LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 5/8 pp. 8-11
  • Id-Dinja Qatt Se Tingħaqad?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dinja Qatt Se Tingħaqad?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tagħlim Divin —Forza li Tgħaqqad
  • Kif id-​Dinja Se Tingħaqad
  • Meta Se Jkun Hawn Unità Vera?
  • Żommu l-Unità f’Dawn l-Aħħar Jiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità Prezzjuża
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Qima Vera Tintgħaraf mill-Unità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • L-Unità Kristjana Tigglorifika lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 5/8 pp. 8-11

Id-​Dinja Qatt Se Tingħaqad?

F’DAWN l-​aħħar snin miljuni taʼ nies mill-​Ewropa tal-​Lvant u minn bnadi oħrajn batew il-​konsegwenzi taʼ gwerer li jġibu ħafna frid. Madankollu, saħansitra waqt li kien għaddej dan il-​ġlied kiefer kollu, eluf taʼ nies minn pajjiżi mifnijin bil-​gwerer kienu kapaċi jikkultivaw u jżommu l-​għaqda vera bejniethom. Ikkunsidra dawn il-​ftit eżempji.

Fl-1991 kważi 15,000 ruħ mid-​dinja kollha ltaqgħu flimkien f’Żagreb, fil-​Kroazja. Ċertu pulizija li kien hemmhekk tqanqal biex jgħid: “Ikun tajjeb kieku lil tax-​xandir nuruhom x’inhu jiġri f’dan l-​istejdjum, hawn stess, fejn naraw Serbi, Kroati, Sloveni, Montenegri, u oħrajn bil-​qegħda ħdejn xulxin fil-​paċi.” X’inhu li jgħaqqadhom daqshekk?

Fl-1993, saret konvenzjoni internazzjonali akbar, bit-​tema “Tagħlim Divin,” fi Kjev, il-​belt kapitali taʼ l-​Ukraina. Il-​quċċata taʼ l-​attendenza kienet kważi 65,000. Fil-​faċċata tal-​gazzetta Evening Kiev kien hemm rapport li qal: “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah . . . m’humiex magħqudin biss permezz taʼ badges blu b’‘Tagħlim Divin’ miktub fuqhom imma permezz taʼ fidi vera.”

Tagħlim Divin —Forza li Tgħaqqad

Qatt staqsejt lilek innifsek għala x-​Xhieda taʼ Jehovah huma magħqudin, għalkemm jinsabu f’dinja nieqsa ħafna mill-​unità? Il-​Professur Pollakk, Wojciech Modzelewski jidentifika r-​raġuni, u osserva li l-​fattur ewlieni għala x-​Xhieda għandhom il-​paċi bejniethom hu li huma determinati li issa stess isegwu l-​prinċipji li jinsabu fil-​Bibbja. Tabilħaqq, ix-​Xhieda huma magħqudin mad-​dinja kollha permezz tat-​tagħlim divin mill-​Ħallieq, Alla Jehovah. X’inhu dan it-​tagħlim?

Ġesù Kristu enfasizza prinċipju importanti li jgħaqqad lis-​segwaċi tiegħu meta qal dwarhom: “Huma m’humiex tad-​dinja bħalma jiena m’iniex tad-​dinja.” Iva, il-​waqfa taʼ newtralità li jieħdu x-​Xhieda taʼ Jehovah kullimkien tgħaqqadhom flimkien. Dan jaqbel maʼ dak li qal Ġesù meta talab: “Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.”—Ġwann 17:​16-21. 

Din il-​waqfa taʼ newtralità hija forza li tgħaqqad għax tqanqal lix-​Xhieda f’kull post tad-​dinja biex jgħixu skond ma nnota l-​profeta Isaija dwar dawk kollha li Alla ‘jgħallimhom triqatu.’ Isaija qal li dawn in-​nies kien se jkollhom “jibdlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel.” Il-​profeta kompla jgħid: “Ebda ġens ma jerfaʼ x-​xabla kontra ġens ieħor, u s-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.”—Isaija 2:​2-4.

L-unità u l-​paċi li dehru fil-​konvenzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Ewropa tal-​Lvant f’dawn l-​aħħar għaxar snin juru li l-​profezija taʼ Isaija diġà qed titwettaq fuq skala żgħira. Fl-​Ewropa u fi bnadi oħrajn, ix-​Xhieda taʼ Jehovah b’mod figurattiv bidlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Dan wassalhom biex igawdu l-​paċi u l-​unità llum f’dinja tant mifruda. Mhux taʼ b’xejn li darba artiklu taʼ l-​editur f’ċerta gazzetta, qal illi kieku d-​dinja kollha kellha timxi skond it-​twemmin Bibliku tax-​Xhieda taʼ Jehovah, kieku ma jkunx hemm iżjed tixrid taʼ demm u mibegħda, u l-​imħabba tkun tirrenja. Qatt se jiġri hekk tgħid?

Kif id-​Dinja Se Tingħaqad

Sabiex ikun hemm l-​unità mad-​dinja kollha, m’huwiex biżżejjed li jkun hemm grupp żgħir taʼ nies li għandhom intenzjoni tajba. Hemm bżonn ukoll taʼ gvern li jkollu l-​poter li jrażżan lil dawk li jaħdmu kontra l-​unità u l-​paċi. Fil-​fatt Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu jitolbu preċiżament għal gvern bħal dan: “Tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” (Mattew 6:10) Iva, Ġesù indika li l-​problemi fid-​dinja jistaʼ jsolvihom biss gvern minn Alla, “is-​Saltna tas-​Smewwiet.” (Mattew 4:17) Waħda minn dawn il-​problemi hija n-​nuqqas taʼ unità.

Ġesù Kristu hu s-​Sultan taʼ din is-​Saltna tas-​sema. Taħt il-​ħakma tiegħu, in-​nies fuq l-​art se jesperjenzaw żmien taʼ paċi u unità li qatt ma kien hawn bħalu. Din l-​unità fid-​dinja mhux se tiġi bir-​riformi ekonomiċi li jagħmel il-​bniedem. Huwa biss gvern li jaħkem fuq id-​dinja kollha u li jinsab f’idejn il-​“Prinċep tas-​sliem” li jistaʼ jagħmel ħaġa bħal din.—Isaija 9:​5, 6 [9:​6, 7, NW].

L-inġustizzji li nsibu fi żmienna taʼ spiss jiġu kaġunati mill-​faqar u mill-​abbuż tal-​poter. Il-​Prinċep tas-​sliem mhux se jittollera dawn l-​affarijiet. Il-​Bibbja twiegħed: “Iqimuh is-​slaten kollha, il-​ġnus kollha lilu jaqdu. Għax hu jeħles lill-​fqir li jsejjaħlu, u lill-​imsejken li m’għandux min jgħinu. Jeħlishom mill-​qerq u mill-​moħqrija. . . . Ikun kotran il-​qamħ fuq l-​art, jogħla sal-​qċaċet taʼ l-​għoljiet.”—Salm 72:​11, 12, 14, 16.

Taħt il-​ħakma taʼ Kristu l-​qgħad ukoll se jkun għadda u mar. Il-​profeta Isaija jiddikjara: “Ma jibnux biex jgħammar ħaddieħor, u ma jħawwlux biex jiekol ħaddieħor; għax il-​poplu tiegħi jgħix daqs kemm jgħixu s-​siġar, u l-​magħżulin tiegħi jistgħallu xogħol idejhom.” (Isaija 65:22) Tistaʼ timmaġina li kulħadd fl-​art kollha se jkun jistaʼ jagħmel xogħol bżonnjuż u sodisfaċenti?

Meta Se Jkun Hawn Unità Vera?

Imma Kristu meta se jibda jaħkem fuq l-​art? Biex iwieġeb din il-​mistoqsija, Ġesù Kristu rrefera għal żmien li kien se jkun jintgħaraf permezz taʼ gwerer, rapporti taʼ gwerer, pesti, terremoti, u ġrajjiet oħra. Però, hu rrefera wkoll għal aspett pożittiv—l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla mad-​dinja kollha. (Mattew 24:​3-14; Luqa 21:11) Ġesù qal li se jkun hemm tribulazzjoni kbira fl-​aħħar taʼ dawn il-​ġrajjiet. Din se tkun sinjal li s-​sovranità għall-​art se tinbidel. (Mattew 24:21) Aqra l-​kliem tiegħu mniżżel f’Mattew kapitlu 24 u Luqa kapitlu 21. Qabbel il-​kundizzjonijiet li bassar maʼ dak li tara llum fid-​dinja. Ma jistax ikun ma tarax li issa qed ngħixu f’lejlet il-​jum meta Alla se jindaħal fit-​tmexxija tal-​bniedem. Saltnatu, li għandha bħala Sultan lil Ġesù, se tibda tmexxi hi. Quddiemna għandna dinja magħquda!

Jifdal il-​mistoqsija, X’għandek tagħmel int biex tara din il-​wegħda titwettaq? Peress li l-​Bibbja għandha parti importanti f’dak li l-​bniedem jistenna għall-​futur, ikun għaqli li tagħmel kull sforz biex issir iktar midħla tal-​Bibbja. Għalhekk, huwa l-​pjaċir tax-​Xhieda taʼ Jehovah li jiġu jżuruk id-​dar u jikkonduċu miegħek studju tal-​Bibbja bla ħlas.a Jekk taċċetta din l-​offerta, malajr tkun tistaʼ tara li l-​unità fid-​dinja hija possibbli u li int tistaʼ tgawdiha wkoll!

[Nota taʼ taħt]

a Jekk tixtieq tirċievi iktar tagħrif dwar dan il-​programm taʼ studju tal-​Bibbja, ikkuntattja lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista jew lix-​Xhieda taʼ Jehovah fejn toqgħod int.

[Stampi f’paġna 8, 9]

Madwar id-​dinja kollha, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma magħqudin b’mod taʼ l-​għaġeb

Kjev, Ukraina

Żagreb, Kroazja

[Stampa f’paġna 10]

L-​iskop t’Alla hu li l-​umanità ssir familja magħquda mad-​dinja kollha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja