LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 7/8 p. 24
  • Il-Grillu u Għanjet Imħabbtu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Grillu u Għanjet Imħabbtu
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • L-għanja l-ġdida
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • L-Għanja l-Ġdida
    Għannu lil Ġeħova
  • Il-Għanja l-Ġdida
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Ingħaqad fil-Għanja tas-Saltna!
    Għannu Tifħir lil Jehovah
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 7/8 p. 24

Il-​Grillu u Għanjet Imħabbtu

B’TUL taʼ ħames ċentimetri biss jew inqas, jistaʼ jkun li ma jgħaddilekx minn moħħok li grillu għandu għalxiex jimpressjonak. Però, l-​għanja taʼ dan il-​grillu tisraq l-​attenzjoni taʼ miljuni taʼ nies mad-​dinja kollha. Din id-​daqsxejn taʼ ħlejqa kif tgħanni, u għalfejn?

Hu interessanti li fost il-​madwar 2,400 speċi taʼ grillijiet, l-​irġiel biss jgħannu, jew iwerżqu. Il-​grillijiet irġiel ma jużawx il-​gerżuma biex jipproduċu din il-​mużika, imma l-​ġwienaħ. Ċerta enċiklopedija tispjega li l-​grillijiet irġiel iżarżru billi jogħrku parti mill-​ġewnaħ taʼ quddiem maʼ madwar 50 sa 250 sinna fuq il-​ġewnaħ taʼ quddiem tan-​naħa l-​oħra. Il-​frekwenza tat-​twerżiq tiddependi fuq kemm snien jolqot kull sekonda. Dan it-​tvenvin jimla l-​arja bl-​għanja li tant jingħaraf biha l-​grillu.

Imma żgur li l-​grillu raġel ma jgħannix biss biex ipaxxi lin-​nies li jisimgħuh! Lanqas xejn! L-​udjenza li qed jimmira lejha dan il-​mużiċist hija xi sieħba għalih. Il-​ktieb Exploring the Secrets of Nature jispjega: “Fit-​tfittxija tiegħu għal sieħba, il-​grillu raġel, li jikkomunika bis-​sengħa, jgħanni tliet għanjiet differenti: waħda biex iħabbar li qiegħed hemm, waħda biex jinnamra u waħda biex ikeċċi lill-​kompetituri mhux mixtiqin.” Xi grillijiet ikomplu jgħannu biex juru li qegħdin hemm sakemm grillu mara turi interess. Malli tismaʼ l-​għanja mill-​“widnejn” li għandha fuq saqajha taʼ quddiem, il-​mara ma tkunx kuntenta b’li tkompli n-​namur mill-​bogħod. Hekk kif tasal fil-​post minfejn ikun ġej il-​ħoss, il-​grillu raġel jibda jgħanni jgħaġġel bla waqfien l-​għanja tan-​namur. Din is-​serenata tħoll lill-​mara u tiġbidha lejn is-​sieħeb tagħha, u ż-​żewġ grillijiet jitgħammru.

Fl-Asja tal-​Lvant xi nies irabbu l-​grillijiet irġiel id-​dar għax jieħdu pjaċir jisimgħu l-​għanja tagħhom. Oħrajn jippreferu jgawdu din il-​mużika fl-​ambjent naturali tal-​grillu. Ikun fejn ikun, l-​għanja taċ-​ċkejken grillu ssaħħar lin-​nies li jisimgħuh madwar il-​globu u jġib tifħir lil Dak li Ddisinjah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja