LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ebrej 1:1-13:25
  • Lill-​Ebrej

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lill-​Ebrej
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lill-​Ebrej

Lill-​Ebrej

1 Alla, li żmien twil ilu kellem lil missirijietna ħafna drabi+ u b’ħafna modi permezz tal-​profeti,+ 2 fi tmiem dan iż-​żmien+ kellem lilna permezz taʼ Iben,+ li ħatru werriet taʼ kollox,+ u li permezz tiegħu għamel+ is-​sistemi. 3 Hu r-​riflessjoni tal-​glorja tiegħu+ u r-​rappreżentazzjoni eżatta taʼ l-​istess natura tiegħu,+ u jżomm kollox flimkien bil-​kelma tal-​qawwa tiegħu;+ u wara li għamel purifikazzjoni għal dnubietna+ qagħad bil-​qiegħda fuq il-​leminija+ tal-​Maestà fil-​postijiet għoljin.+ 4 Għalhekk, sar aqwa mill-​anġli,+ tant li wiret isem+ iktar eċċellenti minn tagħhom.

5 Per eżempju, lil liema wieħed mill-​anġli qatt qallu: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek”?+ U jerġaʼ: “Jien stess insir missieru, u hu stess isir ibni”?+ 6 Imma meta jerġaʼ jġib lill-​Ewwel Imwieled+ tiegħu fuq l-​art abitata, jgħid: “U ħa jmilu quddiemu+ l-​anġli kollha t’Alla.”+

7 Ukoll, dwar l-​anġli jgħid: “U jagħmel lill-​anġli tiegħu spirti, u lill-​qaddejja pubbliċi tiegħu fjamma tan-​nar.”+ 8 Imma dwar l-​Iben: “Alla hu t-​tron tiegħek għal dejjem+ taʼ dejjem, u x-​xettru taʼ saltnatek+ hu xettru rett.+ 9 Int ħabbejt il-​ġustizzja, u bgħadt il-​ksur tal-​liġi. Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek, dilkek+ biż-​żejt tal-​ferħ iktar minn sħabek.”+ 10 U: “Int fil-​bidu, O Mulej, qegħedt is-​sisien taʼ l-​art, u s-​smewwiet huma għemil idejk.+ 11 Dawn jgħibu, imma int innifsek dejjem se tibqaʼ; u bħal libsa+ lkoll jiqdiemu, 12 u tkebbibhom bħal mantar,+ bħal libsa; u huma jinbidlu, imma int tibqaʼ l-​istess, u sninek qatt ma jispiċċaw.”+

13 Imma dwar liema wieħed mill-​anġli qatt qal: “Oqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin tiegħi, sakemm inqiegħed l-​għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk”?+ 14 M’humiex ilkoll spirti+ għal servizz pubbliku,+ mibgħutin biex jaqdu lil dawk li se jirtu+ s-​salvazzjoni?

2 Huwa għalhekk li għandna bżonn noqogħdu attenti iktar mis-​soltu għal dak li smajna,+ biex qatt ma ninġarru mal-​kurrent.+ 2 Għax jekk il-​kelma li ntqalet permezz taʼ l-​anġli+ wriet ċar li kienet soda, u kull ksur tal-​liġi u att diżubbidjenti ħa l-​ħlas li kien ħaqqu fi qbil mal-​ġustizzja,+ 3 kif se neħilsu+ jekk inkunu ttraskurajna+ salvazzjoni kbira+ bħal din li bdiet tintqal permezz tal-​Mulej tagħna+ u ġiet verifikata+ għalina minn dawk li semgħuh, 4 waqt li Alla ngħaqad magħhom billi xehed b’sinjali kif ukoll b’għeġubijiet u b’diversi għemejjel setgħanin+ u bit-​tqassim+ taʼ l-​ispirtu qaddis skond ir-​rieda tiegħu?+

5 Għax ma kienx għall-​anġli li ssuġġetta l-​art abitata li ġejja+ u li dwarha qed nitkellmu. 6 Imma xi mkien ċertu xhud darba kiteb: “X’inhu l-​bniedem biex iżżommu f’moħħok,+ jew bin il-​bniedem biex tieħu ħsiebu?+ 7 Int għamiltu ftit inqas mill-​anġli; bi glorja u unur inkurunajtu,+ u ħtartu fuq għemil idejk.+ 8 Kollox issuġġettajt taħt saqajh.”+ Għax meta ssuġġetta kollox għalih,+ Alla ma ħalla xejn li mhux suġġettat għalih.+ Iżda issa għadna m’aħniex qed naraw kollox suġġettat għalih;+ 9 imma naraw lil Ġesù, li ntgħamel ftit inqas mill-​anġli,+ inkurunat bi glorja+ u unur talli bata l-​mewt,+ biex bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla jduq il-​mewt għal kull bniedem.+

10 Għax kien xieraq li dak li kollox hu għalih+ u kollox hu permezz tiegħu, biex iġib lil ħafna wlied għall-​glorja,+ jagħmel perfett lill-​Aġent Ewlieni+ tas-​salvazzjoni tagħhom permezz tas-​sofferenzi.+ 11 Għax kemm dak li qed iqaddes u kemm dawk li qed jitqaddsu+ ġejjin ilkoll minn wieħed,+ u għal din ir-​raġuni ma jistħix isejħilhom “ħuti,”+ 12 bħalma jgħid: “Se nxandar ismek lil ħuti; f’nofs il-​kongregazzjoni se nfaħħrek bl-​għanjiet.”+ 13 U jerġaʼ: “Inpoġġi l-​fiduċja tiegħi fih.”+ U jerġaʼ: “Ara! Jien u l-​ulied żgħar li tani Ġeħova.”+

14 Għalhekk, ladarba l-​“ulied żgħar” għandhom sehem mid-​demm u l-​laħam, hu wkoll sar tad-​demm u l-​laħam,+ biex b’mewtu+ jġib fix-​xejn+ lil dak li jistaʼ jikkaġuna l-​mewt,+ jiġifieri, ix-​Xitan,+ 15 u jeħles+ lil dawk kollha li minħabba l-​biżaʼ mill-​mewt+ kienu suġġettati għall-​jasar ħajjithom kollha.+ 16 Għax, fil-​fatt, mhux lill-​anġli qed jgħin, imma qed jgħin lil nisel Abraham.+ 17 Għaldaqstant kellu jsir bħal ħutu f’kollox,+ biex isir qassis il-​kbir ħanin u leali fis-​servizz lil Alla,+ sabiex joffri sagrifiċċju propizjatorju*+ għad-​dnubiet tan-​nies.+ 18 Għax billi hu stess sofra meta kien provat,+ jistaʼ jidħol għal dawk li qed jiġu provati.+

3 Għaldaqstant, aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-​sejħa tas-​sema,+ irriflettu dwar l-​appostlu+ u l-​qassis il-​kbir li nistqarru+—Ġesù. 2 Hu kien leali+ lejn Dak li ħatru, bħalma kien ukoll Mosè+ fid-​dar kollha Tiegħu.+ 3 Għax hu meqjus denju taʼ iktar glorja+ minn Mosè, billi min+ jibni dar għandu iktar unur mid-​dar li jkun bena.+ 4 Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.+ 5 U Mosè, bħala qaddej,+ wera fedeltà fid-​dar+ kollha Tiegħu bħala xiehda taʼ dak li kellu jingħad wara,+ 6 imma Kristu, bħala Iben,+ kien leali fuq id-​dar Tiegħu. Aħna d-​dar Tiegħu,+ jekk inżommu sod sat-​tmiem il-​libertà tal-​kelma u l-​ftaħir bit-​tama tagħna.+

7 Għalhekk, bħalma jgħid l-​ispirtu qaddis:+ “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ 8 twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa,+ bħal dakinhar tal-​prova+ fix-​xagħri,+ 9 li fih missirijietkom għaddewni minn prova, għalkemm raw l-​għemejjel tiegħi+ għal erbgħin sena sħaħ.+ 10 Minħabba dan ħassejtni diżgustat b’din il-​ġenerazzjoni u għedt, ‘Dejjem jiżvijaw fi qlubhom,+ u ma sarux jafu triqati.’+ 11 Għalhekk, ħlift fir-​rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-​mistrieħ tiegħi.’”+

12 Attenti, ħuti, li ma tmurx tiżviluppa f’xi ħadd minnkom qalb mill-​agħar li tkun nieqsa mill-​fidi u titbiegħdu mill-​Alla l-​ħaj;+ 13 imma ibqgħu ħeġġu+ lil xulxin kull jum, sakemm dan jistaʼ jissejjaħ “Illum,”+ li ma jmurx xi ħadd minnkom jitwebbes bil-​qawwa qarrieqa+ tad-​dnub. 14 Għax, fil-​fatt, ikollna sehem fil-​Kristu+ jekk biss inżommu sod sat-​tmiem il-​fiduċja li kellna fil-​bidu,+ 15 waqt li qed jingħad: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa.”+

16 Għax min kienu dawk li semgħu u madankollu qanqlu rabja ħarxa?+ Fil-​fatt, mhux dawk kollha li ħarġu mill-​Eġittu taħt Mosè għamlu hekk?+ 17 Ukoll, Alla b’min ħassu diżgustat għal erbgħin sena sħaħ?+ Ma kienx b’dawk li dinbu, li l-​iġsma mejtin tagħhom waqgħu fix-​xagħri?+ 18 Imma lil min ħalef+ li ma jidħlux fil-​mistrieħ tiegħu ħlief lil dawk li m’obdewhx?+ 19 Hekk naraw li ma setgħux jidħlu minħabba n-​nuqqas taʼ fidi.+

4 Għalhekk, la baqaʼ l-​wegħda taʼ dħul fil-​mistrieħ tiegħu,+ ara li ma jmurx xi darba xi ħadd minnkom jidher li naqas minnha.+ 2 Għax aħna kellna l-​aħbar tajba mxandra lilna wkoll,+ saħansitra bħalma kellhom huma;+ imma l-​kelma li semgħu ma switilhomx taʼ ġid,+ għax ma kellhomx l-​istess fidi+ bħal dawk li semgħu.+ 3 Għax aħna li eżerċitajna l-​fidi nidħlu fil-​mistrieħ, bħalma qal: “Għalhekk, ħlift+ fir-​rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-​mistrieħ tiegħi,’”+ għalkemm l-​għemejjel tiegħu tlestew+ sa mit-​tisjis tad-​dinja.+ 4 Għax f’post wieħed qal dwar is-​sebaʼ jum dan li ġej: “U Alla straħ fis-​sebaʼ jum mill-​għemejjel kollha tiegħu,”+ 5 u jerġaʼ f’dan il-​post qal: “Ma jidħlux fil-​mistrieħ tiegħi.”+

6 Għalhekk, peress li għad hemm l-​iskop li xi wħud jidħlu fih, u dawk li kienu l-​ewwel li xxandritilhom l-​aħbar tajba+ ma daħlux minħabba d-​diżubbidjenza,+ 7 hu jerġaʼ jistabbilixxi ċertu jum billi, wara żmien daqshekk twil, fis-​salm taʼ David jgħid “Illum”; bħalma ntqal hawn fuq: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom.”+ 8 Għax kieku Ġożwè+ daħħalhom f’post taʼ mistrieħ,+ Alla ma kienx iktar tard jitkellem+ dwar jum ieħor. 9 Għalhekk, baqaʼ mistrieħ tas-​Sabat* għan-​nies t’Alla.+ 10 Għax il-​bniedem li daħal fil-​mistrieħ+ t’Alla wkoll straħ mill-​għemejjel tiegħu stess,+ bħalma Alla straħ minn tiegħu.

11 Għalhekk, ħa nagħmlu l-​almu tagħna biex nidħlu f’dak il-​mistrieħ, li ma jmurx xi ħadd jaqaʼ fl-​istess mudell taʼ diżubbidjenza.+ 12 Għax il-​kelma+ t’Alla hi ħajja+ u qawwija+ u taqtaʼ iktar minn sejf b’żewġt ixfar+ u tinfed tant li tifred ir-​ruħ+ u l-​ispirtu,+ u l-​ġogi u l-​mudullun tagħhom, u tistaʼ tagħraf il-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.+ 13 U m’hemm l-​ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu,+ imma kollox hu għeri u mikxuf beraħ quddiem dak li rridu nagħtuh kont.+

14 Għalhekk, ladarba għandna qassis il-​kbir grandjuż li għadda mis-​smewwiet,+ Ġesù l-​Iben t’Alla,+ ħa nżommu sod u nibqgħu nistqarruh.+ 15 Għax bħala qassis il-​kbir m’għandniex wieħed li ma jistax jagħder+ id-​dgħjufijiet tagħna, imma wieħed li ġie provat fl-​aspetti kollha bħalna, imma baqaʼ mingħajr dnub.+ 16 Għalhekk, ħa nersqu+ bil-​libertà tal-​kelma+ lejn it-​tron tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa, sabiex insibu ħniena u qalb tajba mhix mistħoqqa għall-​għajnuna f’waqtha.+

5 Għax kull qassis il-​kbir li jittieħed minn fost il-​bnedmin jinħatar biex jagħti servizz lil Alla għan-​nom tal-​bnedmin,+ sabiex joffri għotjiet u sagrifiċċji għad-​dnubiet.+ 2 Hu jistaʼ jittratta bil-​moderazzjoni lil dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, ladarba anki hu mtaqqal bid-​dgħjufija tiegħu stess,+ 3 u minħabba fiha jkollu jagħmel offerti għad-​dnubiet kemm għalih innifsu u kemm għall-​poplu.+

4 Ukoll, bniedem ma jiħux dan l-​unur minn jeddu,+ imma biss meta jiġi msejjaħ minn Alla,+ bħalma kien Aron.+ 5 Hekk ukoll il-​Kristu ma pprovax jigglorifika lilu nnifsu+ billi sar qassis il-​kbir,+ imma kien glorifikat+ minn dak li dwaru qal: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek.”+ 6 Bħalma jgħid ukoll f’post ieħor: “Int qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.”+

7 Meta kien bniedem, Kristu talab bil-​ħerqa u wkoll offra petizzjonijiet+ lil Dak li setaʼ jsalvah mill-​mewt, b’għajat qawwi+ u dmugħ, u t-​talb tiegħu ntlaqaʼ minħabba li kellu l-​biżaʼ t’Alla.+ 8 Għalkemm kien Iben, tgħallem l-​ubbidjenza minn dak li sofra;+ 9 u wara li kien magħmul perfett+ sar responsabbli mis-​salvazzjoni taʼ dejjem+ taʼ dawk kollha li jobduh,+ 10 għax hu ġie msejjaħ speċifikament minn Alla qassis il-​kbir bl-​istess mod taʼ Melkisedek.+

11 Dwaru għandna ħafna affarijiet x’ngħidu u huma diffiċli biex tispjegahom ladarba sirtu tqal biex tisimgħu.+ 12 Għax, tabilħaqq, għalkemm s’issa jmisskom sirtu għalliema,+ reġaʼ għandkom bżonn lil min jgħallimkom mill-​bidu l-​affarijiet elementari+ tad-​dikjarazzjonijiet sagri t’Alla;+ u sirtu teħtieġu l-​ħalib, mhux l-​ikel solidu.+ 13 Għax kulmin jieħu mill-​ħalib mhux midħla tal-​kelma tas-​sewwa, għax għadu tarbija.+ 14 Imma l-​ikel solidu hu għan-​nies maturi, għal dawk li bl-​użu għandhom is-​sensi tagħhom+ imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.+

6 Għaldaqstant, issa li tlaqna d-​duttrina elementari+ dwar il-​Kristu,+ ħa nirsistu lejn il-​maturità,+ u ma nerġgħux inqiegħdu l-​pedament,+ jiġifieri, l-​indiema minn għemejjel mejtin,+ u l-​fidi f’Alla,+ 2 it-tagħlim fuq il-​magħmudijiet+ u t-​tqegħid taʼ l-​idejn,+ l-​irxoxt tal-​mejtin+ u l-​ġudizzju taʼ dejjem.+ 3 U dan nagħmluh, jekk Alla jippermetti.+

4 Hu impossibbli għal dawk li kienu mdawlin darba għal dejjem,+ u li daqu l-​għotja b’xejn tas-​sema,+ u li kellhom sehem mill-​ispirtu qaddis,+ 5 u li daqu+ l-​kelma eċċellenti t’Alla u l-​qawwiet tas-​sistema li ġejja,+ 6 imma li jkunu tbiegħdu,+ li dawn jerġgħu jitqanqlu għall-​indiema,+ għax huma stess jerġgħu jsammru maʼ zokk lill-​Iben t’Alla u jesponuh għall-​għajb quddiem kulħadd.+ 7 Per eżempju, l-​art li tixrob ix-​xita li spiss taqaʼ fuqha, u li mbagħad tnibbet ħaxix tajjeb lil dawk li tiġi kultivata għalihom,+ tirċievi bi ħlas barka mingħand Alla. 8 Imma jekk tipproduċi xewk u għollieq, titwarrab u tkun waslet biex tinsteħet;+ u tispiċċa maħruqa.+

9 Madankollu, fil-​każ tagħkom, maħbubin, aħna konvinti minn affarijiet aħjar u affarijiet li jwasslu għas-​salvazzjoni, għalkemm qed nitkellmu b’dan il-​mod. 10 Għax Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu,+ peress li qdejtu lill-​qaddisin+ u għadkom taqduhom. 11 Imma aħna nixtiequ li kull wieħed minnkom juri l-​istess bżulija sabiex ikollu fiduċja sħiħa+ fit-​tama+ sat-​tmiem,+ 12 biex ma titgħażżnux,+ imma timitaw+ lil dawk li bil-​fidi u l-​paċenzja jirtu l-​wegħdi.+

13 Għax meta Alla għamel il-​wegħda tiegħu lil Abraham,+ billi ma setax jaħlef b’xi ħadd akbar minnu, ħalef+ bih innifsu 14 u qal: “Żgur li nbierkek bil-​kbir, u nkattrek bl-​abbundanza.”+ 15 U b’hekk, wara li wera l-​paċenzja, Abraham kiseb din il-​wegħda.+ 16 Għax il-​bnedmin jaħilfu b’min hu akbar minnhom,+ u l-​ħalfa tagħhom hi t-​tmiem taʼ kull kwistjoni, għax għalihom hi garanzija legali.+ 17 B’dan il-​mod, Alla, meta ried juri b’mod iktar abbundanti lill-​werrieta+ tal-​wegħda kemm l-​iskop tiegħu ma jinbidilx,+ ikkonferma dan b’ħalfa, 18 sabiex, b’żewġ affarijiet li ma jinbidlux u li hu impossibbli li Alla jigdeb dwarhom,+ aħna, li ħrabna lejn il-​kenn, ikollna inkuraġġiment qawwi biex naqbdu mat-​tama+ mqiegħda quddiemna. 19 Din it-​tama+ li għandna hi bħal ankra għal ruħna, żgura u soda, u tidħol ’il ġewwa mill-​purtiera,+ 20 fejn qabilna daħal għan-​nom tagħna dak li ħejjielna t-​triq,+ Ġesù, li sar qassis il-​kbir għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.+

7 Għax dan Melkisedek, sultan taʼ Salem, qassis taʼ l-​Alla l-​Iktar Għoli,+ li ltaqaʼ m’Abraham meta dan kien ġej lura wara li qatel is-​slaten u bierku+ 2 u li lilu Abraham tah wieħed minn kull għaxra minn kollox,+ l-​ewwelnett hu “Sultan tal-​Ġustizzja” (skond it-​traduzzjoni taʼ ismu), u mbagħad hu wkoll sultan taʼ Salem,+ jiġifieri, “Sultan tas-​Sliem.” 3 Peress li hu bla missier, bla omm, mingħajr ġenealoġija, u la għandu bidu tal-​jiem+ u lanqas tmiem tal-​ħajja, imma ntgħamel bħall-​Iben t’Alla,+ hu jibqaʼ qassis għal dejjem.+

4 Għalhekk, araw kemm kien kbir dan ir-​raġel li lilu Abraham, il-​kap tal-​familja, tah wieħed minn kull għaxra mill-​aqwa tal-​priża.+ 5 Veru, l-​irġiel minn ulied Levi+ li jirċievu l-​kariga tagħhom taʼ qassisin għandhom kmandament biex, skond il-​Liġi, jiġbru l-​għexur+ mingħand il-​poplu,+ jiġifieri, mingħand ħuthom, anki jekk dawn ukoll kienu mnisslin minn Abraham;+ 6 imma r-​raġel li ma kienx fil-​ġenealoġija tagħhom+ ħa l-​għexur mingħand Abraham+ u bierek lil dak li kellu l-​wegħdi.+ 7 Issa ħadd ma jistaʼ jiċħad li ż-​żgħir jitbierek mill-​kbir.+ 8 F’każ minnhom huma bnedmin li jmutu li jirċievu l-​għexur,+ imma fil-​każ l-​ieħor hu xi ħadd li dwaru tingħata xiehda li hu ħaj.+ 9 U, jekk nistaʼ nuża l-​espressjoni, permezz t’Abraham anki Levi li jirċievi l-​għexur ħallas l-​għexur, 10 għax kien għadu ma tnissilx+ minn missieru meta Melkisedek iltaqaʼ miegħu.+

11 Allura, jekk il-​perfezzjoni+ tassew kienet tiġi permezz tas-​saċerdozju Levitiku,+ (għax dan kien parti prominenti mil-​Liġi li ngħatat lill-​poplu,)+ għala kien hemm bżonn+ li jqum qassis ieħor bl-​istess mod taʼ Melkisedek+ u ma ntqalx li hu bl-​istess mod t’Aron? 12 Għax ladarba qed jitbiddel is-​saċerdozju,+ għandha titbiddel ukoll il-​liġi.+ 13 Għax il-​bniedem li dwaru jintqal dan kien membru taʼ tribù ieħor,+ li minnu ħadd ma qeda uffiċjalment fuq l-​artal.+ 14 Għax jidher ċar li l-​Mulej tagħna ħareġ minn Ġuda,+ tribù li fuqu Mosè ma qal xejn dwar qassisin.

15 U jerġaʼ jidher ferm iktar ċar li bħal Melkisedek+ kellu jqum qassis ieħor,+ 16 li ma sarx qassis skond il-​liġi taʼ kmandament li jiddependi mil-​laħam,+ imma skond il-​qawwa taʼ ħajja li ma tinqeridx,+ 17 għax bħala xiehda jingħad: “Int qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.”+

18 Għalhekk, ċertament, qed jitwarrab il-​kmandament taʼ qabel għax kien dgħajjef+ u bla effett.+ 19 Għax il-​Liġi m’għamlet xejn perfett,+ imma l-​introduzzjoni taʼ tama aħjar+ għamlet, u permezz taʼ din it-​tama qed nersqu qrib lejn Alla.+ 20 Ukoll, bħalma dan ma seħħx mingħajr ġurament, 21 (għax tassew hemm bnedmin li saru qassisin mingħajr ġurament, imma hemm wieħed li sar qassis bil-​ġurament taʼ Dak li dwaru qal: “Ġeħova ħalef+ (u ma jiddispjaċihx), ‘Int qassis għal dejjem,’”)+ 22 hekk ukoll Ġesù sar dak li ngħata bħala garanzija taʼ patt aħjar.+ 23 Iktar minn hekk, ħafna kellhom isiru qassisin, wieħed wara l-​ieħor,+ minħabba li l-​mewt+ ma ħallithomx ikomplu jaqdu bħala qassisin, 24 imma, peress li jibqaʼ jgħix għal dejjem,+ hu għandu saċerdozju mingħajr suċċessuri. 25 Għaldaqstant jistaʼ wkoll isalva għalkollox lil dawk li qed jersqu lejn Alla permezz tiegħu, għax hu dejjem ħaj biex jitlob bil-​ħniena għalihom.+

26 Għax qassis il-​kbir bħal dan kien xieraq għalina,+ leali,+ bla malizzja,+ bla tinġis,+ mifrud mill-​midinbin,+ u ogħla mis-​smewwiet.+ 27 Hu m’għandux bżonn li, bħal dawk il-​qassisin il-​kbar, joffri sagrifiċċji kuljum,+ l-​ewwel għal dnubietu stess+ u mbagħad għal dawk tal-​poplu:+ (għax dan għamlu darba+ għal dejjem meta offra+ lilu nnifsu;) 28 għax il-​Liġi taħtar bħala qassisin il-​kbar+ bnedmin li għandhom id-​dgħjufija,+ imma l-​kelma tal-​ġurament,+ li ġiet wara l-​Liġi, taħtar Iben li ntgħamel perfett+ għal dejjem.

8 Issa dwar dak li qed jiġi diskuss, dan hu l-​punt prinċipali: Għandna qassis il-​kbir+ bħal dan li qagħad bil-​qiegħda fuq il-​lemin tat-​tron tal-​Maestà fis-​smewwiet,+ 2 qaddej pubbliku tal-​post qaddis+ u tat-​tinda vera, li bena Ġeħova,+ u mhux il-​bniedem.+ 3 Għax kull qassis il-​kbir jinħatar biex joffri għotjiet u sagrifiċċji;+ għaldaqstant kien meħtieġ li dan ukoll ikollu xi ħaġa x’joffri.+ 4 Issa, kieku kien fuq l-​art, ma kienx ikun qassis,+ peress li hemm bnedmin li joffru l-​għotjiet skond il-​Liġi, 5 u li qed jagħtu servizz sagru b’rappreżentazzjoni tipika+ u b’dell+ taʼ l-​affarijiet tas-​sema; bħalma Mosè, meta kien wasal biex ilesti t-​tinda,+ ngħata l-​kmand divin:+ Għax jgħid: “Qis li tagħmel kollox skond il-​mudell tiegħu li ntwerejt fuq il-​muntanja.”+ 6 Imma issa Ġesù kiseb servizz pubbliku iktar eċċellenti, u b’hekk sar ukoll il-​medjatur+ taʼ patt li bl-​istess mod hu aħjar+ u li ġie stabbilit legalment fuq wegħdi aħjar.+

7 Għax kieku dak l-​ewwel patt kien bla nuqqas, ma kienx ikun hemm post għat-​tieni;+ 8 għax hu tassew isib il-​ħtija fil-​poplu meta jgħid: “‘Ara! Għad jiġi żmien,’ jgħid Ġeħova, ‘meta nagħmel patt ġdid maʼ dar Israel u maʼ dar Ġuda;+ 9 mhux bħall-​patt+ li għamilt maʼ missirijiethom dakinhar li qbadthom minn idhom biex noħroġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ għax huma ma baqgħux fil-​patt tiegħi,+ u għalhekk ma bqajtx nieħu ħsiebhom,’ jgħid Ġeħova.”+

10 “‘Għax dan hu l-​patt li nagħmel maʼ dar Israel wara dak iż-​żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-​liġijiet tiegħi f’moħħhom, u niktibhom fi qlubhom.+ U nsir Alla tagħhom,+ u huma jsiru l-​poplu tiegħi.+

11 “‘U żgur ma jgħallmux wieħed lil ieħor, ċittadin lil sieħbu u ħu lil ħuh, billi jgħidu: “Kun af lil Ġeħova!”+ Għax kollha jkunu jafuni,+ mill-​iżgħar wieħed sa l-​akbar wieħed minnhom. 12 Għax inkun ħanin maʼ l-​għemejjel inġusti tagħhom, u żgur ma niftakarx iktar+ dnubiethom.’”+

13 Meta qal “patt ġdid” hu warrab lil dak taʼ qabel.+ Issa dak li twarrab u għadda żmienu wasal biex jgħib.+

9 Issa l-​patt taʼ qabel kellu r-​regolamenti tas-​servizz sagru+ u l-​post qaddis tiegħu fuq l-​art.+ 2 Għax inbniet l-​ewwel taqsima tat-​tinda+ fejn kien hemm il-​gandlier+ u wkoll il-​mejda+ u l-​ħobż preżentat fuqha;+ u din tissejjaħ “il-​Post Qaddis.”+ 3 Imma wara t-​tieni purtiera+ kien hemm it-​taqsima tat-​tinda msejħa “l-​Iktar Qaddis.”+ 4 Hemmhekk kien hemm inċensier tad-​deheb+ u l-​arka tal-​patt+ miksija kollha kemm hi bid-​deheb.+ F’din kien hemm il-​bieqja tad-​deheb bil-​manna+ u l-​bastun t’Aron li warrad+ u t-​twavel+ tal-​patt; 5 fuqha kien hemm il-​kerubini glorjużi+ jgħattu bid-​dell tagħhom l-​għatu propizjatorju.*+ Imma issa mhux il-​waqt li nitkellmu bid-​dettall dwar dawn l-​affarijiet.

6 Wara li dawn l-​affarijiet inbnew b’dan il-​mod, il-​qassisin bdew jidħlu fl-​ewwel taqsima tat-​tinda+ f’kull żmien biex iwettqu s-​servizzi sagri;+ 7 imma fit-​tieni taqsima jidħol il-​qassis il-​kbir waħdu darba fis-​sena,+ u ma jidħolx mingħajr demm,+ li joffrih għalih innifsu+ u għad-​dnubiet mhux apposta tal-​poplu.+ 8 B’hekk, l-​ispirtu qaddis jagħmilha ċara li t-​triq+ għal ġol-​post qaddis kienet għadha ma ntwerietx waqt li kienet wieqfa l-​ewwel tinda.+ 9 Din it-​tinda hi tixbiha+ għaż-​żmien stabbilit li hawn issa,+ u fi qbil magħha jiġu offruti l-​għotjiet u s-​sagrifiċċji.+ Madankollu, dawn ma jistgħux jagħtu kuxjenza nadifa+ b’mod perfett+ lil min jagħti servizz sagru, 10 imma għandhom x’jaqsmu biss maʼ ikel+ u xorb+ u tgħaddis fl-​ilma taʼ diversi affarijiet.+ Kienu ħtiġijiet legali relatati mal-​ġisem tal-​laħam+ li kienu imposti saż-​żmien stabbilit biex jiġu rranġati l-​affarijiet.+

11 Iżda meta Kristu ġie bħala qassis il-​kbir+ taʼ l-​affarijiet tajbin li seħħew, u għadda mit-​tinda li hi akbar u iktar perfetta u mhux magħmula bl-​idejn, jiġifieri, mhux taʼ dan il-​ħolqien,+ 12 daħal darba għal dejjem fil-​post qaddis, le, mhux bid-​demm+ tal-​mogħoż u tal-​barrin żgħar, imma b’demmu stess,+ u kisbilna ħelsien taʼ dejjem.+ 13 Għax jekk id-​demm tal-​mogħoż+ u tal-​barrin+ u l-​irmied+ t’għoġla mraxxax fuq dawk li ġew imniġġsin+ iqaddes sal-​punt li jnaddaf il-​laħam,+ 14 kemm iktar id-​demm+ tal-​Kristu, li bl-​ispirtu taʼ dejjem offra lilu nnifsu+ bla difett lil Alla, inaddaf+ il-​kuxjenzi tagħna mill-​għemejjel mejtin+ sabiex nagħtu servizz sagru+ lill-​Alla l-​ħaj?

15 Mela għal din ir-​raġuni hu medjatur+ taʼ patt ġdid, sabiex, peress li seħħet mewt biex teħlishom b’fidwa+ min-​nuqqasijiet li saru taħt il-​patt taʼ qabel,+ l-​imsejħin jirċievu l-​wegħda tal-​wirt taʼ dejjem.+ 16 Għax fejn hemm patt,+ jeħtieġ isseħħ il-​mewt tal-​bniedem li jagħmlu. 17 Għax patt hu validu wara xi mewt, ladarba ma jibdiex iseħħ waqt li l-​bniedem li jagħmlu jkun għadu ħaj. 18 Għaldaqstant, lanqas il-​patt taʼ qabel+ ma kien inawgurat mingħajr demm.+ 19 Għax wara li lissen kull kmandament skond il-​Liġi lill-​poplu kollu,+ Mosè ħa d-​demm tal-​barrin żgħar u tal-​mogħoż flimkien maʼ l-​ilma, is-​suf lewn l-​iskarlat, u l-​friegħi taż-​żuf+ u raxx il-​ktieb stess u l-​poplu kollu, 20 u qal: “Dan hu d-​demm tal-​patt li Alla stabbilixxa bħala ordni għalikom.”+ 21 U bl-​istess mod raxx bid-​demm+ it-​tinda+ u r-​reċipjenti kollha tas-​servizz pubbliku. 22 Iva, kważi kollox jitnaddaf bid-​demm+ skond il-​Liġi, u jekk ma jixxerridx+ demm ma sseħħ ebda maħfra.+

23 Għalhekk, kien neċessarju li r-​rappreżentazzjonijiet tipiċi+ taʼ l-​affarijiet fis-​smewwiet jitnaddfu b’dan il-​mod,+ imma l-​affarijiet tas-​sema jitnaddfu b’sagrifiċċji li huma aħjar minn sagrifiċċji bħal dawn. 24 Għax Kristu ma daħalx f’post qaddis magħmul bl-​idejn,+ li hu l-​kopja tar-​realtà,+ imma fis-​sema stess,+ biex issa jidher għalina quddiem il-​persuna t’Alla.+ 25 U lanqas daħal biex joffri lilu nnifsu spiss, bħalma tabilħaqq il-​qassis il-​kbir jidħol fil-​post qaddis+ minn sena għall-​oħra+ b’demm li mhux tiegħu stess. 26 Inkella kien ikollu jsofri spiss sa mit-​tisjis+ tad-​dinja. Imma issa deher+ darba+ għal dejjem fil-​konklużjoni tas-​sistemi+ biex ineħħi d-​dnub bis-​sagrifiċċju tiegħu stess.+ 27 U bħalma hu merfugħ li l-​bnedmin+ imutu darba biss, imma wara dan isir ġudizzju,+ 28 hekk ukoll il-​Kristu kien offrut darba+ għal dejjem biex iġorr id-​dnubiet taʼ ħafna;+ u t-​tieni darba+ li jidher+ ma jkunx biex ineħħi d-​dnub+ imma għal dawk li qed ifittxuh bil-​ħerqa għas-​salvazzjoni tagħhom.+

10 Għax ladarba l-​Liġi hi biss dell+ taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu, imma mhux ir-​realtà tagħhom, il-​bnedmin qatt ma jistgħu bl-​istess sagrifiċċji li joffru kontinwament minn sena għall-​oħra jagħmlu perfetti lil dawk li jersqu lejn Alla.+ 2 Għax kieku kien hekk, ma kinux huma jieqfu joffru s-​sagrifiċċji, peress li dawk li qed jagħtu servizz sagru u tnaddfu darba għal dejjem ma kinux ikunu jafu iktar bid-​dnubiet?+ 3 Għall-kuntrarju, b’dawn is-​sagrifiċċji jiġu mfakkrin id-​dnubiet minn sena għall-​oħra,+ 4 għax hu impossibbli li d-​demm tal-​barrin u tal-​mogħoż ineħħi d-​dnubiet.+

5 Għalhekk, meta jiġi fid-​dinja jgħid: “‘Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx,+ imma ħejjejt ġisem għalija.+ 6 Int m’approvajtx offerti tal-​ħruq sħaħ u offerti għad-​dnub.’+ 7 Imbagħad jien għedt, ‘Ara! Ġejt (fir-romblu tal-​ktieb hemm miktub dwari)+ biex nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla.’”+ 8 Wara li l-​ewwel jgħid: “Int la ridt u lanqas approvajt sagrifiċċji u offerti u offerti tal-​ħruq sħaħ u offerti għad-​dnub”+—sagrifiċċji li huma offruti skond il-​Liġi+— 9 imbagħad fil-​fatt jgħid: “Ara! Ġejt biex nagħmel ir-​rieda tiegħek.”+ Ineħħi taʼ l-​ewwel biex jistabbilixxi t-​tieni.+ 10 B’din ir-​“rieda”+ tqaddisna+ permezz taʼ l-​offerta+ tal-​ġisem taʼ Ġesù Kristu li saret darba+ għal dejjem.

11 Ukoll, kull qassis jieħu postu+ minn jum għall-​ieħor+ biex jagħti servizz pubbliku u joffri l-​istess sagrifiċċji spiss, għax dawn qatt ma jistgħu jneħħu d-​dnubiet għalkollox.+ 12 Imma dan ir-​raġel offra sagrifiċċju wieħed għad-​dnubiet għal dejjem+ u qagħad bil-​qiegħda fuq il-​leminija t’Alla,+ 13 jistenna, minn dak iż-​żmien ’il quddiem, sakemm l-​għedewwa tiegħu jitqiegħdu bħala banketta għal saqajh.+ 14 Għax bl-​offerta taʼ sagrifiċċju wieħed+ għamel perfetti+ għal dejjem lil dawk li qed jitqaddsu. 15 Iktar minn hekk, jixhdilna wkoll l-​ispirtu qaddis,+ għax wara li qal: 16 “‘Dan hu l-​patt li nagħmel magħhom wara dak iż-​żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-​liġijiet tiegħi fi qlubhom, u niktibhom f’moħħhom,’”+ 17 imbagħad jgħid: “U żgur ma niftakarx iktar dnubiethom u l-​għemejjel tagħhom kontra l-​liġi.”+ 18 Issa meta jkun hemm din il-​maħfra,+ ma jkunx hemm iktar offerta għad-​dnub.+

19 Għalhekk, ħuti, ladarba għandna l-​qlubija biex nidħlu fit-​triq+ għal ġol-​post qaddis+ bid-​demm taʼ Ġesù, 20 li hu inawgura għalina bħala triq ġdida u ħajja minn ġol-​purtiera,+ jiġifieri, laħmu,+ 21 u ladarba għandna l-​aqwa qassis fuq id-​dar t’Alla,+ 22 ħa nersqu bi qlub sinċieri u b’fiduċja sħiħa u bil-​fidi, wara li qalbna ġiet imnaddfa minn kuxjenza ħażina+ bit-​traxxix u ġisimna maħsul b’ilma nadif.+ 23 Ħa nżommu sod l-​istqarrija pubblika tat-​tama tagħna+ mingħajr ma niddubitaw,+ għax leali*+ hu min wiegħed. 24 U ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu+ għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin,+ 25 u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien,+ bħalma ħaduha drawwa jagħmlu xi wħud, imma ninkuraġġixxu+ lil xulxin, u dan iktar u iktar hekk kif taraw joqrob il-​jum.+

26 Għax jekk wara li nkunu rċivejna l-​għarfien eżatt dwar il-​verità+ nipprattikaw id-​dnub għax irridu,+ ma jibqaʼ ebda sagrifiċċju għad-​dnubiet,+ 27 imma stennija tal-​biżaʼ tal-​ġudizzju+ u għira taqbad li se teqred lil dawk li jopponu.+ 28 Kulmin ma jkunx ta kas il-​liġi taʼ Mosè jmut bla mogħdrija, bix-​xiehda taʼ tnejn jew tlieta.+ 29 X’kastig+ ferm iktar aħrax taħsbu li jkun jistħoqqlu min jgħaffeġ taħt saqajh+ lill-​Iben t’Alla u jqis id-​demm+ tal-​patt li bih kien imqaddes bħala ordinarju u jiddisprezza bla mistħija l-​ispirtu+ tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa? 30 Għax nafuh lil dak li qal: “Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas”;+ u reġaʼ: “Ġeħova se jiġġudika lill-​poplu tiegħu.”+ 31 Hi ħaġa tal-​biżaʼ li taqaʼ f’idejn l-​Alla l-​ħaj.+

32 Madankollu, ibqgħu ftakru fiż-​żmien taʼ qabel meta, wara li ġejtu mdawlin,+ issaportejtu taqbida kbira bis-​sofferenzi,+ 33 xi drabi waqt li kontu qed tiġu esposti, bħal f’teatru,+ għaż-​żebliħ u għat-​tribulazzjonijiet, u xi drabi billi sseħibtu maʼ dawk li kienu għaddejjin minn din l-​esperjenza.+ 34 Għax intom esprimejtu simpatija lejn dawk fil-​ħabs kif ukoll issaportejtu bil-​ferħ is-​serq+ taʼ ġidkom, billi tafu li għandkom ġid aħjar u li jibqaʼ.+

35 Għalhekk, tarmux il-​libertà tal-​kelma+ li għandkom u li għad titħallas bi premju kbir.+ 36 Għax teħtieġu s-​sabar+ sabiex, wara li tkunu għamiltu r-​rieda t’Alla,+ tirċievu t-​twettiq tal-​wegħda.+ 37 Għax “ftit ferm” baqaʼ,+ u “dak li ġej jasal u ma jiddawwarx.”+ 38 “Imma l-​ġust tiegħi jgħix permezz tal-​fidi,”+ u, “jekk jerġaʼ lura minni bil-​biżaʼ, ruħi ma tiħux pjaċir bih.”+ 39 Issa aħna m’aħniex it-​tip li nerġgħu lura bil-​biżaʼ biex ninqerdu,+ imma t-​tip li għandna l-​fidi biex inżommu ruħna ħajja.+

11 Il-fidi+ hi l-​istennija garantita t’affarijiet li nittamaw+ għalihom, it-​turija evidenti taʼ realtajiet li ma jidhrux.+ 2 Għax permezz taʼ dan, in-​nies tal-​qedem ngħataw xiehda.+

3 Bil-fidi nintebħu li s-​sistemi+ tpoġġew fl-​ordni bil-​kelma t’Alla,+ u b’hekk dak li jidher ġie minn affarijiet li ma jidhrux.+

4 Bil-fidi Abel offra lil Alla sagrifiċċju aħjar minn taʼ Kajjin,+ u b’din il-​fidi ngħata xiehda li kien raġel sewwa, għax Alla xehed+ rigward l-​għotjiet tiegħu; u permezz tagħha, għalkemm miet, għadu jitkellem.+

5 Bil-fidi Enok+ ġie trasferit biex ma jarax il-​mewt, u ma nstab imkien għax Alla kien ittrasferieh;+ imma qabel ma ġie trasferit kellu x-​xiehda li kien għoġob sew lil Alla.+ 6 Iktar minn hekk, mingħajr fidi+ impossibbli li togħġbu sew,+ għax min jersaq lejn Alla jrid jemmen li hu jeżisti+ u li jippremja+ lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.+

7 Bil-fidi Noè,+ wara li ngħata twissija divina dwar affarijiet li kienu għadhom ma dehrux,+ wera l-​biżaʼ t’Alla u bena arka+ biex isalva lin-​nies taʼ daru; u permezz taʼ din il-​fidi kkundanna lid-​dinja,+ u sar werriet tal-​ġustizzja+ li tiġi permezz tal-​fidi.

8 Bil-fidi Abraham,+ meta kien imsejjaħ, obda u mar f’post li kellu jirċivih bħala wirt; u mar, għalkemm ma kienx jaf fejn kien sejjer.+ 9 Bil-fidi għex bħala barrani fl-​art tal-​wegħda bħallikieku f’art barranija,+ u għex fit-​tined+ maʼ Iżakk+ u Ġakobb,+ li kienu werrieta miegħu taʼ l-​istess wegħda.+ 10 Għax kien qed jistenna l-​belt+ li għandha sisien taʼ veru, li l-​bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.+

11 Bil-fidi wkoll Sara+ rċiviet qawwa biex toħroġ tqila b’nisel,* saħansitra meta kienet għaddiet l-​età li jkollha t-​tfal,+ peress li qisitu leali* lil dak li għamel il-​wegħda.+ 12 Għaldaqstant ukoll minn raġel wieħed,+ kważi mejjet,+ twieldu wlied daqs il-​kwiekeb tas-​sema fil-​kotra u bla għadd daqs ir-​ramel f’xatt il-​baħar.+

13 Dawn kollha mietu waqt li żammew il-​fidi,+ għalkemm ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħdi,+ imma rawhom mill-​bogħod+ u laqgħuhom u stqarrew pubblikament li kienu stranġieri u residenti temporanji f’dik l-​art.+ 14 Għax dawk li jgħidu dan juru bil-​provi li qed ifittxu bil-​ħeġġa post għalihom infushom.+ 15 Iżda, kieku tabilħaqq baqgħu jiftakru dak il-​post li minnu kienu telqu,+ kien ikollhom opportunità jerġgħu lura.+ 16 Imma issa qed jirsistu għal post aħjar, jiġifieri, wieħed tas-​sema.+ Għalhekk, Alla ma jistħix minħabba fihom, li jissejjaħ Alla tagħhom,+ għax ħejja belt+ għalihom.

17 Bil-fidi Abraham, meta ġie provat,+ kważi offra lil Iżakk, u r-​raġel li bil-​ferħ kien irċieva l-​wegħdi pprova joffri lill-​iben uniġenitu tiegħu,+ 18 għalkemm kien intqallu: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+ 19 Imma qies li Alla setaʼ jqajmu saħansitra mill-​imwiet;+ u minn hemm irċivieh ukoll bħala tixbiha.+

20 Bil-fidi wkoll Iżakk bierek lil Ġakobb+ u lil Għesaw+ rigward l-​affarijiet li kellhom jiġu.

21 Bil-fidi Ġakobb, meta kien wasal biex imut,+ bierek lil kull wieħed minn ulied Ġużeppi+ u ta qima billi straħ fuq ras il-​bastun tiegħu.+

22 Bil-fidi Ġużeppi, meta qorob lejn it-​tmiem taʼ ħajtu, semma l-​eżodu+ taʼ wlied Israel; u ta ordni dwar l-​għadam tiegħu.+

23 Bil-fidi Mosè, wara li twieled,+ ġie moħbi għal tliet xhur mill-​ġenituri tiegħu, għax raw li ċ-​ċkejken kien sabiħ+ u ma beżgħux mill-​ordni+ tas-​sultan. 24 Bil-fidi Mosè, meta kiber,+ ma riedx jissejjaħ bin bint il-​Fargħun,+ 25 imma għażel li jkun trattat ħażin mal-​poplu t’Alla minflok ma jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub, 26 għax qies it-​tmaqdir+ tal-​Kristu bħala rikkezzi akbar mit-​teżori taʼ l-​Eġittu; għax ħares fiss lejn il-​ħlas tal-​premju.+ 27 Bil-fidi telaq mill-​Eġittu+ u ma beżax mir-​rabja tas-​sultan,+ imma baqaʼ sod bħallikieku qed jara lil Dak li hu inviżibbli.+ 28 Bil-fidi ċċelebra l-​Qbiż+ u t-​traxxix tad-​demm,+ biex il-​qerried ma jmissilhomx lill-​ewwel imweldin.+

29 Bil-fidi għaddew mill-​Baħar l-​Aħmar qisu fuq art niexfa,+ imma malli l-​Eġizzjani ssograw jgħaddu, inbelgħu.+

30 Bil-fidi ġġarrfu s-​swar taʼ Ġeriko wara li kienu daru magħhom għal sebat ijiem.+ 31 Bil-fidi Raħab+ il-​prostituta ma nqerditx maʼ dawk li kienu diżubbidjenti, għax laqgħet lill-​ispiji bis-​sliem.+

32 U x’ngħid iktar? Għax qatt ma nispiċċa kieku kelli nkompli nirrakkonta dwar Gidegħon,+ Barak,+ Sansun,+ Ġefta,+ David+ kif ukoll Samwel+ u l-​profeti l-​oħrajn,+ 33 li permezz tal-​fidi għelbu saltniet fil-​ġlied,+ wettqu l-​ġustizzja,+ kisbu l-​wegħdi,+ waqqfu ħalq l-​iljuni,+ 34 irreżistew il-​forza tan-​nar,+ ħelsu minn xifer is-​sejf,+ minn dgħajfin intgħamlu qawwijin,+ saru qalbenin fil-​gwerer,+ ħarbtu l-​armati tal-​barranin.+ 35 Xi nisa rċivew il-​mejtin tagħhom bl-​irxoxt;+ imma nies oħrajn ġew torturati għax ma ridux jaċċettaw il-​ħelsien b’xi fidwa, sabiex jiksbu rxoxt aħjar. 36 Iva, oħrajn irċivew il-​prova tagħhom permezz taʼ żebliħ u swat, tabilħaqq, iktar minn hekk, permezz taʼ rbit+ u ħabsijiet.+ 37 Kienu mħaġġrin,+ kienu provati,+ kienu mħanxrin min-​nofs, mietu+ minfudin bis-​sejf, iġġerrew lebsin il-​ġlud tan-​nagħaġ+ u l-​ġlud tal-​mogħoż, waqt li kienu fil-​bżonn,+ fit-​tribulazzjoni,+ u trattati ħażin;+ 38 u d-​dinja ma kinitx denja tagħhom. Iġġerrew fid-​deżerti u l-​muntanji u l-​għerien+ u l-​grotti taʼ l-​art.

39 Iżda dawn kollha, għalkemm ngħataw xiehda permezz tal-​fidi tagħhom, ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħda,+ 40 għax Alla ra minn qabel xi ħaġa aħjar+ għalina,+ sabiex+ ma jintgħamlux perfetti+ mingħajrna.+

12 Għalhekk, mela, peress li aħna mdawrin bi sħaba hekk kbira taʼ xhieda,+ ħa nneħħu aħna wkoll kull piż+ u dak id-​dnub li faċilment ifixkilna,+ u ħa niġru bis-​sabar+ it-​tiġrija+ li tqiegħdet quddiemna,+ 2 waqt li nħarsu fiss lejn Ġesù, l-​Aġent Ewlieni+ u Dak li jipperfezzjona l-​fidi tagħna.+ Għall-​ferħ li tqiegħed quddiemu ssaporta+ z-​zokk tat-​tortura, u ma qiesx l-​għajb, u qagħad bil-​qiegħda fuq il-​lemin tat-​tron t’Alla.+ 3 Tabilħaqq, irriflettu sew dwar dak li ssaporta l-​kliem ostili+ minn dawk li jidinbu kontra l-​interessi tagħhom stess, biex ma tegħjewx u ċċedu f’ruħkom.+

4 Fit-taqbida tagħkom kontra dak id-​dnub għadkom qatt ma rreżistejtu sad-​demm,+ 5 imma nsejtu għalkollox it-​twiddib li hu indirizzat lilkom bħala wlied:+ “Ibni, iċċekkinx id-​dixxiplina mingħand Ġeħova, u taqtax qalbek meta jikkoreġik;+ 6 għax Ġeħova jiddixxiplina lil min iħobb; fil-​fatt, isawwat lil kulmin jilqaʼ bħala ibnu.”+

7 Qed tissaportu minħabba d-​dixxiplina.+ Alla qed jittrattakom taʼ wlied.+ Għax liema iben ma jiġix dixxiplinat minn missieru?+ 8 Imma jekk ma tiħdux id-​dixxiplina li kulħadd jieħu minnha, intom fil-​fatt tkunu tfal illeġittimi,+ u mhux ulied. 9 Iktar minn hekk, kellna missirijiet li kienu tal-​laħam bħalna biex jiddixxiplinawna,+ u konna nirrispettawhom. M’għandniex għalhekk iktar u iktar nissottomettu ruħna lejn il-​Missier tal-​ħajja spiritwali tagħna u ngħixu?+ 10 Għax għal ftit żmien huma kienu jiddixxiplinawna kif kien jidhrilhom li hu tajjeb,+ imma hu jiddixxiplinana għall-​ġid tagħna biex ikollna sehem mill-​qdusija tiegħu.+ 11 Veru, fil-​preżent ebda dixxiplina ma tidher li hi taʼ ferħ, imma taʼ niket;+ iżda wara, lil dawk li jkunu tħarrġu biha tagħtihom frott li jġib il-​paċi,+ jiġifieri, is-​sewwa.+

12 Għaldaqstant iddrittaw l-​idejn merħijin+ u l-​irkopptejn dgħajfin,+ 13 u ibqgħu ddrittaw il-​mogħdijiet għal saqajkom,+ biex il-​partijiet dgħajfin ma jinqalgħux mill-​ġogi, imma minflok, jitfejqu.+ 14 Fittxu li tkunu fil-​paċi man-​nies kollha,+ u li jkollkom il-​qdusija+ li mingħajrha ebda bniedem ma jara lill-​Mulej;+ 15 oqogħdu attenti li ħadd ma jiġi mċaħħad mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ li ebda għerq velenuż+ ma jinbet u joħloq l-​inkwiet u ħafna jitniġġsu bih;+ 16 li ma jkun hemm ebda żieni jew xi ħadd li ma japprezzax l-​affarijiet sagri, bħal Għesaw,+ li għal ikla waħda partat id-​drittijiet tiegħu bħala l-​ewwel imwieled.+ 17 Għax tafu li anki meta mbagħad ried jiret il-​barka+ ġie miċħud,+ u għalkemm fittex bidla fid-​deċiżjoni bil-​ħeġġa u bid-​dmugħ,+ ma sabhiex.+

18 Għax m’ersaqtux lejn muntanja li tistaʼ tinħass+ u li ġiet imqabbda bin-​nar,+ u lejn sħaba sewda u dalma ħoxna u tempesta,+ 19 u lejn il-​ħoss taʼ trumbetta+ u l-​leħen jitkellem;+ li malli semgħuh in-​nies talbu bil-​ħniena biex ebda kelma oħra ma tintqalilhom.+ 20 Għax ma felħux għall-​kmand: “U jekk xi bhima tmiss il-​muntanja, trid tiġi mħaġġra.”+ 21 Ukoll, ix-​xena tant kienet tal-​biżaʼ li Mosè qal: “Jien beżgħan u qed nirtogħod.”+ 22 Imma rsaqtu lejn il-​Muntanja Sijon+ u l-​belt+ taʼ l-​Alla l-​ħaj, Ġerusalemm tas-​sema,+ u lejn mirjadi* t’anġli+ 23 miġburin f’assemblea ġenerali,+ u lejn il-​kongregazzjoni taʼ l-​ewwel imweldin+ li ġew miktubin+ fis-​smewwiet, u lejn Alla, l-​Imħallef taʼ kulħadd,+ u lejn il-​ħajjiet spiritwali+ tal-​ġusti li ntgħamlu perfetti,+ 24 u lejn Ġesù, il-​medjatur+ taʼ patt ġdid,+ u lejn id-​demm tat-​traxxix,+ li jitkellem aħjar minn demm Abel.+

25 Araw li ma ġġibux skużi quddiem dak li qed jitkellem.+ Għax jekk ma ħelsuhiex dawk li ġabu l-​iskużi quddiem dak li kien qed jagħti twissija divina fuq l-​art,+ kemm iktar ma neħilsuhiex aħna jekk nagħtu daharna lil dak li jitkellem mis-​smewwiet.+ 26 Dak iż-​żmien leħnu heżżeż l-​art,+ imma issa wiegħed u qal: “Għal darb’oħra nheżżeż mhux biss l-​art imma wkoll is-​sema.”+ 27 Issa l-​espressjoni “Għal darb’oħra” tindika t-​tneħħija taʼ l-​affarijiet li qed jitheżżu, jiġifieri, l-​affarijiet li ntgħamlu,+ sabiex jibqgħu l-​affarijiet li mhux qed jitheżżu.+ 28 Għalhekk, ladarba se nirċievu saltna li ma tistax titheżżeż,+ ħa nkomplu ngawdu l-​qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu nagħtu servizz sagru lil Alla b’mod aċċettabbli, bil-​biżaʼ t’Alla u b’rispett profond.+ 29 Għax Alla tagħna hu wkoll nar li jeqred.+

13 Komplu uru mħabbitkom lejn l-​aħwa.+ 2 Tinsewx l-​ospitalità,+ għax permezz tagħha xi wħud, bla ma kienu jafu, laqgħu għandhom lill-​anġli.+ 3 Żommu f’moħħkom lil dawk li qegħdin marbutin fil-​ħabs+ bħallikieku kontu marbutin magħhom,+ u lil dawk li qed jiġu trattati ħażin,+ ladarba intom ukoll għadkom fil-​ġisem. 4 Ħa jkun iż-​żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-​sodda taż-​żwieġ bla tinġis,+ għax Alla jiġġudika liż-​żienja u lill-​adulteri.+ 5 Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus,+ waqt li tkunu kuntenti+ b’dak li għandkom fil-​preżent.+ Għax hu qal: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.”+ 6 B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ+ u ngħidu: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?”+

7 Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom+ u li ħabbrulkom il-​kelma t’Alla, u imitaw+ il-​fidi tagħhom,+ waqt li tosservaw bir-​reqqa r-​riżultat tal-​kondotta tagħhom.

8 Ġesù Kristu hu l-​istess il-​bieraħ u llum, u għal dejjem.+

9 Tinġarrux minn tagħlim differenti u barrani;+ għax ikun aħjar għall-​qalb li tiġi ssodata bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ milli bl-​affarijiet taʼ l-​ikel,+ li ma kinux taʼ benefiċċju għal dawk li jokkupaw ruħhom bihom.

10 Għandna artal li minnu dawk li jagħtu servizz sagru fit-​tinda m’għandhomx awtorità jieklu.+ 11 Għax l-​iġsma taʼ dawk l-​annimali li demmhom jittieħed fil-​post qaddis mill-​qassis il-​kbir għad-​dnub jinħarqu barra l-​kamp.+ 12 Għaldaqstant, sabiex iqaddes+ lill-​poplu b’demmu stess,+ Ġesù wkoll sofra ’l barra minn bieb il-​belt.+ 13 Għalhekk, ħa noħorġu lejh ’il barra mill-​kamp, u nġorru t-​tmaqdir li ġarr hu,+ 14 għax hawnhekk m’għandniex belt li tibqaʼ,+ imma qed infittxu bil-​ħeġġa dik li ġejja.+ 15 Permezz tiegħu, ħa noffru dejjem sagrifiċċju taʼ tifħir lil Alla,+ jiġifieri, il-​frott tax-​xofftejn+ li jistqarru ismu pubblikament.+ 16 Iktar minn hekk, tinsewx tagħmlu l-​ġid+ u taqsmu m’oħrajn, għax sagrifiċċji bħal dawn jogħġbu ħafna lil Alla.+

17 Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom+ u kunu sottomessi lejhom,+ għax huma qed jgħassulkom ruħkom bħala dawk li għad iridu jagħtu kont;+ sabiex dan jagħmluh bil-​ferħ u mhux bit-​tnehid, għax inkella jkun taʼ ħsara għalikom.+

18 Ibqgħu itolbu+ għalina, għax aħna fiduċjużi li għandna kuxjenza onesta, peress li nixtiequ nġibu ruħna bl-​onestà f’kollox.+ 19 Imma speċjalment inħeġġiġkom li titolbu, sabiex nerġaʼ ningħatalkom iktar malajr.+

20 Issa l-​Alla tal-​paċi,+ li bid-​demm taʼ patt taʼ dejjem+ qajjem mill-​imwiet+ lir-​ragħaj il-​kbir+ tan-​nagħaġ,+ il-​Mulej tagħna Ġesù, 21 jarmakom b’kull ħaġa tajba biex tagħmlu r-​rieda tiegħu, u, permezz taʼ Ġesù Kristu, iwettaq fina dak li jogħġbu;+ lilu tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.

22 Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex taċċettaw din il-​kelma taʼ inkuraġġiment, għax, tabilħaqq, ktibtilkom ittra bi ftit kliem.+ 23 Kunu afu li ħuna Timotju+ nħeles, u, jekk jiġi malajr, narakom miegħu.

24 Selluli għal dawk kollha li qed imexxu+ fostkom u għall-​qaddisin kollha. Dawk li qegħdin l-​Italja+ jsellu għalikom.

25 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tkun magħkom ilkoll.

Ara Rum 3:25, in-​nota taʼ taħt.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Ara l-​1Kr 28:11, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “fidil.”

Letteralment, “b’żerriegħa.”

Letteralment, “fidil.”

Jew, “għaxriet t’eluf.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja