħhom.+ Żommu l-​paċi bejnietkom.+ 14 Mill-banda l-​oħra, inħeġġukom, aħwa, wissu lil min ma jimxix bl-​ordni,+ ikkonslaw lid-​dipressi,+ wieżnu lid-​dgħajfin, uru sabar fit-​tul+ lejn kulħadd. 15 Araw li ħadd ma jrodd ħsara bi ħsara lil ħaddieħor,+ imma dejjem fittxu l-​ġid taʼ xulxin u taʼ kulħadd.+

16 Thennew dejjem.+ 17 Itolbu bla waqfien.+ 18 Roddu ħajr f’kollox.+ Għax din hi r-​rieda t’Alla f’unjoni maʼ Kristu Ġesù għalikom. 19 Titfux in-​nar taʼ l-​ispirtu.+ 20 Tiddisprezzawx l-​ipprofetizzar.+ 21 Aċċertaw ruħkom minn kollox;+ żommu sod mat-​tajjeb.+ 22 Tbiegħdu minn kull xorta taʼ ħażen.+

23 L-Alla tal-​paċi+ nnifsu jqaddiskom kompletament.+ Jalla l-​ispirtu u r-​ruħ u l-​ġisem tagħkom, aħwa, ikunu sħaħ f’kull aspett u jinżammu bla ħtija għall-​preżenza tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 24 Dak li qed isejħilkom hu leali, u wkoll se jagħmel dan.

25 Aħwa, komplu itolbu għalina.+

26 Agħtu merħba lill-​aħwa kollha b’bewsa qaddisa.+

27 Qed nobbligakom solennement bil-​Mulej biex din l-​ittra tinqara lill-​aħwa kollha.+

28 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom.

Jew, “Sila.”

Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.

Ara At 18:12, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “għax-​xenqa b’għira.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja