“L-Akbar Xewqa Tiegħi”
Klassi taʼ studenti fi Vranje, il-Jugoslavja, ngħataw l-inkarigu li jiktbu komponiment bit-titlu t’hawn fuq. Sergej, tifel taʼ tmien snin, kiteb dan il-komponiment li iktar tard twaħħal f’post prominenti fl-iskola biex kulħadd ikun jistaʼ jaqrah.
“Għall-ewwel xtaqt nikteb li l-akbar xewqa tiegħi hija li nispiċċa l-iskola bl-aħjar riżultati u li mmur Belgrad għal vaganza. Imma meta kont id-dar bdejt naħseb dwar xi ħaġa oħra. L-akbar xewqa tiegħi hija li d-dinja kollha tkun fil-paċi, li n-nies kollha jgħixu ferħanin, u biex ikunu jħobbu u jgħinu lil xulxin. Nixtieq li n-nies kollha jkunu f’saħħithom u li l-pjaneta tagħna tkun iktar nadifa milli hi issa.
“Illum l-art hija mniġġsa bil-kimiċi. L-ilma u l-arja huma kontaminati wkoll. Minħabba l-ġuħ li hawn fid-dinja, eluf taʼ tfal qegħdin imutu kuljum, u ħafna iktar qegħdin imutu minħabba l-mard. Nixtieq li dan kollu jisparixxi, u nixtieq li t-tfal kollha jħossu l-imħabba tal-ġenituri tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jmorru jorqdu ferħanin u henjin, billi jkunu jafu li kull ġurnata ġdida se tkun jum sabiħ. Dan m’huwiex possibbli f’din id-dinja, imma fil-futur se jkun. Din hija l-akbar xewqa tiegħi.”
Sergej għala kien tant ċert li dawn l-affarijiet se jseħħu? Hu jemmen fil-wegħdi t’Alla kif inhuma deskritti fil-Bibbja. Il-browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna? jiddeskrivi dawn il-wegħdi fis-sezzjoni intitolata “Id-Dinja Ġdida Meraviljuża li Se Jagħmel Alla.” Int tistaʼ tikseb kopja taʼ dan il-browxer billi timla u tibgħat il-kupun mehmuż fl-indirizz provdut jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna? Indika liema lingwa .
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.