LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 10/8 p. 31
  • Jiswa Iktar mill-Flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jiswa Iktar mill-Flus
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • Poplu Onest Iġib Tifħir lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Reazzjoni Favorevoli għall-Aħbar Tajba fil-Latvja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • X’għandi nkun naf dwar l-attakki sesswali?—It-2 parti: Kif tistaʼ tħossok aħjar
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif il-Ħolma Tiegħi Saret Realtà
    Stenbaħ!—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 10/8 p. 31

Jiswa Iktar mill-​Flus

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​KANADA

“Lil bintha tatha rigal li jiswa ħafna iktar minn kwalunkwe ammont taʼ flus,” irrikonoxxa kumment editorjali fil-​gazzetta The Monitor taʼ Bridgetown, ġewwa Nova Scotia. X’kien ir-​rigal? Kien “l-​eżempju t’onestà taʼ l-​għaġeb” li tat.

Anna u bintha Tanya waqfu f’dar fejn kienu qed jinbiegħu oġġetti wżati taʼ ftit valur u xtraw basket abjad għall-​Bibbja taʼ Tanya. Meta waslu lura d-​dar, Tanya fetħet żipp ġol-​basket u b’sorpriża kbira sabet 1,000 dollaru [Lm278]. Immedjatament, l-​omm u l-​bint irritornaw lura minfejn xtraw il-​basket u taw il-​flus lis-​sinjura li kienet begħtithulhom. Mid-​dehra, dak il-​basket, li ftit li xejn kien intuża, kien taʼ ommha li kienet mietet ftit qabel bil-​marda t’Alzheimer, u ma kienx ġie eżaminat sew qabel ma nbigħ. Is-​sinjura kienet grata ħafna u rrimarkat: “Dan jirrestawra l-​fiduċja tiegħi fin-​nies . . . Hi ħaġa sabiħa li tkun taf li għadhom jeżistu nies onesti.”

Fil-gazzetta lokali, artiklu fl-​ewwel paġna dwar din il-​ġrajja kkwota lil Anna bħala li qalet: “Aħna, bħala Xhieda taʼ Jehovah, qatt ma jgħaddilna minn moħħna li nagħmlu mod ieħor. Għandna [kuxjenza] bbażata fuq il-​Bibbja. Irridu wkoll ngħallmu lil Tanya dak li huwa sewwa.” Għal Tanya, il-​basket ġdid abjad se jkun tfakkira speċjali taʼ lezzjoni fl-​onestà.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja