LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 2/8 p. 31
  • Il-Bidla fil-Vittmi tal-Gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bidla fil-Vittmi tal-Gwerer
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
  • Ebda Paċi Għall-messaġġieri Foloz!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Il-Gwerra Biddlet il-Qoxra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sforz Biex il-Vatikan Jitneħħa mill-Ġnus Magħquda
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 2/8 p. 31

Il-​Bidla fil-​Vittmi tal-​Gwerer

“IL-​GWERER tal-​lum huma differenti minn dawk tal-​passat . . . Huma ċ-​ċittadini ordinarji, iktar milli s-​suldati,” li qed ikunu l-​iktar vittmi, irrapporta “Perspective,” programm imxandar mir-​Radju tal-​ĠM. Per eżempju, matul l-​ewwel gwerra dinjija, 5 fil-​mija biss tal-​midrubin kienu nies pajżani. Madankollu, matul it-​tieni gwerra dinjija, l-​għadd taʼ pajżani midrubin telaʼ għal 48 fil-​mija. U llum, innota r-​Radju tal-​ĠM, “kważi l-​midrubin kollha fil-​konflitti huma pajżani—90%—u l-​biċċa l-​kbira minn dawn huma nisa, tfal u anzjani.”

Skond Olara Otunnu, li hu r-​Rappreżentant Speċjali tas-​segretarju ġenerali tal-​ĠM għat-​Tfal u l-​Konflitti bl-​Armi, “huwa stmat li żewġ miljuni tifel u tifla nqatlu f’sitwazzjonijiet taʼ konflitti bl-​armi mill-​1987 ’l hawn.” Dan jammonta għal iktar minn 450 tifel u tifla vittmi tal-​gwerer kull ġurnata għal dawn l-​aħħar 12-il sena! Flimkien maʼ dan, matul dan l-​istess perijodu, iktar minn sitt miljun tifel u tifla ndarbu serjament jew sfaw immankati għal għomorhom.

Mod wieħed kif il-​ĠM tistaʼ tikkumbatti l-​għadd li dejjem jikber taʼ tfal midrubin fil-​gwerer, issuġġerixxa s-​Sur Otunnu, huwa billi tippromwovi żoni taʼ paċi. “Postijiet fejn it-​tfal ikunu l-​iżjed, bħal skejjel, sptarijiet, u nħawi fejn jilagħbu, għandhom jitqiesu bħala żoni ħielsa mill-​ġlied.” Madankollu, kompla jżid ir-​Radju tal-​ĠM, “li qabel kollox jiġu evitati l-​konflitti” huwa l-​iktar mod effettiv kif il-​ĠM tiżgura li ċittadini ordinarji ma jindarbux fil-​gwerer. Tabilħaqq, biex ma jkunx hemm nies midrubin fil-​gwerer, jeħtieġ li l-​gwerer infushom jiġu eliminati. Dan se jiġri xi darba?

Minħabba l-​gwerer kollha li saru fl-​istorja taʼ l-​umanità, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies bir-​raġun iħossu li l-​bnedmin m’huma qatt se jġibu paċi dinjija. Madankollu, il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, twiegħed li Alla Jehovah hekk se jagħmel: “Iwaqqaf il-​gwerer sa truf l-​art.” (Salm 46:10 [46:​9, NW]) Dan meta se jseħħ? U għala tistaʼ tkun ċert li l-​wegħda t’Alla taʼ paċi dinjija se ssir realtà? Jekk tixtieq tirċievi tweġiba għal dawn il-​mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista, billi tuża l-​eqreb indirizz imniżżel f’paġna 5, jew ċempel lil Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​inħawi fejn toqgħod. M’hemm l-​ebda obbligazzjoni u l-​ebda ħlas involuti—sempliċement tweġibiet sinċieri.

[Sors tal-​istampa f’paġna 31]

UN PHOTO 156450/J. Isaac

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja