LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Filemon 1-25
  • Lil Filemon

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lil Filemon
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lil Filemon

Lil Filemon

1 Pawlu, priġunier+ għal Kristu Ġesù, u Timotju,+ ħuna, lil Filemon,* il-​maħbub tagħna u ħaddiem seħibna,+ 2 u lil Appja, oħtna, u lil Arkippu,+ suldat seħibna,+ u lill-​kongregazzjoni li hemm f’darek:+

3 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+

4 Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi meta nsemmik fit-​talb,+ 5 għax nismaʼ kontinwament dwar il-​fidi u l-​imħabba li għandek lejn il-​Mulej Ġesù u lejn il-​qaddisin kollha;+ 6 sabiex tkun attiv u taqsam il-​fidi tiegħek+ m’oħrajn waqt li tirrikonoxxi kull ħaġa tajba li għandna minħabba Kristu. 7 Għax jien fraħt u tfarraġt ħafna bl-​imħabba tiegħek,+ peress li l-​qlub* tal-​qaddisin sabu s-​serħan+ permezz tiegħek, ħija.

8 Għalhekk, għalkemm għandi libertà kbira tal-​kelma fi Kristu biex nordnalek+ tagħmel dak li hu xieraq, 9 qed inħeġġek pjuttost f’ġieħ l-​imħabba,+ meta tqis min jien, Pawlu, raġel imdaħħal fiż-​żmien, iva, issa wkoll priġunier+ għal Kristu Ġesù; 10 qed inħeġġek dwar ibni,+ li sirt missieru+ waqt li kont marbut il-​ħabs, dwar Oneżimu,*+ 11 li qabel ma kienx utli għalik imma issa utli għalik u għalija.+ 12 Lil dan qed nibgħathulek lura, iva, lilu, li lejh għandi affezzjoni tenera.*+

13 Kieku nixtieq inżommu miegħi, biex ikompli jaqdini minflokok+ fl-​irbit+ tal-​ħabs li qed nissaporti għall-​aħbar tajba. 14 Imma mingħajr il-​kunsens tiegħek ma rrid nagħmel xejn, sabiex l-​att tajjeb tiegħek ma jkunx qisu taʼ bilfors imma jkun minn jeddek.+ 15 Tassew, forsi kien minħabba f’hekk li telaq għal ftit, biex tieħdu lura għal dejjem, 16 mhux iktar bħala lsir+ imma bħala xi ħadd iktar minn ilsir,+ bħala ħu maħbub,+ speċjalment għalija, iżda kemm iktar għalik sew fiżikament u sew fil-​Mulej. 17 Għalhekk, jekk tqisni bħala msieħeb,+ ilqgħu+ b’qalb tajba bħallikieku qed tilqaʼ lili. 18 Iktar minn hekk, jekk naqsek jew għandu jagħtik xi ħaġa, għoddha mal-​kont tiegħi. 19 Jien, Pawlu, qed nikteb b’idi stess:+ Irroddu lura—biex ma ngħidlekx li, minbarra dan, int għandek tagħtini saħansitra lilek innifsek. 20 Iva, ħija, jalla nikseb profitt mingħandek fil-​Mulej: serraħli qalbi+ fi Kristu.

21 Qed niktiblek għax jien fiduċjuż li se tilqaʼ t-​talba tiegħi u naf li se tagħmel saħansitra iktar minn dak li qed ngħidlek.+ 22 U fl-​istess ħin, lestili wkoll fejn noqgħod,+ għax qed nittama li permezz tat-​talb+ tagħkom ningħata l-​libertà+ għalikom.

23 Jibgħat iselli għalik Epafra,+ priġunier sieħbi f’unjoni maʼ Kristu, 24 kif ukoll Marku, Aristarku,+ Dema,+ Luqa, ħaddiema sħabi.

25 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-​ispirtu li turu.+

Ifisser “Wieħed li Jħobb.”

Jew, “l-​affezzjonijiet teneri.” Letteralment, “l-​imsaren,” li jirreferu għall-​emozzjonijiet ġewwinin u profondi.

Ifisser “Taʼ Profitt.”

Ara vers 7, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja