LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 1 Timotju 1:1-6:21
  • L-​Ewwel lil Timotju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Ewwel lil Timotju
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-​Ewwel lil Timotju

L-​Ewwel lil Timotju

1 Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bil-​kmand t’Alla,+ is-​Salvatur tagħna,+ u taʼ Kristu Ġesù, it-​tama tagħna,+ 2 lil Timotju,*+ iben ġenwin+ fil-​fidi:

Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-​Missier u Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

3 Bħalma inkuraġġejtek biex tibqaʼ Efesu meta jien kont wasalt biex immur il-​Maċedonja,*+ hekk ukoll nagħmel issa, sabiex tordna+ lil ċerti wħud biex ma jgħallmux duttrina differenti,+ 4 u ma jagħtux kas l-​istejjer foloz+ u l-​ġenealoġiji li ma jwasslu mkien+ u li jqajmu mistoqsijiet għal riċerka minflok ma jwasslu biex titqassam xi ħaġa mingħand Alla li ssaħħaħ il-​fidi. 5 Tassew, l-​għan taʼ din l-​ordni hu l-​imħabba+ li tiġi minn qalb nadifa+ u minn kuxjenza tajba+ u minn fidi mingħajr ipokrisija.+ 6 Ċerti wħud warrbu dawn l-​affarijiet u daru+ lejn it-​tpaċpiċ fil-​vojt,+ 7 għax iridu jkunu għalliema+ tal-​liġi,+ filwaqt li la qed jifhmu dak li qed jgħidu u lanqas dak li qed jisħqu bil-​qawwa dwaru.

8 Issa aħna nafu li l-​Liġi hi tajba+ dment li wieħed jinqeda biha skond il-​liġi+ 9 billi jkun jaf dan: li l-​liġi ma ssirx għal min hu sewwa, imma għal nies bla liġi+ u ribellużi,+ bla devozzjoni lejn Alla u midinbin, neqsin mill-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u jkasbru dak li hu qaddis, qattilin taʼ missirijiet u qattilin t’ommijiet, qattilin taʼ nies oħrajn, 10 żienja,+ irġiel li jimteddu maʼ rġiel, ħattafin taʼ persuni, giddibin, nies li jaħilfu falz,+ u kull ħaġa oħra li hi kontra+ t-​tagħlim mimli saħħa+ 11 skond l-​aħbar tajba u glorjuża taʼ l-​Alla l-​hieni,+ li biha kont fdat.+

12 Jien grat lejn Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna, li tani l-​qawwa, għax qiesni bħala wieħed leali+ billi tani ministeru,+ 13 għalkemm qabel kont midgħi u persekutur+ u raġel insolenti.+ Minkejja dan, intwerejt ħniena,+ għax kont fl-​injoranza+ u aġixxejt b’nuqqas taʼ fidi. 14 Imma l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna kotrot bla qjies+ flimkien mal-​fidi u l-​imħabba li hi fi Kristu Ġesù.+ 15 Stqarrija+ li hi minnha u taʼ min jaċċettaha bis-​sħiħ hi li Kristu Ġesù ġie fid-​dinja biex isalva lill-​midinbin,+ li fosthom jien l-​iktar li nispikka.+ 16 Minkejja dan, ir-​raġuni għala ntwerejt ħniena+ kienet li permezz tiegħi, bħala l-​iktar midneb li jispikka, Kristu Ġesù juri l-​paċenzja kollha tiegħu bħala mudell għal dawk li se jqiegħdu l-​fidi tagħhom+ fih għall-​ħajja taʼ dejjem.+

17 Issa lis-​Sultan taʼ l-​eternità,+ li ma jitħassarx,+ li hu inviżibbli,+ l-​uniku Alla,+ ikunu l-​unur u l-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.

18 Din l-​ordni+ nerħiha f’idejk, ibni, Timotju, fi qbil mat-​tbassir+ li kien immirat direttament għalik, biex b’dan tkompli titqabad fil-​gwerra t-​tajba;+ 19 u żżomm il-​fidi u kuxjenza tajba,+ li xi wħud warrbu,+ u b’hekk ġarrbu nawfraġju fil-​fidi tagħhom.+ 20 Imeni+ u Alessandru+ huma minn dawn, u jien għaddejthom lil Satana+ biex bid-​dixxiplina jitgħallmu ma jidgħux.+

2 Għalhekk, inħeġġeġ biex l-​ewwelnett isiru suppliki,* talb,+ interċessjonijiet, u radd il-​ħajr għall-​bnedmin taʼ kull xorta,+ 2 għas-slaten+ u għal kulmin għandu pożizzjoni għolja;+ sabiex inkomplu ngħaddu ħajja kalma u kwieta bid-​devozzjoni sħiħa lejn Alla u bis-​serjetà kollha.+ 3 Dan hu tajjeb u aċċettabbli+ quddiem Alla, is-​Salvatur tagħna,+ 4 li jrid li bnedmin taʼ kull xorta+ jiġu salvati+ u jaslu għall-​għarfien eżatt+ dwar il-​verità.+ 5 Għax hemm Alla wieħed,+ u medjatur wieħed+ bejn Alla+ u l-​bnedmin,+ Kristu Ġesù,+ bniedem 6 li ta lilu nnifsu għal kulħadd bħala fidwa ekwivalenti+—dwar dan trid tingħata xiehda fi żmienha. 7 Għal din ix-​xiehda+ nħtart predikatur u appostlu+—qed ngħid il-​verità,+ m’iniex nigdeb—għalliem tal-​ġnus+ fejn jidħlu l-​fidi+ u l-​verità.

8 Għaldaqstant nixtieq li f’kull post l-​irġiel ikomplu jitolbu, u jerfgħu idejn leali,+ mingħajr korla+ u dibattiti.+ 9 Bl-istess mod nixtieq li n-​nisa jiżżejnu bi lbies adattat, bil-​modestja+ u b’moħħ f’loku, mhux bi stili taʼ xagħar immaljat u deheb jew perli jew ħwejjeġ li jiswew ħafna flus,+ 10 imma bil-​mod li jixraq lil nisa li jgħidu li jqimu lil Alla,+ jiġifieri, b’għemejjel tajbin.+

11 Il-mara ħa toqgħod siekta waqt li titgħallem b’sottomissjoni sħiħa.+ 12 Ma nippermettix li mara tgħallem,+ jew li teżerċita awtorità fuq raġel,+ imma li toqgħod siekta. 13 Għax Adam intgħamel l-​ewwel, imbagħad Eva.+ 14 Ukoll, Adam ma ġiex imqarraq,+ imma l-​mara ġiet imqarrqa għalkollox+ u saret ħatja taʼ ksur tal-​liġi.+ 15 Madankollu, hi tinżamm salva billi tiled it-​tfal,+ dment li jibqgħu fil-​fidi u l-​imħabba u l-​qdusija kif ukoll iżommu moħħ f’loku.+

3 Din l-​istqarrija hi minnha.+

Jekk raġel qed jirsisti għal kariga taʼ indokratur,+ ikun jixtieq xogħol tajjeb. 2 Għalhekk, l-​indokratur għandu jkun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih,+ raġel taʼ mara waħda, moderat+ fi drawwietu, għandu moħħu f’loku,+ jimxi bl-​ordni,+ juri l-​ospitalità,+ ikun kwalifikat biex jgħallem,+ 3 ma jiskirx u jaqlaʼ l-​inkwiet,*+ ma jsawwatx,+ imma jkun raġunevoli,+ mhux ġellied,+ mhux wieħed li jħobb il-​flus,+ 4 raġel li jippresiedi fuq dawk taʼ daru bl-​aħjar mod+ u li għandu wliedu sottomessi bis-​serjetà kollha;+ 5 (għax jekk raġel ma jafx jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess, kif se jieħu ħsieb il-​kongregazzjoni t’Alla?) 6 mhux raġel li għadu kif ikkonverta,+ li ma jmurx jitkabbar+ u jaqaʼ fl-​istess ġudizzju li ngħata lix-​Xitan.+ 7 Iktar minn hekk, għandu jkollu wkoll xiehda tajba min-​nies taʼ barra,+ sabiex ma jaqax fl-​għajb u fin-​nassa+ tax-​Xitan.

8 Bl-istess mod, il-​qaddejja ministerjali+ għandhom ikunu serji, ma jilagħbux bid-​diskors, mhux mogħtijin għal ħafna nbid, mhux rgħiba għal qligħ diżonest,+ 9 waqt li b’kuxjenza nadifa+ jżommu s-​sigriet sagru+ tal-​fidi.

10 U dawn, l-​ewwel, ħa jgħaddu minn prova+ jekk jistħoqqilhomx, imbagħad jaqdu bħala ministri, għax ma jkollhomx fuqiex jiġu akkużati.+

11 Bl-istess mod, in-​nisa għandhom ikunu serji, ma jimmalafamawx,+ moderati+ fi drawwiethom, juru fedeltà f’kollox.+

12 Il-qaddejja ministerjali għandhom ikunu rġiel taʼ mara waħda,+ u jippresiedu bl-​aħjar mod fuq uliedhom u fuq dawk taʼ darhom.+ 13 Għax l-​irġiel li jaqdu bl-​aħjar mod qed jiksbu għalihom infushom reputazzjoni tajba+ u libertà kbira tal-​kelma+ fil-​fidi fi Kristu Ġesù.

14 Qed niktiblek dan, għalkemm nittama li niġi għandek dalwaqt,+ 15 imma fil-​każ li nittardja, tkun taf kif għandek iġġib ruħek fid-​dar t’Alla,+ il-​kongregazzjoni taʼ l-​Alla l-​ħaj, li hi pilastru u appoġġ+ tal-​verità. 16 Tabilħaqq, is-​sigriet sagru+ taʼ din id-​devozzjoni lejn Alla ċertament li hu kbir: ‘Intwera fil-​ġisem tal-​laħam,+ ġie dikjarat ġust fl-​ispirtu,+ deher lill-​anġli,+ ġie pridkat fost il-​ġnus,+ ġie emmnut fid-​dinja,+ intlaqaʼ fis-​sema bil-​glorja.’+

4 Madankollu, il-​kliem imnebbaħ jgħid fiż-​żgur li f’xi żminijiet iktar tard+ xi wħud jitbiegħdu+ mill-​fidi għax jagħtu kas kliem imnebbaħ li jqarraq+ u tagħlim tad-​demonji,+ 2 u dan minħabba l-​gideb+ li jgħidu bnedmin ipokriti li għandhom il-​kuxjenza tagħhom+ immarkata qisu b’ħadida mikwija; 3 dawn jipprojbixxu lin-​nies milli jiżżewġu+ u jordnaw li ma jittikilx ikel+ li Alla ħalqu+ biex jittiekel b’radd il-​ħajr minn dawk li għandhom il-​fidi+ u jafu l-​verità b’mod eżatt. 4 Ir-raġuni għal dan hi li kulma ħalaq Alla hu tajjeb,+ u xejn m’għandu jiġi rifjutat+ jekk jintlaqaʼ b’radd il-​ħajr,+ 5 għax jitqaddes permezz tal-​kelma t’Alla u t-​talb.

6 Jekk tagħti dawn il-​pariri lill-​aħwa tkun ministru mill-​aħjar taʼ Kristu Ġesù, mitmugħ bil-​kliem tal-​fidi u taʼ l-​aqwa tagħlim+ li int segwejt mill-​qrib.+ 7 Imma warrab l-​istejjer foloz+ li jipprofanaw dak li hu qaddis u li jirrakkontaw in-​nisa xjuħ. Mill-​banda l-​oħra, ħarreġ lilek innifsek bid-​devozzjoni lejn Alla bħala l-​mira tiegħek.+ 8 Għax it-​taħriġ tal-​ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit; imma d-​devozzjoni lejn Alla+ hi taʼ benefiċċju għal kollox,+ għax toffri l-​wegħda tal-​ħajja t’issa u taʼ dik li ġejja.+ 9 Din l-​istqarrija hi minnha u taʼ min jaċċettaha bis-​sħiħ.+ 10 Għax għal dan l-​għan qed naħdmu iebes u nistinkaw,+ għax qegħedna t-​tama tagħna+ f’Alla ħaj, li hu s-​Salvatur+ taʼ kull xorta taʼ bnedmin,+ speċjalment taʼ wħud leali.+

11 Ibqaʼ agħti u għallem+ dawn l-​ordnijiet.+ 12 Tħalli lil ħadd qatt imaqdar żgħożitek.+ Għall-​kuntrarju, kun t’eżempju+ għall-​uħud leali,+ fil-​kliem, fil-​kondotta, fl-​imħabba, fil-​fidi, fis-​safa.+ 13 Sakemm niġi, kompli agħti ruħek għall-​qari+ pubbliku,+ għat-​twiddib, għat-​tagħlim. 14 Tittraskurax l-​għotja+ li hemm fik u li ngħatatlek permezz taʼ tbassir+ u bit-​tqegħid taʼ l-​idejn+ fuqek mill-​ġemgħa taʼ l-​anzjani. 15 Immedita fuq dawn l-​affarijiet;+ kun medhi fihom, biex kulħadd jara li qed tavanza.+ 16 Oqgħod attent il-​ħin kollu għalik innifsek+ u għat-​tagħlim tiegħek.+ Żomm maʼ dawn l-​affarijiet, għax jekk tagħmel dan issalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.+

5 Tikkritikax bl-​aħrax lil raġel xiħ.+ Għall-​kuntrarju, wissih bħala missier, irġiel żgħażagħ bħala aħwa, 2 nisa xjuħ+ bħala ommijiet, nisa żgħażagħ bħala aħwa+ bis-​safa kollu.

3 Onora lir-​romol li huma romol tassew.+ 4 Imma jekk xi armla għandha t-​tfal jew it-​tfal tat-​tfal, dawn l-​ewwel ħa jitgħallmu jipprattikaw id-​devozzjoni lejn Alla f’darhom stess+ u jibqgħu jagħtu kumpens xieraq lill-​ġenituri+ u lin-​nanniet tagħhom, għax dan hu aċċettabbli quddiem Alla.+ 5 Issa l-​mara li hi armla tassew u hi fil-​bżonn+ poġġiet it-​tama tagħha f’Alla+ u tippersisti f’suppliki* u talb lejl u nhar.+ 6 Imma dik li tagħti ruħha għall-​pjaċiri senswali+ hi mejta+ għalkemm hi ħajja. 7 Għalhekk, ibqaʼ agħti dawn l-​ordnijiet+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fihom.+ 8 Ċertament li jekk xi ħadd ma jipprovdix għal tiegħu,+ u speċjalment għall-​membri taʼ daru,+ ikun ċaħad+ il-​fidi+ u jkun agħar minn bniedem mingħajr fidi.

9 Ħa titqiegħed fil-​lista armla li m’għandhiex inqas minn sittin sena, mara taʼ raġel wieħed,+ 10 li tingħatalha xiehda li għamlet għemejjel tajbin,+ jekk rabbietx it-​tfal tajjeb,+ jekk laqgħetx lill-​istranġieri,+ jekk ħaslitx saqajn il-​qaddisin,+ jekk għenitx lil dawk li għaddew minn xi tribulazzjoni,+ jekk ħabirkitx f’kull għemil tajjeb.+

11 Mill-banda l-​oħra, irrifjuta lir-​romol żgħażagħ, għax meta t-​tqanqil sesswali tagħhom jiġi bejnhom u bejn il-​Kristu,+ ikunu jridu jiżżewġu, 12 u jkollhom ġudizzju għax ma żammewx l-​ewwel espressjoni tal-​fidi tagħhom.+ 13 Fl-istess ħin ukoll jitgħallmu jitgħażżnu, jiġġerrew minn dar għall-​oħra; iva, mhux biss jitgħażżnu, imma wkoll iseksku u jindaħlu fi ħwejjeġ ħaddieħor,+ billi jitkellmu dwar affarijiet li m’għandhomx jitkellmu dwarhom. 14 Għaldaqstant nixtieq li r-​romol żgħażagħ jiżżewġu,+ ikollhom it-​tfal,+ u jmexxu darhom tajjeb, biex lil min jopponi ma jagħtuhx raġuni biex iżeblaħna.+ 15 Fil-fatt, xi wħud diġà ġew żvijati biex imorru wara Satana. 16 Jekk mara li temmen għandha xi romol jiġu minnha, ħa tgħinhom hi+ u ma tħallix lill-​kongregazzjoni titgħabba bil-​piż. Imbagħad din tkun tistaʼ tgħin lil dawk li huma romol tassew.+

17 L-anzjani li jippresiedu+ bl-​aħjar mod ħa jitqiesu li huma denji t’unur doppju,+ speċjalment dawk li jaħdmu iebes biex jitkellmu u jgħallmu l-​kelma t’Alla.+ 18 Għax l-​iskrittura tgħid: “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri meta jidres il-​qamħ”;+ ukoll: “Il-​ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.”+ 19 Taċċettax akkuża kontra anzjan, ħlief fuq l-​evidenza taʼ żewġ xhieda jew tlieta.+ 20 Widdeb+ quddiem kulħadd lil dawk li jipprattikaw id-​dnub,+ biex l-​oħrajn jibżgħu wkoll.+ 21 Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù+ u l-​anġli magħżulin li tosserva dawn l-​affarijiet mingħajr preġudizzju u ma tagħmel xejn bil-​preferenzi.+

22 Qatt tgħaġġel biex tqiegħed idejk+ fuq xi raġel biex taħtru;+ tiħux sehem fid-​dnubiet t’oħrajn;+ żomm ruħek safi.+

23 Tibqax tixrob ilma, imma ħu naqra nbid+ minħabba l-​istonku tiegħek u l-​mard li timrad sikwit.

24 Id-dnubiet taʼ xi bnedmin jidhru pubblikament+ u malajr iwasslu għall-​ġudizzju, imma d-​dnubiet taʼ bnedmin oħrajn ukoll isiru jidhru iktar tard.+ 25 Hekk ukoll l-​għemejjel tajbin jidhru pubblikament+ u dawk li ma jidhrux ma jistgħux jinżammu moħbijin.+

6 Dawk kollha li huma lsiera taħt madmad ħa jkomplu jqisu lis-​sidien tagħhom bħala li jistħoqqilhom kull unur,+ sabiex l-​isem t’Alla u t-​tagħlim qatt ma jiġu mżebilħin.+ 2 Iktar minn hekk, dawk li għandhom sidien li jemmnu+ ħa ma jmaqdruhomx,+ għax huma aħwa.+ Għall-​kuntrarju, ħa jkunu iktar u iktar lesti li jaqdu taʼ lsiera, għax dawk li qed jirċievu l-​benefiċċju tas-​servizz tajjeb tagħhom huma wħud li jemmnu u maħbubin.

Ibqaʼ għallem dawn l-​affarijiet+ u agħti dan it-​twiddib. 3 Jekk xi bniedem jgħallem duttrina oħra+ u ma jaċċettax il-​kliem mimli saħħa,+ dak tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, u t-​tagħlim li hu fi qbil mad-​devozzjoni lejn Alla,+ 4 ikun minfuħ bih innifsu,+ ma jifhem xejn,+ u jkun marid mentalment+ fuq kwistjonijiet u dibattiti dwar kliem.+ Minn dawn l-​affarijiet jinbtu l-​għira,+ il-​ġlied, it-​tgħajjir,+ is-​suspetti ħżiena, 5 l-argumenti vjolenti dwar ħmerijiet minn bnedmin li għandhom moħħhom korrott+ u li huma neqsin għalkollox mill-​verità,+ u dawn jaħsbu li d-​devozzjoni lejn Alla hi mezz taʼ qligħ.+ 6 Tabilħaqq, hi mezz taʼ qligħ kbir+ din id-​devozzjoni lejn Alla+ flimkien maʼ li wieħed ikun kuntent b’dak li għandu.+ 7 Għax ma ġibna xejn magħna fid-​dinja, u ma nistgħu nieħdu xejn.+ 8 Għalhekk, la għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.+

9 Madankollu, dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni+ u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara+ u li jixħtu lill-​bnedmin f’qerda u f’rovina.+ 10 Għax l-​imħabba+ għall-​flus hi l-​għerq+ taʼ kull tip taʼ ħsara+ u, billi rawmu din l-​imħabba, xi wħud ġew żvijati mill-​fidi u ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.+

11 Iżda, int, O bniedem t’Alla, aħrab minn dawn l-​affarijiet.+ Imma iġri wara s-​sewwa, id-​devozzjoni lejn Alla, il-​fidi, l-​imħabba, is-​sabar, it-​temperament ġwejjed.+ 12 Iġġieled il-​ġlieda t-​tajba tal-​fidi,+ aqbad qabda soda mal-​ħajja taʼ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li dwarha għamilt l-​istqarrija pubblika+ eċċellenti quddiem ħafna xhieda.

13 Quddiem Alla, li jżomm kollox ħaj, u Kristu Ġesù, li bħala xhud+ għamel l-​istqarrija pubblika+ eċċellenti quddiem Ponzju Pilatu,+ nordnalek+ 14 li tosserva l-​kmandament bi mġiba bla tebgħa li ma ssibx xi tgħid fiha sal-​manifestazzjoni+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu. 15 Din il-​manifestazzjoni, is-​Setgħan+ hieni u uniku se juriha fiż-​żminijiet stabbiliti tagħha,+ hu s-​Sultan+ tas-​slaten u s-​Sid+ tas-​sidien, 16 l-uniku wieħed li għandu l-​immortalità,+ li jgħammar f’dawl li ma tistax tersaq lejh,+ li ebda bniedem ma ra jew jistaʼ jara.+ Lilu l-​unur+ u s-​setgħa għal dejjem. Amen.

17 Ordna lill-​għonja+ f’din is-​sistema biex ma jitkabbrux,+ u ma jqegħdux it-​tama tagħhom f’rikkezzi li ma tistax torbot fuqhom+ imma f’Alla, li jagħtina kollox b’mod għani għat-​tgawdija tagħna;+ 18 biex jagħmlu l-​ġid,+ ikunu għonja f’għemejjel tajbin,+ ikunu idhom miftuħa, lesti biex jaqsmu m’oħrajn+ u, 19 bħala t-​teżor tagħhom,+ iqiegħdu fis-​sigurtà għalihom infushom pedament tajjeb+ għall-​futur, sabiex jaqbdu qabda soda mal-​ħajja vera.+

20 O Timotju, għasses dak li ġejt fdat bih+ u tbiegħed mid-​diskors vojt li jipprofana dak li hu qaddis u mill-​kontradizzjonijiet taʼ dak li b’mod falz jissejjaħ “għarfien.”+ 21 Minħabba li għamlu wirja b’dan l-​għarfien xi wħud tbiegħdu mill-​fidi.+

Jalla l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom.

Ifisser “Wieħed li Jonora lil Alla.”

Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “talb bil-​ħerqa.”

Letteralment, “mhux mogħti għall-​inbid.”

Jew, “talb bil-​ħerqa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja