It-Tieni lit-Tessalonikin
1 Pawlu u Silvanu* u Timotju+ lill-kongregazzjoni tat-Tessalonikin f’unjoni m’Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu:
2 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu.+
3 Aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom,+ aħwa, għax hekk jixraq, peress li l-fidi tagħkom qed tikber+ bil-bosta u l-imħabba taʼ kull wieħed minnkom qed tiżdied lejn l-ieħor.+ 4 Għaldaqstant, aħna kburin+ bikom fost il-kongregazzjonijiet t’Alla minħabba s-sabar u l-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet kollha tagħkom u t-tribulazzjonijiet li qed tissaportu.+ 5 Dan hu prova tal-ġudizzju ġust t’Alla,+ li jwassal biex titqiesu denji tas-saltna t’Alla,+ li għaliha tassew qed tbatu.+
6 Dan hu fi qbil mal-fatt li hu ġust min-naħa t’Alla li jpatti bi tribulazzjoni lil dawk li jaqilgħulkom it-tribulazzjoni,+ 7 imma lilkom li ssofru t-tribulazzjoni, serħan flimkien magħna fir-rivelazzjoni+ tal-Mulej Ġesù mis-sema maʼ l-anġli setgħanin tiegħu+ 8 f’nar iħeġġeġ, hekk kif iġib vendetta+ fuq dawk li ma jafux lil Alla+ u dawk li ma jobdux+ l-aħbar tajba dwar il-Mulej tagħna Ġesù.+ 9 Dawn l-istess nies jieħdu l-kastig ġudizzjarju+ taʼ qerda għal dejjem+ ’il bogħod minn quddiem il-Mulej u mill-glorja tas-saħħa tiegħu,+ 10 meta jiġi biex ikun glorifikat mal-qaddisin tiegħu+ u biex f’dak il-jum jitqies b’ammirazzjoni fost dawk kollha li eżerċitaw fidi, għax ix-xiehda li tajna ntlaqgħet b’fidi fostkom.
11 Tabilħaqq, għal dan l-għan dejjem nitolbu għalikom biex Alla tagħna jqiskom denji tas-sejħa tiegħu+ u jwettaq bis-sħiħ u bil-qawwa kulma jogħġbu f’dik li hi tjubija u fl-għemil tal-fidi tagħkom; 12 sabiex isem il-Mulej tagħna Ġesù jiġi glorifikat fikom,+ u intom f’unjoni+ miegħu, fi qbil mal-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla tagħna u tal-Mulej Ġesù Kristu.
2 Madankollu, aħwa, dwar il-preżenza+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu u l-ġbir tagħna flimkien miegħu,+ nitolbukom 2 biex ma titilfux malajr ir-raġuni tagħkom, lanqas għandkom teċċitaw ruħkom b’xi espressjoni mnebbħa+ jew b’xi messaġġ bil-fomm,+ jew b’xi ittra+ li tkun qisha ġejja mingħandna, bħallikieku l-jum+ taʼ Ġeħova qiegħed hawn.
3 Tħallu lil ħadd iqarraq bikom b’xi mod, għax ma jiġix jekk l-ewwel ma tiġix l-apostasija+ u jiġi rivelat+ il-bniedem bla liġi,+ bin il-qerda.+ 4 Hu jiħodha kontra+ u jitgħolla fuq kulmin jissejjaħ “alla” jew fuq kull oġġett taʼ qima, u b’hekk ipoġġi bil-qiegħda fit-tempju taʼ L-Alla, waqt li juri lilu nnifsu pubblikament li hu alla.+ 5 Ma tiftakrux li, waqt li kont għadni magħkom, kont ngħidhulkom+ dan?
6 U għalhekk issa tafu x’inhu+ li qed iżommu lura,+ sabiex jiġi rivelat meta jasal waqtu.+ 7 Veru, il-misteru taʼ din is-sitwazzjoni bla liġi diġà qed jaħdem,+ imma jibqaʼ misteru biss sakemm dak li bħalissa qed iżommu lura jiġi mneħħi min-nofs.+ 8 Imbagħad, tabilħaqq, jiġi rivelat il-bniedem bla liġi li l-Mulej Ġesù jwarrbu bl-ispirtu taʼ fommu+ u jġibu fix-xejn bil-manifestazzjoni+ tal-preżenza tiegħu.+ 9 Imma l-preżenza tal-bniedem bla liġi hi skond il-ħidma+ taʼ Satana b’kull għemil setgħan u b’sinjali giddibin u għeġubijiet+ 10 u b’kull qerq inġust+ għal dawk li qed jinqerdu,+ bi tpattija talli m’aċċettawx l-imħabba+ għall-verità biex jiġu salvati.+ 11 Huwa għalhekk li Alla jħalli l-iżball jaħdem fuqhom, sabiex jaslu li jemmnu l-gidba,+ 12 u lkoll jiġu ġudikati għax m’emmnux il-verità+ imma ħadu gost bl-inġustizzja.+
13 Madankollu, aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom, aħwa maħbubin minn Ġeħova, għax Alla għażilkom+ mill-bidu għas-salvazzjoni billi qaddiskom+ bl-ispirtu+ u bil-fidi tagħkom fil-verità.+ 14 Għal dan l-għan sejħilkom permezz taʼ l-aħbar tajba li nxandru,+ biex tiksbu l-glorja tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 15 Mela, allura, aħwa, żommu sod+ u ibqgħu fit-tradizzjonijiet+ li kontu mgħallmin b’xi messaġġ bil-fomm jew b’xi ittra mingħandna. 16 Iktar minn hekk, jalla l-Mulej tagħna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbewna+ u b’qalb tajba mhix mistħoqqa tawna faraġ dejjiemi u tama sabiħa,+ 17 ifarrġu lil qlubkom u jissodawkom f’kull għemil u kelma tajba.+
3 Fl-aħħarnett, aħwa, komplu itolbu għalina,+ biex il-kelma taʼ Ġeħova+ tibqaʼ tixtered bil-ħeffa+ u tkun glorifikata bħalma fil-fatt hi fostkom; 2 u biex ninħelsu minn bnedmin mill-agħar li jagħmlu l-ħsara,+ għax mhux kulħadd għandu l-fidi.+ 3 Imma l-Mulej hu leali, u jissodakom u jħariskom mill-Ħażin.+ 4 Iktar minn hekk, għandna fiduċja+ fikom fil-Mulej, li qed tagħmlu u se tibqgħu tagħmlu dak li nordnawlkom.+ 5 Jalla l-Mulej ikompli jidderieġi lil qlubkom b’suċċess fl-imħabba+ t’Alla u fis-sabar+ li għandkom bżonn biex taqdu lill-Kristu.
6 Issa qed nordnawlkom,+ aħwa, f’isem il-Mulej Ġesù Kristu, biex twarrbu+ minn kull ħu li hu miexi bid-diżordni+ u mhux skond it-tradizzjoni li rċivejtu mingħandna.+ 7 Għax intom stess tafu kif għandkom timitawna,+ għax ma ġibniex ruħna bid-diżordni fostkom+ 8 lanqas ma kilna b’xejn mingħand ħadd.+ Għall-kuntrarju, bit-taħbit u t-tbatija+ lejl u nhar ħdimna biex ma nkunu taʼ piż finanzjarju għal ħadd minnkom.+ 9 Mhux għax m’għandniex awtorità,+ imma sabiex noffrulkom lilna nfusna bħala eżempju biex timitawna.+ 10 Fil-fatt, ukoll, meta konna magħkom, konna nordnawlkom dan:+ “Min ma jridx jaħdem, ma jikolx.”+ 11 Għax qed nisimgħu li xi wħud qed jimxu bid-diżordni+ fostkom; m’humiex jaħdmu imma jindaħlu fejn ma jesagħhomx.+ 12 Lil nies bħal dawn nordnawlhom u nwissuhom fil-Mulej Ġesù Kristu biex jaħdmu bil-kwiet u jieklu l-ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.+
13 Min-naħa tagħkom, aħwa, tiqfux tagħmlu dak li hu sewwa.+ 14 Imma jekk xi ħadd ma jobdix dak li qed ngħidulkom+ b’din l-ittra, lil dan żommuh immarkat+ u tibqgħux tissieħbu miegħu,+ biex jistħi.+ 15 Iżda tqisuhx bħala għadu, imma komplu widdbuh+ bħala ħu.
16 Issa jalla l-Mulej tal-paċi nnifsu jagħtikom il-paċi l-ħin kollu b’kull mod.+ Il-Mulej ikun magħkom ilkoll.
17 Din hi t-tislija tiegħi, taʼ Pawlu, minn idi stess,+ li hi sinjal f’kull ittra; hekk nikteb jien.
18 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll.
Jew, “Sila.”