LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 11/8 p. 32
  • Stampa li ma Setax Jinsieha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Stampa li ma Setax Jinsieha
  • Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—1999
g99 11/8 p. 32

Stampa li ma Setax Jinsieha

Karen, li ilha Xhud taʼ Jehovah għal iktar minn għoxrin sena, sabet li missierha qatt ma kien interessat f’li jitkellem magħha dwar reliġjon. Madankollu, ftit taʼ żmien ilu l-​affarijiet inbidlu. Hu kellu jqattaʼ xi żmien l-​isptar biex jirkupra minn operazzjoni. Jum wieħed, tant xebaʼ ma jagħmel xejn li qara gazzetta sħiħa, u twaħħax b’dak li qara. Iktar tard, wara li rritorna d-​dar, ċempel lil bintu. Tirrakkonta Karen: “Fuq it-​telefon, missieri qalli, ‘Karen, id-​dinja spiċċat.’ L-​iktar ħaġa li ħawditu u dejqitu kienet il-​mod kif it-​tfal jiġu maltrattati.

“Qabel ma kelli ċans ninkuraġġieh, qabeż u qalli: ‘Żewġ nisa ġew id-​dar tiegħi llum. Jien normalment inkun fil-​ġnien taʼ wara, imma sabuni meta kont fl-​entrata. Waħda minnhom urietni stampa taʼ ġnien il-​ġmiel tiegħu. Ridt ngħidilha, “Imissek tara xi ġnien għandi jien wara d-​dar—tgħidx kemm hu sabiħ,” imma m’għedtilhiex. Imbagħad qaltli li d-​dinja kollha dalwaqt se tkun fil-​paċi. Qalet li se tkun bħal dak il-​ġnien, biex kulħadd ikun jistaʼ jgawdih. Jien il-​ktieb ma ħadtux. Imma wara li telqu, ma stajtx inneħħi dik l-​istampa minn quddiem għajnejja. Ma stajtx ma nibqax naħseb dwarha u dwar l-​idea taʼ paċi għal kulħadd. Għandek amment għal liema ktieb qed nalludi? Tistaʼ tiddobbali wieħed?’”

Karen għamlet dan bil-​ferħ kollu. L-​istampa li missierha rrefera għaliha hija din li tistaʼ tara hawnhekk. Il-​ktieb huwa intitolat Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Tixtieq li tkun taf iktar dwar il-​wegħda li nsibu fil-​Bibbja li Alla dalwaqt se jbiddel l-​art fi ġnien globali fejn in-​nies se jgħixu fil-​paċi? Int tistaʼ tikseb kopja taʼ dan il-​ktieb billi timla u timposta l-​kupun t’hawn taħt fl-​indirizz provdut fuq il-​kupun jew fl-​indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja