LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 11/8 pp. 3-4
  • Id-Dinja Qed Issir Tiddependi mid-Drogi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dinja Qed Issir Tiddependi mid-Drogi
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kemm Hi Kbira l-​Problema tad-​Droga?
  • Il-​Flus mid-​Drogi u l-​Poter mid-​Drogi
  • Tistaʼ Tintrebaħ il-Ġlieda Kontra d-Drogi?
    Stenbaħ!—1999
  • Kif id-Drogi Illeċiti Jeffettwawlek Ħajtek
    Stenbaħ!—1999
  • Id-Drogi In-Nies Għala Jabbużaw Minnhom?
    Stenbaħ!—2001
  • Iż-Żgħażagħ u d-Drogi
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 11/8 pp. 3-4

Id-​Dinja Qed Issir Tiddependi mid-​Drogi

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FI SPANJA

TIFEL li għadu kif twieled qed iwerżaq fi sptar f’Madrid, Spanja. Mifxula, waħda infermiera tipprova ssikktu imma kollu għalxejn. It-​tifel għaddej mill-​agunija taʼ l-​astinenza mill-​eroina. Jerġaʼ agħar minn hekk, hu infettat bl-​HIV. Ommu kienet tiddependi mill-​eroina.

Omm minn Los Angeles bla ħsieb taʼ xejn issuq il-​karozza tagħha ġo triq kontrollata minn klikka taʼ traffikanti tad-​droga. Dawn jilqgħuha b’xita taʼ balal, li joqtlulha lil bintha ċkejkna.

Eluf taʼ kilometri ’l bogħod, fl-​Afganistan, wieħed raħli jikkultiva għalqa tal-​peprin. Dis-sena kienet waħda tajba; il-​produzzjoni żdiedet b’25 fil-​mija. Il-​peprin taʼ l-​oppju jrendi qligħ tajjeb, u l-​familja taʼ dan ir-​raħli bilkemm għandha għaxja taʼ lejla. Imma dan il-​peprin sabiħ se jinbidel f’eroina, u l-​eroina teqred il-​ħajjiet.

Tfajla mistħija f’Sydney, l-​Awstralja, tmur f’diskoteka kull nhar taʼ Sibt fil-​għaxija. Qabel kienet issibha diffiċli biex titħallat mal-​folla, imma dan l-​aħħar pillola msejħa ecstasy tatha iktar kunfidenza. Il-​pilloli li tieħu ddaħħlu bil-​kuntrabandu fl-​Awstralja mill-​Olanda, għalkemm il-​laboratorji lokali qed jibdew jipprovduha wkoll. Bl-​ecstasy l-​mużika tinstemaʼ aħjar, u hi ma tibqax iżżomm lura. Tħossha wkoll iktar attraenti.

Għal Manuel, raħli b’saħħtu li bi tbatija kbira jaqlaʼ l-​għajxien tiegħu mir-​razzett żgħir li għandu fl-​Andes, il-​ħajja saret ftit iktar faċli meta beda jkabbar il-​koka. Manuel jixtieq jieqaf jaħsad dan il-​prodott, imma jibżaʼ li jirrabja lill-​irġiel bla qalb li jikkontrollaw il-​produzzjoni tal-​koka fl-​inħawi tiegħu.

Dawn huma biss ftit mill-​ħafna wħud li huma mgħakksin taħt il-​flaġell tad-​drogi li qed jifni lill-​pjaneta tagħna.a Sew jekk dawn in-​nies huma konsumaturi, produtturi, jew uħud innoċenti li m’għandhom x’jaqsmu xejn, id-​drogi qegħdin bla ħniena jieħdu l-​ħajjiet tagħhom taħt idejhom.

Kemm Hi Kbira l-​Problema tad-​Droga?

Is-​Segretarju-Ġenerali tal-​Ġnus Magħquda, Kofi Annan, josserva: “Id-​drogi qed jeqirdulna s-​soċjetajiet tagħna, jikkaġunaw il-​kriminalità, ixerrdu mard bħall-​AIDS, u joqtlulna ż-​żgħażagħ u l-​futur tagħna.” Hu jżid: “Illum huwa stmat li hemm 190 miljun ruħ li jieħdu d-​drogi madwar id-​dinja. L-​ebda pajjiż m’huwa ħieles minnhom. Ukoll, l-​ebda pajjiż waħdu ma jistaʼ jittama li jrażżan in-​negozju tad-​drogi ġewwa l-​fruntieri tiegħu. Billi n-​negozju tad-​drogi huwa globali, jirrikjedi reazzjoni internazzjonali.”

Biex tgħaxxaqha, f’dawn l-​aħħar snin ġew introdotti drogi ġodda.b Dawn il-​kimiċi sintetiċi huma magħmulin biex lill-​konsumatur iġagħluh iħossu f’estasi jew iħossu ewforiku. Peress li d-​drogi ġodda jistgħu jsiru bl-​irħis kważi kullimkien, il-​korpi tal-​pulizija prattikament m’għandhomx is-​saħħa li jikkontrollawhom. Fl-​1997 il-​Kummissjoni tal-​Ġnus Magħquda għad-​Drogi Narkotiċi wissiet li f’ħafna pajjiżi dawn id-​drogi sintetiċi saru parti minn “kultura tipika tal-​konsumaturi” u li jridu jitqiesu bħala “theddida formidabbli għas-​soċjetà internazzjonali fis-​seklu li ġej.”

Id-​drogi iktar ġodda m’humiex inqas qawwijin mill-​predeċessuri tagħhom. Il-​kokaina crack hija droga li ssir tiddependi minnha jerġaʼ iktar faċilment mill-​kokaina. Tipi ġodda taʼ kannabisc għandhom effetti alluċinoġeniċi akbar, u droga ġdida reċenti msejħa ice tistaʼ tkun fost l-​iktar qerrieda minnhom kollha.

Il-​Flus mid-​Drogi u l-​Poter mid-​Drogi

Għalkemm dawk li jieħdu d-​drogi jistgħu jkunu fil-​minorità, l-​għadd tagħhom huwa biżżejjed biex jagħti poter immens lill-​barunijiet tad-​droga, dawk li jorganizzaw il-​produzzjoni u t-​tqassim tad-​drogi. Dawn l-​individwi bla skruplu joperaw negozju diżonest li sar l-​iktar negozju li jrendi—u prattikament l-​akbar wieħed—fuq l-​art. L-​ittraffikar tad-​droga issa jikkostitwixxi madwar 8 fil-​mija tan-​negozju internazzjonali kollu, jew bejn wieħed u ieħor $400,000,000,000 [Lm 154,000,000,000] fis-​sena. Hekk kif il-​flus mid-​drogi jiċċirkolaw mad-​dinja, dawn jagħmlu lill-​kriminali għonja, jikkorrompu lill-​korpi tal-​pulizija, ixaħħmu lill-​politikanti, u saħansitra jiffinanzjaw it-​terroriżmu.

Tistaʼ ssir xi ħaġa biex il-​problema tad-​droga tiġi mrażżna? In-​negozju tad-​drogi sa liema punt jeffettwalek ir-​riżorsi finanzjarji tiegħek, is-​sigurtà tiegħek, u l-​ħajjiet taʼ wliedek?

[Noti taʼ taħt]

a F’dawn l-​artikli, se nirreferu għad-​drogi li jintużaw għal għanijiet mhux medikali u li jitqassmu kontra l-​liġi.

b Droga bi struttura kimika kemm kemm mibdula, li taʼ spiss jipproduċuha biex jevadu r-​restrizzjonijiet fuq in-​narkotiċi illegali jew l-​alluċinoġeni.

c Il-qlub imwarrdin u nexfin tal-​pjanta tal-​kannabis huma s-​sors tal-​marijuana. Ir-​raża mill-​istess pjanta hija l-​ħaxixa. Dawk li jieħdu d-​drogi jpejpu dawn iż-​żewġ prodotti.

[Mappa f’paġna 4]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

Il-​Produzzjoni u l-​Ittraffikar tad-​Droga mad-​Dinja Kollha

ŻONI PRINĊIPALI TAL-​PRODUZZJONI:

Kannabis —erbali (marijuana) u raża (ħaxixa)

Eroina

Kokaina

Il-​vleġeġ jindikaw ir-​rotot prinċipali taʼ l-​ittraffikar.

[Sors]

Sors: World Drug Report tal-​Ġnus Magħquda

[Sors tal-Istampa f’paġna 3]

U.S Navy photo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja