LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 12/8 p. 28
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Difett li Jqum il-​Flus
  • Problemi Meta n-​Nies Jinsew il-​Kodiċi Sigrieta
  • Ir-​Rabja u Qalbek
  • L-​Aħħar Ċifri tat-​Tipjip
  • Dawk li M’humiex Assigurati Jinjoraw il-​Mard
  • Is-​Sena 2000 Se Tiġi Effettwat Int jekk il-​Kompjuters Jieqfu Jaħdmu?
    Stenbaħ!—1999
  • Stili Taʼ Ħajja Li Jmarrdu Kemm Hi Għolja L-​ispiża?
    Stenbaħ!—1997
  • Għajnuna Siewja għat-Traduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Dinja bil-Vizzju tat-Tipjip
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 12/8 p. 28

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Difett li Jqum il-​Flus

L-​inġinieri tal-​kompjuters ħadu r-​ruħ meta kważi s-​sistemi kollha tal-​kompjuter irnexxielhom jgħaddu bla problemi mis-​sena 1999 għall-​2000. Ċerti analisti kienu bassru li ħafna programmi tal-​kompjuter ma kinux se jagħrfu d-​differenza bejn l-​1900 u l-​2000. Dan setaʼ jiġri peress li l-​kompjuters ġew programmati b’metodu li jħalli barra l-​ewwel żewġ numri mid-​data tas-​sena. Allura kien hemm il-​biżaʼ li ħafna programmi tal-​kompjuter setgħu jieqfu jaħdmu f’daqqa u jikkaġunaw kull xorta taʼ taħwid. (Ara l-​ħarġa taʼ Stenbaħ! tat-​8 taʼ Jannar, 1999, paġni 13-15.) Biex ma jiġrix hekk, dawk li jipprogrammaw il-​kompjuters ħadmu fuq is-​sistemi li kellhom dan id-​difett biex isewwuhom qabel dik id-​data deċiżiva. Dan kemm qam flus? Skond artiklu fil-​gazzetta Franċiża Le Monde, grupp finanzjarju wieħed jistma li l-​figura mad-​dinja kollha hi taʼ bejn 115 u 231 elf miljun lira Maltija. L-​Istati Uniti nefqet madwar 38 elf miljun lira Maltija; u Franza, 7.7 elef miljun lira Maltija. Meta tqabbel il-​Gwerra tal-​Golf maʼ dan, il-​forzi alleati nefqu bejn 18 u 23 elf miljun lira Maltija. Madankollu, il-​gazzetta The Wall Street Journal tgħid li l-​istorja se tirrepeti ruħha u se jerġaʼ jkun hemm iktar inkwiet bin-​numri fejn għandu x’jaqsam il-​kompjuter. Għallinqas, x’aktarx li l-​ebda waħda minn dawn il-​problemi m’hi se tkun daqshekk gravi daqs il-​problemi tas-​sena 2000, tgħid il-​gazzetta.

Problemi Meta n-​Nies Jinsew il-​Kodiċi Sigrieta

Kull sena l-​kumpaniji fl-​Istati Uniti jonfqu miljuni taʼ dollari minħabba li xi wħud jinsew dik il-​kelma jew kodiċi sigrieta li ġeneralment tagħtihom awtorizzazzjoni biex jidħlu f’xi post jew f’xi sistema elettronika. Jintefqu dawn il-​flus kollha minħabba li x-​xogħol imur lura u jkollu jissejjaħ xi ħadd biex jirranġa s-​sitwazzjoni teknikament. “Għoxrin sena ilu, in-​nies kellhom jiftakru biss in-​numru tagħhom tas-​Sigurtà Soċjali u forsi xi numru tat-​telefon jew tnejn,” tgħid The New York Times. Imma issa, għal ħafna nies sar normali li fuq ix-​xogħol jużaw kliem jew kodiċi biex ikunu jistgħu jidħlu fil-​kompjuter u fis-​servizzi taʼ l-​E-mail. Fil-​fatt mhux rari li xi nies ikollhom ħafna minn dan il-​kliem jew kodiċi t’aċċess, u numri taʼ identifikazzjoni persunali. Jingħad li ċertu amministratur taʼ sistema tal-​kompjuters juża xi 129 kodiċi. Allura issa xi kumpaniji qed jibdlu s-​sistemi bbażati fuq il-​kodiċi u minflokhom qed jużaw sistemi li jidentifikaw il-​marki tas-​swabaʼ, u apparat sofistikat ieħor tas-​sigurtà.

Ir-​Rabja u Qalbek

Rapport fil-​gazzetta Globe and Mail juri li nies li jitlagħlhom malajr għandhom kważi tliet darbiet iktar ċans li jkollhom attakk tal-​qalb minn dawk li jdumu ma jirrabjaw. Kważi 13,000 ruħ ħadu sehem fi stħarriġ li sar dwar ir-​riskju taʼ mard tal-​qalb u li dam sejjer sitt snin. Dawk kollha li ħadu sehem fih ma kellhomx mard tal-​qalb fil-​bidu taʼ dan l-​istudju. Kull individwu ġie mistoqsi diversi mistoqsijiet u mbagħad ngħata l-​marki skond jekk kienx jirrabja ftit, hekk u hekk, jew ħafna. Matul is-​sitt snin, 256 minnhom kellhom attakk tal-​qalb. L-​istudju wera li dawk li kienu jaqgħu fil-​kategorija tan-​nofs kellhom 35 fil-​mija iktar ċans li jkollhom problemi tal-​qalb. L-​awtriċi prinċipali taʼ dan l-​istudju, Dr. Janice Williams taʼ l-​Università taʼ North Carolina, tgħid: “Ir-​rabja tistaʼ twassal għall-​attakki tal-​qalb, speċjalment fost irġiel u nisa taʼ mezz’età li jkollhom pressjoni tad-​demm normali.” B’hekk, ir-​riċerkaturi rrikkmandaw li nies li jitlagħlhom malajr għandhom jikkunsidraw li jużaw xi metodi biex jikkontrollaw l-​istress.

L-​Aħħar Ċifri tat-​Tipjip

Worldwatch Issue Alert jirrapporta li wara li t-​tipjip tas-​sigaretti ilu seklu sħiħ jiżdied fid-​dinja, issa n-​nies qed jitbegħdu minnu. Mill-​1990 sa l-​1999, it-​tipjip tas-​sigaretti naqas bi 11 fil-​mija mad-​dinja kollha. It-​tipjip ilu sejjer għan-​niżla f’dawn l-​aħħar kważi 20 sena fl-​Istati Uniti, u fl-​1999 fl-​Istati Uniti stess in-​nies pejpu 42 fil-​mija inqas sigaretti mill-​1980. Bħala raġunijiet għala t-​tipjip naqas, ir-​rapport isemmi l-​kampanji li saru kontra t-​tipjip, il-​fatt li iżjed nies qed isiru konxji tal-​perikli konnessi mat-​tipjip, u l-​fatt ukoll li l-​prezz tas-​sigaretti qed jogħla. Ir-​rapport iżid jgħid li n-​numru taʼ sigaretti li jpejjep kull individwu niżel b’19 fil-​mija fi Franza minn meta ġie rapportat l-​akbar ammont, jiġifieri fl-​1985. Dan l-​ammont naqas bi 8 fil-​mija fiċ-​Ċina mill-​1990 ’l hawn, u b’4 fil-​mija fil-​Ġappun mill-​1992 ’l hawn.

Dawk li M’humiex Assigurati Jinjoraw il-​Mard

Dan l-​aħħar sar studju fl-​Istati Uniti li wera li n-​nies li m’għandhomx assigurazzjoni medika għandhom iktar ċans li jinjoraw xi sinjali taʼ mard u x’aktarx li inqas ifittxu għajnuna medika, jirrapporta servizz taʼ l-​aħbarijiet taʼ Reuters. L-​istudju, li oriġinalment ġie pubblikat fir-​rivista Archives of Internal Medicine, kien ibbażat fuq informazzjoni miġbura miċ-​Ċentru Nazzjonali għall-​Istatistiċi tas-​Saħħa. Ir-​riċerka wriet li anki meta jkun hemm x’juri li teżisti marda serja, bħal vista mċajpra jew xi boċċa fis-​sider, dawk li ma kellhomx assigurazzjoni medika x’aktarx li inqas kienu se jfittxu kura medika minn dawk li kellhom l-​assigurazzjoni. Ir-​rapport qal: “Huwa ironiku li fi żmien meta pajjiżna qed jistabbilixxi ‘Abbozz tad-​Drittijiet tal-​Pazjent’ għadna ma stabbilejniex id-​dritt taʼ li wieħed ikun pazjent.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja