Lill-Efesin
1 Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bir-rieda t’Alla,+ lill-qaddisin li hemm f’Efesu u wħud leali+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù:
2 Qalb tajba mhix mistħoqqa+ u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.
3 Ikun imbierek Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ għax berikna+ b’kull barka spiritwali, f’unjoni maʼ Kristu, fil-postijiet+ tas-sema, 4 bħalma għażilna+ f’unjoni miegħu qabel it-tisjis+ tad-dinja, biex inkunu qaddisin u bla difett+ quddiemu fl-imħabba.+ 5 Hu ddetermina minn qabel+ li jadottana+ bħala wliedu+ permezz taʼ Ġesù Kristu, skond kif għoġobha r-rieda tiegħu,+ 6 b’tifħir+ għall-qalb tajba mhix mistħoqqa+ u glorjuża tiegħu li wriena b’qalb tajba permezz taʼ Ibnu l-maħbub.+ 7 Bih għandna l-ħelsien bil-fidwa permezz taʼ demmu,+ iva, il-maħfra+ tan-nuqqasijiet tagħna, skond ir-rikkezzi tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+
8 Hu ġiegħel li din toktor fina flimkien maʼ kull għerf+ u għaqal, 9 billi għarrfilna s-sigriet sagru+ tar-rieda tiegħu. Dan hu skond l-iskop li għoġbu jfassal fih innifsu+ 10 għal amministrazzjoni+ fil-milja taż-żminijiet stabbiliti,+ jiġifieri, li jerġaʼ jiġbor+ kollox flimkien fil-Kristu,+ kulma hemm fis-smewwiet+ u kulma hemm fuq l-art.+ Iva, fih, 11 u f’unjoni miegħu konna maħturin ukoll bħala werrieta,+ billi ġejna determinati minn qabel skond l-iskop taʼ dak li jmexxi kollox kif tiddeċiedi r-rieda tiegħu,+ 12 sabiex aħna, li konna l-ewwel li ttamajna fil-Kristu,+ naqdu għat-tifħir tal-glorja tiegħu.+ 13 Intom ukoll ittamajtu fih wara li smajtu l-kelma tal-verità,+ l-aħbar tajba dwar is-salvazzjoni tagħkom.+ U permezz tiegħu wkoll, wara li emmintu, ġejtu mmarkati bis-siġill+ taʼ l-ispirtu qaddis imwiegħed,+ 14 li hu garanzija+ bil-quddiem tal-wirt tagħna,+ bl-iskop li jinħeles b’fidwa+ l-poplu li hu proprjetà t’Alla,+ għat-tifħir glorjuż tiegħu.
15 Huwa għalhekk li jien ukoll, mindu smajt bil-fidi li għandkom fil-Mulej Ġesù u kif turuha lejn il-qaddisin kollha,+ 16 ma niqafx irrodd ħajr għalikom. Inkompli nsemmikom fit-talb tiegħi,+ 17 biex l-Alla tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, Missier il-glorja, jagħtikom spirtu t’għerf+ u taʼ rivelazzjoni fl-għarfien eżatt dwaru;+ 18 l-għajnejn+ taʼ qalbkom ġew imdawlin+ sabiex tkunu tafu x’inhi t-tama+ li sejħilkom għaliha, x’inhuma r-rikkezzi glorjużi+ li hu għandu bħala wirt għall-qaddisin,+ 19 u x’inhu l-kobor bla qjies tal-qawwa tiegħu+ lejna li nemmnu. Dan hu skond il-ħidma+ tas-setgħa tas-saħħa tiegħu, 20 li uża meta qajjem lill-Kristu mill-imwiet+ u qiegħdu bil-qiegħda fil-leminija tiegħu+ fil-postijiet tas-sema,+ 21 ħafna iżjed ’il fuq minn kull gvern u awtorità u qawwa u ħakma+ u kull isem li jissemma,+ mhux biss f’din is-sistema,+ imma wkoll f’dik li ġejja.+ 22 Hu ssuġġetta wkoll kollox taħt saqajh,+ u għamlu kap fuq kollox+ għall-kongregazzjoni, 23 li hi l-ġisem tiegħu,+ il-milja+ taʼ dak li jimla kollox f’kulħadd.+
2 Iktar minn hekk, Alla lilkom takom il-ħajja għalkemm kontu mejtin minħabba n-nuqqasijiet u d-dnubiet tagħkom,+ 2 li fihom darba kontu timxu skond is-sistema+ taʼ din id-dinja, skond il-ħakkiem+ taʼ l-awtorità taʼ l-arja, l-ispirtu+ li issa qed jaħdem f’ulied id-diżubbidjenza.+ 3 Iva, fost dawn aħna lkoll darba konna nġibu ruħna fi qbil max-xewqat taʼ laħamna,+ nagħmlu dak li jridu l-laħam+ u l-ħsibijiet, u naturalment konna wlied il-korla+ saħansitra bħall-oħrajn. 4 Imma Alla, li hu għani fil-ħniena,+ għall-imħabba kbira tiegħu li biha ħabbna,+ 5 tana l-ħajja flimkien mal-Kristu, saħansitra meta konna mejtin fin-nuqqasijiet+—bil-qalb tajba mhix mistħoqqa kontu salvati+— 6 u qajjimna+ flimkien u poġġiena bil-qiegħda flimkien fil-postijiet tas-sema+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, 7 sabiex fis-sistemi li ġejjin+ jintwerew ir-rikkezzi bla qjies+ tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu bil-ħlewwa li jurina f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù.
8 Tabilħaqq, b’din il-qalb tajba mhix mistħoqqa ġejtu salvati permezz tal-fidi;+ u dan mhux bis-saħħa tagħkom,+ imma hi l-għotja t’Alla.+ 9 Le, m’huwiex bis-saħħa taʼ l-għemejjel,+ sabiex l-ebda bniedem ma jkollu għalfejn jiftaħar.+ 10 Għax aħna xogħol idejh+ u konna maħluqin+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù għall-għemejjel tajbin+ li Alla ħejjielna minn qabel+ biex nimxu fihom.
11 Għalhekk, ibqgħu żommu f’moħħkom li qabel intom kontu nies tal-ġnus skond il-laħam;+ kontu tissejħu “bla ċirkonċiżjoni” minn dik li tissejjaħ “ċirkonċiżjoni” magħmula fil-laħam bl-idejn,+ 12 u li f’dak iż-żmien partikulari kontu mingħajr Kristu,+ imbegħdin+ mill-ġens taʼ Israel u barranin għall-pattijiet tal-wegħda,+ u ma kellkomx tama+ u kontu mingħajr Alla fid-dinja.+ 13 Imma issa, f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, intom li darba kontu ’l bogħod ġejtu fil-qrib bid-demm+ tal-Kristu. 14 Għax hu l-paċi tagħna,+ hu li għamel iż-żewġ partijiet+ ħaġa waħda+ u qered il-ħajt*+ taʼ bejniethom li kien jisseparahom.+ 15 Permezz taʼ laħmu+ neħħa għalkollox l-għadwa,+ il-Liġi tal-kmandamenti li tikkonsisti f’digrieti,+ sabiex miż-żewġ popli+ joħloq, f’unjoni miegħu nnifsu, bniedem+ wieħed ġdid u jġib il-paċi; 16 u sabiex jerġaʼ jħabbeb bis-sħiħ+ m’Alla liż-żewġ popli f’ġisem wieħed+ permezz taz-zokk tat-tortura,+ għax temm l-għadwa+ permezz tiegħu nnifsu. 17 U ġie jxandrilkom l-aħbar tajba taʼ paċi,+ lilkom li qegħdin ’il bogħod, u paċi lil dawk li qegħdin fil-qrib,+ 18 għax permezz tiegħu aħna, iż-żewġ popli,+ nistgħu nersqu+ lejn il-Missier bi spirtu wieħed.+
19 Għalhekk, żgur li m’intomx iktar stranġieri+ u residenti barranin,+ imma ċittadini+ mseħbin mal-qaddisin+ u membri tad-dar+ t’Alla, 20 u nbnejtu fuq il-pedament+ taʼ l-appostli+ u l-profeti,+ waqt li Kristu Ġesù nnifsu hu l-ġebla tax-xewka tal-pedament.+ 21 F’unjoni miegħu l-bini kollu, magħqud flimkien b’mod armonjuż,+ qed jikber f’tempju qaddis għal Ġeħova.+ 22 F’unjoni miegħu+ intom ukoll qed tinbnew flimkien f’post fejn Alla jgħix bl-ispirtu.+
3 Minħabba dan jien, Pawlu, il-priġunier+ taʼ Kristu Ġesù għan-nom tagħkom, in-nies tal-ġnus+— 2 jekk tassew smajtu dwar il-prokura+ tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li ngħatatli għall-benefiċċju tagħkom, 3 li permezz taʼ rivelazzjoni ġejt mgħarraf is-sigriet sagru,+ bħalma ktibt qabel fil-qosor. 4 Minħabba f’hekk, meta taqraw dan, tistgħu tirrealizzaw kemm naf+ dwar is-sigriet sagru+ tal-Kristu. 5 F’ġenerazzjonijiet oħrajn dan is-sigriet+ ma ġiex mgħarraf lil ulied il-bnedmin bħalma issa ġie rivelat+ lill-appostli mqaddsa u lill-profeti tiegħu+ bl-ispirtu, 6 jiġifieri, li n-nies tal-ġnus għandhom ikunu werrieta bi sħab u membri mseħbin taʼ l-istess ġisem+ u jieħdu sehem magħna fil-wegħda+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù permezz taʼ l-aħbar tajba. 7 Jien sirt ministru+ taʼ dan skond l-għotja b’xejn tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li ngħatatli skond kif taħdem il-qawwa tiegħu.+
8 Lili, bniedem inqas mill-inqas wieħed+ fost il-qaddisin kollha, intwerietli din il-qalb tajba mhix mistħoqqa:+ li nxandar lill-ġnus+ l-aħbar tajba dwar ir-rikkezzi bla tarf+ tal-Kristu 9 u nġiegħel lill-bnedmin jaraw kif inhu amministrat+ is-sigriet sagru+ li minn żmien twil ilu kien moħbi f’Alla, li ħalaq kollox.+ 10 Dan sar bl-għan li issa l-gvernijiet u l-awtoritajiet+ fil-postijiet tas-sema jkunu jafu, permezz tal-kongregazzjoni,+ l-għerf t’Alla li jintwera b’ħafna modi differenti,+ 11 skond l-iskop etern li hu stabbilixxa rigward il-Kristu,+ Ġesù l-Mulej tagħna, 12 li bih għandna din il-libertà tal-kelma u nistgħu nersqu+ bil-fiduċja permezz tal-fidi tagħna fih. 13 Għaldaqstant nitlobkom biex ma taqtgħux qalbkom minħabba dawn it-tribulazzjonijiet tiegħi+ għan-nom tagħkom, għax dawn ifissru glorja għalikom.
14 Minħabba dan ninżel għarkopptejja+ quddiem il-Missier,+ 15 li lilu taf isimha+ kull familja+ fis-sema u fuq l-art, 16 biex, skond ir-rikkezzi+ tal-glorja tiegħu, jagħtikom li tintgħamlu setgħanin bil-qawwa permezz taʼ l-ispirtu tiegħu+ fil-bniedem li intom minn ġewwa,+ 17 biex ikollkom lill-Kristu jgħammar fi qlubkom bl-imħabba permezz tal-fidi tagħkom;+ sabiex tagħmlu l-għeruq+ u tkunu stabbiliti fuq il-pedament,+ 18 sabiex tkunu tistgħu tifhmu bis-sħiħ+ mal-qaddisin kollha l-wisaʼ u t-tul u l-għoli u l-fond,+ 19 u tkunu tafu l-imħabba tal-Kristu+ li tisboq l-għarfien, sabiex timtlew bil-milja+ kollha li jagħti Alla.
20 Issa lil dak li, skond il-qawwa tiegħu li qed taħdem+ fina, jistaʼ jagħmel bil-wisq iżjed minn dak kollu li nitolbu jew naħsbu,+ 21 lilu tkun il-glorja permezz tal-kongregazzjoni u permezz taʼ Kristu Ġesù għall-ġenerazzjonijiet kollha għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.
4 Għalhekk jien, il-priġunier+ fil-Mulej, nitlobkom bil-ħrara biex timxu kif jixraq+ lis-sejħa li biha kontu msejħin,+ 2 b’umiltà sħiħa+ u ħlewwa, b’sabar fit-tul,+ waqt li tissaportu lil xulxin bl-imħabba,+ 3 u tagħmlu ħilitkom biex bil-ħeġġa kollha tħarsu l-unità taʼ l-ispirtu fir-rabta li tgħaqqad tal-paċi.+ 4 Hemm ġisem wieħed+ u spirtu wieħed,+ saħansitra bħalma hemm tama waħda+ li għaliha kontu msejħin; 5 Mulej wieħed,+ fidi waħda,+ magħmudija waħda;+ 6 Alla wieħed+ u Missier kulħadd, li hu fuq kulħadd u b’kulħadd u f’kulħadd.
7 Issa kull wieħed minna ntwera qalb tajba mhix mistħoqqa+ skond il-qjies taʼ l-għotja b’xejn li tah il-Kristu.+ 8 Għaldaqstant jgħid: “Meta telaʼ fl-għoli ħa miegħu lill-imjassrin; ta rġiel bħala għotjiet.”+ 9 Issa xi tfisser l-espressjoni “telaʼ”?+ Tfisser li niżel ukoll fir-reġjuni t’isfel, jiġifieri, l-art.+ 10 Dak li niżel hu wkoll l-istess wieħed li telaʼ+ ħafna iżjed ’il fuq mis-smewwiet kollha,+ sabiex jagħti milja+ lil kollox.
11 U ta xi wħud bħala appostli,+ xi wħud bħala profeti,+ xi wħud bħala evanġelizzaturi,+ xi wħud bħala rgħajja u għalliema,+ 12 bil-ħsieb li jerġgħu jiġu aġġustati+ l-qaddisin, għal xogħol ministerjali, biex jinbena l-ġisem tal-Kristu,+ 13 sakemm ilkoll naslu għall-unità fil-fidi u fl-għarfien eżatt dwar l-Iben t’Alla, għal-livell taʼ raġel li kiber għalkollox,+ għall-qjies taʼ statura li jiġi mill-milja tal-Kristu;+ 14 sabiex ma nibqgħux iktar tfal ċkejknin, mitfugħin ’l hemm u ’l hawn+ qisu mill-mewġ u mtajrin minn kull riħ taʼ tagħlim+ bl-ingann+ tan-nies li bil-makakkerija jinsġu l-qerq. 15 Imma billi ngħidu l-verità,+ ħa nikbru bl-imħabba+ f’kollox fi Kristu, li hu l-kap.+ 16 Minnu l-ġisem kollu,+ li hu magħqud flimkien b’mod armonjuż u magħmul biex jikkoopera permezz taʼ kull ġog li jagħti dak li hu meħtieġ, skond ix-xogħol taʼ kull membru rispettiv bi qjies xieraq, jaħdem għat-tkabbir tal-ġisem biex jibni lilu nnifsu fl-imħabba.+
17 Għalhekk, dan ngħid u nixhed dwaru fil-Mulej, li ma tibqgħux timxu iktar kif jimxu l-ġnus+ fil-frugħa taʼ moħħhom,+ 18 li qegħdin fi dlam mentali+ u mbegħdin+ mill-ħajja li ġejja minn Alla, minħabba l-injoranza+ li tinsab fihom u minħabba l-ebusija+ taʼ qlubhom. 19 Billi tilfu kull sens morali,+ ngħataw għall-kondotta laxka+ biex b’regħba+ jagħmlu kull xorta taʼ nuqqas taʼ ndafa.+
20 Imma intom mhux hekk tgħallimtu li hu l-Kristu,+ 21 jekk tassew smajtuh u ġejtu mgħallmin minnu,+ skond il-verità+ li hi f’Ġesù, 22 jiġifieri, li għandkom tinżgħu l-personalità l-qadima+ li taqbel maʼ kif kontu ġġibu ruħkom qabel u li qed titħassar+ bix-xewqat qarriqin tagħha;+ 23 u tiġġeddu fil-forza li qed tqanqal lil moħħkom,+ 24 u tilbsu+ l-personalità l-ġdida+ li nħolqot+ skond ir-rieda t’Alla fil-ġustizzja+ u l-lealtà vera.
25 Għaldaqstant, issa li warrabtu l-gideb,+ għidu l-verità, kull wieħed minnkom lill-proxxmu tiegħu,+ għax aħna membri taʼ xulxin.+ 26 Jekk tinkorlaw, tidinbux;+ tħallux ix-xemx tinżel waqt li tkunu għadkom inkorlati,+ 27 u tagħtux wisaʼ lix-Xitan.+ 28 Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar,+ imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb,+ biex ikollu xi ħaġa x’jagħti lil min hu fil-bżonn.+ 29 Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra,+ imma għidu dak li hu tajjeb biex jibni fejn ikun hemm bżonn, sabiex jagħmel il-ġid lil min jisimgħu.+ 30 Ukoll, tnikktux l-ispirtu qaddis t’Alla,+ li bis-siġill tiegħu ġejtu mmarkati+ għal jum il-ħelsien bil-fidwa.+
31 Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż+ u rabja u korla u twerżiq u tgħajjir+ flimkien maʼ kull ħażen.+ 32 Imma kunu qalbkom tajba+ maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza,+ u aħfru lil xulxin mill-qalb bħalma Alla wkoll ħafrilkom mill-qalb bi Kristu.+
5 Għalhekk, imitaw lil Alla,+ bħala wlied maħbubin, 2 u ibqgħu mexjin bl-imħabba,+ bħalma l-Kristu wkoll ħabbkom+ u ta lilu nnifsu għalikom bħala offerta+ u sagrifiċċju b’riħa tfuħ lil Alla.+
3 Lanqas biss għandhom jissemmew fostkom+ iż-żína+ u n-nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-regħba,+ bħalma jixraq lill-qaddisin;+ 4 lanqas imġiba taʼ mistħija,+ kliem iblah jew ċajt oxxen,+ affarijiet li m’humiex xierqa, imma minflok roddu ħajr.+ 5 Għax intom tafuh dan u tirrealizzaw intom stess li ebda żieni+ jew bniedem mhux nadif jew rgħib+—li jfisser li jkun idolatra—m’għandu wirt fis-saltna tal-Kristu u t’Alla.+
6 Tħallu lil ħadd iqarraq bikom bi kliem vojt,+ għax minħabba dawn l-affarijiet ġejja l-korla t’Alla fuq ulied id-diżubbidjenza.+ 7 Għalhekk, tissiħbux magħhom;+ 8 għax darba kontu dlam,+ imma issa sirtu dawl+ għax intom tal-Mulej. Ibqgħu mexjin bħala wlied id-dawl, 9 għax il-frott tad-dawl jikkonsisti minn kull xorta taʼ tjubija u ġustizzja u verità.+ 10 Ibqgħu aċċertaw ruħkom dwar x’inhu aċċettabbli+ għall-Mulej; 11 u tibqgħux tieħdu sehem+ magħhom fl-għemejjel bla frott li huma tad-dlam,+ imma, minflok, esprimu d-diżapprovazzjoni tagħkom+ lejhom, 12 għax dak li jagħmlu fil-moħbi hu tal-mistħija anki biex tirrakkontah.+ 13 Issa dak kollu li qed jinkixef+ qed jidher ċar bid-dawl, għax kulma qed jidher ċar+ hu dawl. 14 Għaldaqstant jgħid: “Stenbaħ,+ int li rieqed, u qum mill-imwiet,+ u l-Kristu jiddi+ fuqek.”
15 Għalhekk, oqogħdu attenti bis-sħiħ li ma timxux+ bħal nies bla għaqal imma bħal nies għorrief, 16 u użaw il-ħin bl-aħjar mod,*+ għax il-jiem huma ħżiena.+ 17 Minħabba dan tibqgħux tkunu bla raġuni, imma ibqgħu ifhmu+ x’inhi r-rieda+ taʼ Ġeħova. 18 Ukoll, tiskrux+ bl-inbid, li fih hemm il-ħajja bla rażan,+ imma ibqgħu mtlew bl-ispirtu,+ 19 waqt li titkellmu bejnietkom b’salmi+ u tifħir+ lil Alla u għanjiet spiritwali, u tkantaw+ u takkumpanjaw lilkom infuskom bil-mużika+ fi qlubkom lil Ġeħova, 20 u f’isem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu troddu dejjem ħajr+ taʼ kollox lil Alla tagħna u Missierna.
21 Kunu sottomessi lejn xulxin+ fil-biżaʼ taʼ Kristu. 22 In-nisa ħa jkunu sottomessi+ lejn żwieġhom bħallikieku lejn il-Mulej, 23 għax ir-raġel hu l-kap taʼ martu+ bħalma l-Kristu wkoll hu l-kap tal-kongregazzjoni,+ billi hu s-salvatur taʼ dan il-ġisem. 24 Fil-fatt, bħalma l-kongregazzjoni hi sottomessa lejn il-Kristu, hekk ukoll in-nisa għandhom ikunu sottomessi lejn żwieġhom f’kollox.+ 25 Irġiel, komplu ħobbu lin-nisa tagħkom,+ bħalma l-Kristu wkoll ħabb lill-kongregazzjoni u ta lilu nnifsu għaliha,+ 26 biex iqaddisha,+ u jaħsilha bil-banju taʼ l-ilma permezz tal-kelma,+ 27 sabiex il-kongregazzjoni jagħmilha tidher quddiemu fil-ġmiel kollu tagħha,+ bla ebda tebgħa jew tikmix jew ħaġa oħra bħal dawn, imma sabiex tkun qaddisa u bla difett.+
28 L-irġiel b’dan il-mod għandhom iħobbu lin-nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess. Min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, 29 għax ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu,+ bħalma l-Kristu jagħmel ukoll lill-kongregazzjoni, 30 għax aħna membri taʼ ġismu.+ 31 “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed.”+ 32 Dan is-sigriet sagru+ hu kbir. Issa jien qed nitkellem dwar Kristu u l-kongregazzjoni.+ 33 Minkejja dan, bl-istess mod, kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu+ bħalu nnifsu; mill-banda l-oħra, il-mara għandu jkollha rispett profond+ lejn żewġha.
6 Tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom+ f’unjoni+ mal-Mulej, għax dan hu sewwa:+ 2 “Onora lil missierek u lil ommok”;+ li hu l-ewwel kmand b’wegħda:+ 3 “Biex jaħbatlek tajjeb u ddum żmien twil fuq l-art.”+ 4 U intom, missirijiet, iddejqux lil uliedkom,+ imma ibqgħu rabbuhom+ fid-dixxiplina+ u l-gwida mentali+ taʼ Ġeħova.
5 Intom l-ilsiera, obdu lis-sidien tagħkom tad-demm u l-laħam,+ bil-biżaʼ u t-tregħid+ u bis-sinċerità taʼ qlubkom, bħallikieku lill-Kristu, 6 mhux għal għajn in-nies, biex togħġbu lill-bnedmin,+ imma bħala lsiera taʼ Kristu, waqt li tagħmlu r-rieda t’Alla b’ruħkom kollha.+ 7 Kunu lsiera b’attitudni tajba, bħallikieku qed taqdu lil Ġeħova+ mhux lill-bnedmin, 8 għax intom tafu li kull wieħed jirċievi lura mingħand Ġeħova t-tajjeb li jkun għamel,+ sew jekk ikun ilsir u sew jekk ikun ħieles.+ 9 U anki intom is-sidien, ibqgħu agħmlu l-istess magħhom, u ħallikom mit-theddid,+ għax tafu li s-Sid tagħhom u tagħkom+ qiegħed fis-smewwiet, u ma juri ebda parzjalità.+
10 Fl-aħħarnett, komplu iksbu l-qawwa+ fil-Mulej u fis-setgħa+ tas-saħħa tiegħu. 11 Ilbsu l-armatura sħiħa+ mingħand Alla biex tkunu tistgħu żżommu sod kontra t-tnassis+ tax-Xitan; 12 għax aħna ma nissarawx+ kontra d-demm u l-laħam, imma kontra l-gvernijiet,+ kontra l-awtoritajiet,+ kontra l-ħakkiema dinjin+ taʼ dan id-dlam, kontra l-forzi taʼ l-ispirti mill-agħar+ fil-postijiet tas-sema. 13 Minħabba dan, ħudu l-armatura sħiħa mingħand Alla,+ sabiex tkunu tistgħu tirreżistu fil-jum il-ħażin u, wara li tkunu għamiltu kollox bis-sħiħ, iżżommu sod.+
14 Għalhekk, żommu sod, b’ġenbejkom imħażżmin+ bil-verità,+ u lebsin il-kurazza tas-sewwa,+ 15 u b’saqajkom+ mixdudin bit-tagħmir taʼ l-aħbar tajba tal-paċi.+ 16 Fuq kollox, aqbdu f’idejkom it-tarka kbira tal-fidi,+ li biha tkunu tistgħu titfu l-vleġeġ tan-nar kollha tal-Ħażin.+ 17 Ukoll, aċċettaw l-elmu+ tas-salvazzjoni, u s-sejf+ taʼ l-ispirtu,+ jiġifieri, il-kelma t’Alla,+ 18 waqt li b’kull xorta taʼ talb+ u suppliki* ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni bl-ispirtu.+ U għal dan l-għan, ibqgħu mqajmin il-ħin kollu u itolbu bil-ħerqa għall-qaddisin kollha, 19 u għalija wkoll, biex kulmeta niftaħ fommi tingħatali l-abbiltà li nitkellem+ bil-libertà tal-kelma+ biex ngħarraf is-sigriet sagru taʼ l-aħbar tajba,+ 20 li għaliha qed nagħmilha t’ambaxxatur+ fil-ktajjen; biex nitkellem dwarha bil-qlubija kif imissni nitkellem.+
21 Issa, sabiex tkunu tafu wkoll dwari, rigward kif sejjer, Tikiku,+ ħu maħbub u ministru leali fil-Mulej, se jgħarrafkom kollox.+ 22 Għalhekk qed nibagħthulkom, biex tkunu tafu dwarna u jfarrġilkom qlubkom.+
23 Jalla l-aħwa jkollhom il-paċi u l-imħabba bil-fidi mingħand Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu. 24 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tkun maʼ dawk kollha li jħobbu lill-Mulej tagħna Ġesù Kristu bi mħabba li ma titħassarx.
Allużjoni għall-ħajt li kien hemm fit-tempju biex iżomm lura lill-Ġentili milli jidħlu fil-btieħi li kienu miftuħin biss għal-Lhud.
Letteralment, “ixtru l-ħin stabbilit.”
Jew, “talb bil-ħerqa.”