LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 2 Timotju 1:1-4:22
  • It-​Tieni lil Timotju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​Tieni lil Timotju
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
It-​Tieni lil Timotju

It-​Tieni lil Timotju

1 Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-​rieda t’Alla+ skond il-​wegħda tal-​ħajja+ li hi fi Kristu Ġesù,+ 2 lil Timotju, iben maħbub:+

Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-​Missier u Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

3 Jien grat lejn Alla, li lilu qed nagħti servizz sagru+ bħalma għamlu missirijieti+ u dan qed nagħmlu b’kuxjenza nadifa,+ li niftakar fik bla heda meta nitlob bil-​ħerqa,+ lejl u nhar 4 nixxennaq biex narak,+ meta niftakar fid-​dmugħ tiegħek, biex nimtela bil-​ferħ. 5 Għax inġib quddiem għajnejja l-​fidi+ li għandek mingħajr ebda ipokrisija,+ u li l-​ewwel kienet f’nanntek Lojs u f’ommok Ewniċe, u li jien fiduċjuż li qiegħda fik ukoll.

6 Minħabba f’hekk infakkrek biex tkebbes bħan-​nar+ l-​għotja+ t’Alla li qiegħda fik permezz tat-​tqegħid taʼ idejja fuqek.+ 7 Għax Alla ma taniex spirtu beżżiegħ,+ imma spirtu taʼ qawwa+ u taʼ mħabba u taʼ moħħ f’loku.+ 8 Għalhekk, tistħix minħabba x-​xiehda dwar il-​Mulej tagħna,+ lanqas minħabba fija priġunier għalih,+ imma aċċetta li ssofri+ l-​ħażen int ukoll għall-​aħbar tajba permezz tal-​qawwa t’Alla.+ 9 Hu salvana+ u sejħilna b’sejħa qaddisa,+ mhux minħabba l-​għemejjel tagħna,+ imma minħabba l-​iskop u l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu. Din intweritilna fi Kristu Ġesù minn żmien twil ilu,+ 10 imma issa ntgħamlet tidher ċar bil-​manifestazzjoni+ tas-​Salvatur tagħna, Kristu Ġesù, li ġab il-​mewt fix-​xejn+ u tefaʼ dawl+ fuq il-​ħajja+ u n-​nuqqas taʼ taħsir+ permezz taʼ l-​aħbar tajba,+ 11 li għaliha nħtart predikatur u appostlu u għalliem.+

12 Minħabba f’hekk ukoll qed insofri+ dan, imma ma nistħix.+ Għax naf f’min emmint, u jien fiduċjuż li hu kapaċi jgħasses+ dak li fdajtlu f’idejh sa dak il-​jum.+ 13 Ibqaʼ żomm il-​mudell taʼ kliem mimli saħħa+ li smajt mingħandi bil-​fidi u l-​imħabba li huma fi Kristu Ġesù.+ 14 Dan it-​teżor li ġejt fdat+ bih għassu permezz taʼ l-​ispirtu qaddis li qed jgħammar fina.+

15 Kif taf int, dawk kollha fid-​distrett taʼ l-​Asja+ telquni,+ fosthom Figelu u Ermoġene. 16 Jalla l-​Mulej iħenn għad-​dar t’Onesiforu,+ għax hu spiss ġabli serħan,+ u ma staħax minħabba l-​ktajjen tiegħi.+ 17 Għall-kuntrarju, meta inzerta Ruma, fittixni bir-​reqqa sakemm sabni.+ 18 Jalla l-​Mulej jagħtih li jsib ħniena+ mingħand Ġeħova f’dak il-​jum.+ U int taf tajjeb b’dak kollu li għamel biex jaqdi f’Efesu.

2 Għalhekk, int, ibni,+ ibqaʼ ikseb il-​qawwa+ permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ li tiġi milli tkun f’unjoni maʼ Kristu Ġesù; 2 u dak li smajt mingħandi u li ssaħħaħ minn ħafna xhieda+ għaddih lil nies leali li, mill-​banda l-​oħra, ikunu kwalifikati biżżejjed biex jgħallmu lil oħrajn.+ 3 Bħala suldat tajjeb+ taʼ Kristu Ġesù aċċetta li ssofri l-​ħażen int ukoll.+ 4 Ebda raġel li jaqdi bħala suldat+ ma jinvolvi ruħu fin-​negozju tal-​ħajja ċivili,+ sabiex jikseb l-​approvazzjoni taʼ min ingaġġah bħala suldat. 5 Iktar minn hekk, anki jekk xi ħadd jitqabad fil-​logħob,+ ma jiġix inkurunat jekk ma jkunx tqabad skond ir-​regoli. 6 Il-bidwi li jaħdem iebes għandu jkun l-​ewwel wieħed li jieħu mill-​frott.+ 7 Aħseb kontinwament f’dak li qed ngħid; il-​Mulej tassew jagħtik id-​dixxerniment+ f’kollox.

8 Ftakar li Ġesù Kristu kien imqajjem mill-​imwiet+ u kien minn nisel David,+ skond l-​aħbar tajba li nippriedka;+ 9 li minħabba fiha qed insofri l-​ħażen tant li ġejt marbut fil-​ħabs+ bħala raġel ħażin. Minkejja dan, il-​kelma t’Alla m’hijiex marbuta.+ 10 Għalhekk, nibqaʼ nissaporti kollox minħabba l-​magħżulin,+ sabiex huma wkoll jiksbu s-​salvazzjoni li hi fi Kristu Ġesù flimkien mal-​glorja taʼ dejjem.+ 11 Minnu hu dak li ntqal:+ Ċertament li jekk mitna flimkien, se ngħixu wkoll flimkien;+ 12 jekk nibqgħu nissaportu, se nsaltnu wkoll flimkien;+ jekk niċħdu,+ hu se jiċħadna wkoll; 13 jekk ma nurux fedeltà, hu jibqaʼ juri fedeltà,+ għax ma jistax jiċħad lilu nnifsu.

14 Ibqaʼ fakkarhom+ dawn l-​affarijiet u bħala xhud+ ordnalhom+ quddiem Alla biex ma jiġġildux dwar kliem,+ ħaġa li ma tiswa għal xejn għax tħawwad lil dawk li jisimgħu. 15 Agħmel l-​almu tiegħek biex tidher quddiem Alla bħala bniedem approvat,+ ħaddiem+ li m’għandux minn xiex jistħi,+ billi timmaniġġa sew il-​kelma tal-​verità.+ 16 Imma aħrab minn diskors vojt li jipprofana dak li hu qaddis;+ għax huma se jkomplu jagħmlu iktar u iktar dak li hu kontra r-​rieda t’Alla,+ 17 u kelmithom se tinxtered bħall-​kankru.+ Fost dawn hemm Imeni u Filetu.+ 18 Dawn l-​irġiel tbiegħdu mill-​verità,+ għax jgħidu li l-​irxoxt diġà seħħ;+ u qed jaqilbu l-​fidi taʼ xi wħud.+ 19 Madankollu, il-​pedament sod t’Alla jibqaʼ wieqaf,+ għax għandu dan il-​kliem bħala siġill: “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu,”+ u: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova,+ ħa jwarrab l-​inġustizzja.”+

20 Issa f’dar kbira ma jkunx hemm biss reċipjenti tad-​deheb u l-​fidda imma wkoll taʼ l-​injam u l-​fuħħar, u xi wħud għal skop onorabbli imma oħrajn għal skop mhux onorabbli.+ 21 Għalhekk, jekk xi ħadd iżomm ’il bogħod minn dawn taʼ l-​aħħar, ikun reċipjent għal skop onorabbli, imqaddes, utli għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.+ 22 Għaldaqstant aħrab mix-​xewqat li jistaʼ jkollok fiż-​żgħożija,+ imma iġri wara s-​sewwa,+ il-​fidi, l-​imħabba, il-​paċi,+ flimkien maʼ dawk li b’qalb nadifa jsejħu lill-​Mulej.+

23 Iktar minn hekk, warrab kwistjonijiet bla sens u stupidi,+ għax taf li dawn iġibu l-​ġlied.+ 24 Ilsir tal-​Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled,+ imma għandu jkun ġentili* maʼ kulħadd,+ kwalifikat biex jgħallem,+ iżomm ruħu mrażżan quddiem il-​ħażen,+ 25 jistruwixxi bil-​ħlewwa lil dawk li ma jurux attitudni favorevoli;+ għax forsi lil dawn Alla jagħtihom indiema+ li twassalhom għal għarfien eżatt dwar il-​verità,+ 26 u jerġgħu jiġu f’sensihom u joħorġu min-​nassa+ tax-​Xitan, peress li kien qabadhom+ biex jagħmlu r-​rieda tiegħu.

3 Imma kun af dan, li fl-​aħħar jiem+ ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.+ 2 Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-​ġenituri,+ ingrati, żleali,+ 3 mingħajr imħabba naturali,+ ma jkunux iridu jiftiehmu,+ kalunnjaturi,*+ mingħajr rażna, feroċi,+ mingħajr imħabba għat-​tajjeb,+ 4 tradituri,+ rashom iebsa, imkabbrin,+ iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla,+ 5 ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla+ imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha;+ nies bħal dawn aħrabhom.+ 6 Għax fost dawn ikun hemm xi wħud li b’makakkerija jindiehsu fid-​djar+ u jieħdu bħala lsiera tagħhom lil nisa dgħajfin mgħobbijin bid-​dnubiet, imqanqlin minn diversi xewqat,+ 7 dejjem jitgħallmu iżda qatt ma jistgħu jaslu għal għarfien eżatt dwar il-​verità.+

8 Issa kif Ġanne u Ġambre+ rreżistew lil Mosè, bl-​istess mod dawn ukoll jibqgħu jirreżistu l-​verità,+ nies li għandhom moħħhom korrott+ għalkollox u li huma diżapprovati milli jkunu segwaċi tal-​fidi.+ 9 Minkejja dan, m’huma se jaslu mkien, għax il-​ġenn tagħhom ikun jidher ċar ħafna għal kulħadd, bħalma deher il-​ġenn taʼ dawk iż-​żewġt irġiel.+ 10 Imma int segwejt mill-​qrib it-​tagħlim tiegħi, il-​kondotta tiegħi,+ l-​iskop tiegħi, il-​fidi tiegħi, il-​paċenzja kollha tiegħi, l-​imħabba tiegħi, is-​sabar tiegħi, 11 il-persekuzzjonijiet tiegħi, is-​sofferenzi tiegħi, ix-​xorta t’affarijiet li ġrawli f’Antjokja,+ f’Ikonju,+ u f’Listra,+ ix-​xorta taʼ persekuzzjonijiet li għaddejt minnhom; iżda l-​Mulej ħelisni minnhom kollha.+ 12 Fil-fatt, kulmin jixtieq jgħix bid-​devozzjoni lejn Alla fi sħubija maʼ Kristu Ġesù jkun persegwitat ukoll.+ 13 Imma n-​nies mill-​agħar u l-​impusturi jibqgħu sejrin mill-​ħażin għall-​agħar, iqarrqu u jitqarrqu.+

14 Madankollu, int kompli f’dak li tgħallimt u li emmint għax sirt konvint li hu minnu,+ billi taf mingħand min tgħallimtu.+ 15 Għax minn mindu kont tarbija+ ilek taf il-​kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlek għaref għas-​salvazzjoni+ permezz tal-​fidi fi Kristu Ġesù.+ 16 L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla+ u tiswa biex tgħallem,+ twiddeb,+ tikkoreġi,+ tiddixxiplina+ fis-​sewwa, 17 sabiex il-​bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox,+ armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.+

4 Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jiġġudika+ l-​ħajjin u l-​mejtin,+ u bil-​manifestazzjoni+ u s-​saltna tiegħu,+ 2 ippriedka l-​kelma+ u agħmel dan b’urġenza fi żmien favorevoli+ u fi żmien taʼ inkwiet,+ widdeb,+ ċanfar, ħeġġeġ, bil-​paċenzja kollha+ u bl-​arti tat-​tagħlim. 3 Għax ikun hemm perijodu taʼ żmien meta ma jittollerawx it-​tagħlim mimli saħħa,+ imma, fi qbil max-​xewqat tagħhom, jiġbru għalliema madwarhom biex jgħarrxulhom widnejhom;+ 4 u jbiegħdu widnejhom mill-​verità, u jduru lejn stejjer foloz.+ 5 Iżda int ibqaʼ f’sensik f’kollox,+ sofri l-​ħażen,+ agħmel ix-​xogħol taʼ evanġelizzatur,+ wettaq bis-​sħiħ il-​ministeru tiegħek.+

6 Għax diġà qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-​xorb,+ u l-​waqt biex ninħeles+ qorob ħafna. 7 Jien iġġilidt il-​ġlieda t-​tajba,+ ġrejt il-​korsa sat-​tmiem,+ osservajt il-​fidi.+ 8 Minn issa ’l quddiem hemm merfugħa għalija l-​kuruna tal-​ġustizzja,+ li l-​Mulej, l-​imħallef ġust,+ jagħtini bħala rigal+ f’dak il-​jum,+ iżda mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu ħabbew il-​manifestazzjoni tiegħu.

9 Agħmel l-​almu tiegħek biex tiġi ħdejja malajr.+ 10 Għax Dema+ telaqni peress li ħabb din is-​sistema,+ u mar Tessalonika; Kreske mar il-​Galazja+ u Titu mar id-​Dalmazja. 11 Luqa biss qiegħed miegħi. Ħu lil Marku u ġibu miegħek, għax hu utli+ għalija biex jaqdini. 12 Lil Tikiku+ bgħattu Efesu. 13 Meta tiġi, ġibli l-​mantar li ħallejt fi Troas+ maʼ Karpu, u r-​rombli, speċjalment il-​parċmini.

14 Alessandru+ li jaħdem ir-​ram aħmar kemm-il darba għamilli l-​ħsara—Ġeħova jħallsu taʼ l-​għemejjel tiegħu+— 15 u int ukoll oqgħod attent minnu, għax hu rreżista kliemna għall-​aħħar.

16 Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma ġie ħdejja, imma kollha abbandunawni+—jalla ma jintalabx kont minnhom taʼ dan+— 17 imma l-​Mulej qagħad ħdejja+ u mlieni bil-​qawwa,+ biex permezz tiegħi l-​ippridkar jitwettaq bis-​sħiħ u l-​ġnus kollha jisimgħuh;+ u jien inħlist minn ħalq l-​iljun.+ 18 Il-Mulej jeħlisni minn kull għemil ħażin+ u jsalvani għas-​saltna tiegħu tas-​sema.+ Lilu tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem. Amen.

19 Sellili għal Priska*+ u għal Akwila u għal dawk taʼ dar Onesiforu.+

20 Erastu+ baqaʼ Korintu,+ imma lil Trofimu+ ħallejtu marid Miletu.+ 21 Agħmel l-​almu tiegħek biex tasal qabel ix-​xitwa.

Ewbolu jibgħat iselli għalik, u anki Pudens u Linu u Klawdja u l-​aħwa kollha.

22 Il-Mulej ikun maʼ l-​ispirtu li turi.+ Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu tkun magħkom.

Jew, “juża t-​tattika.”

Letteralment, “xjaten.”

Jew, “Prixilla.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja