LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 10/8 pp. 22-23
  • Alla Kemm Se Jdum Jissaporti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Kemm Se Jdum Jissaporti?
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla Għala Jibqaʼ Jissaporti?
  • Alla li Jħenn u Jieħu Paċenzja
  • Alla Mhux Se Jibqaʼ Jissaporti għal Dejjem
  • Ibbenefika Issa Sakemm Alla Għadu Jissaporti
  • It-tolleranza
    Stenbaħ!—2015
  • Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinna Ma Nurux Preġudizzju?
    Iktar Suġġetti
  • It-​Tolleranza Minn Estrem Għal Ieħor
    Stenbaħ!—1997
  • Kemm Int Verament Tolleranti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 10/8 pp. 22-23

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Alla Kemm Se Jdum Jissaporti?

“ALLA LI JRID JURI L-​KORLA TIEGĦU U JGĦARRAF IL-​QAWWA TIEGĦU, ISSAPORTA B’SABAR KBIR L-​OĠĠETTI TAL-​KORLA LESTI GĦALL-​QERDA.”—RUMANI 9:22.

MATUL l-​istorja Alla ssaporta ħafna ħażen u daqshekk kattiverija. Iktar minn 3,000 sena ilu, Ġob ilmenta: “L-​għala l-​ħżiena ħajjithom twila, u kull ma jmorru jikbru fis-​setgħa? Mqabbda fis-​sod il-​familja tagħhom: missirijiethom għadhom magħhom, u wliedhom taħt għajnejhom. Djarhom fiż-​żgur, m’għandhomx minn xiex jibżgħu, m’huwiex fuqhom il-​bastun taʼ Alla.” (Ġob 21:7-9) Oħrajn li jħobbu l-​ġustizzja, bħall-​profeta Ġeremija, ukoll urew tħassib dwar għala Alla ssaporta daqshekk lin-​nies il-​ħżiena.​—Ġeremija 12:1, 2.

Inti x’taħseb? Tħossok imħawwad dwar għala Alla qed jippermetti l-​ħażen? Tħossok xi drabi li Alla għandu jħaffef u jfittex jeqred lin-​nies il-​ħżiena? Ikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja dwar kemm Alla se jdum jissaporti u r-​raġunijiet għal dan.

Alla Għala Jibqaʼ Jissaporti?

L-​ewwelnett, irridu nistaqsu: Għala Alla, li għandu l-​ogħla prinċipji taʼ tjieba, joqgħod jissaporti l-​ħażen? (Dewteronomju 32:4; Ħabakkuk 1:13) Ifisser dan li hu jagħlaq għajnejh għall-​ħażen? Xejn affattu! Ikkunsidra t-​tixbiha li ġejja: Immaġina li hemm tabib li juri nuqqas taʼ iġjene u jikkaġuna uġigħ kbir lill-​pazjent tiegħu. Kieku jkun qed jaħdem fi sptar, ma taħsibx li se jitkeċċa malajr? Imma, hemm xi ċirkustanzi li fihom trid tagħlaq għajnejk u tħalli l-​affarijiet għaddejjin. F’każ estrem t’emerġenza, per eżempju f’kamp tal-​battalja, forsi jkun neċessarju li tabib jaħdem f’kundizzjonijiet perikolużi u limitati, forsi anki juża għodod tal-​kirurġija u tagħmir ieħor li normalment huma meqjusa bħala inferjuri.

B’mod simili, illum Alla bil-​paċenzja qiegħed jissaporti ħafna affarijiet li hu totalment ma jaċċettax. Għalkemm jobgħod il-​ħażen, hu qed iħallih għaddej għal ftit taż-​żmien. Hemm raġunijiet validi għalfejn qed jagħmel dan. Waħda minnhom hi biex iħalli żmien sabiex il-​kwistjonijiet importanti li tqajmu minn Satana meta rribella fil-​ġnien taʼ Għeden jiġu setiljati darba għal dejjem. Dawn il-​kwistjonijiet huma kollha dwar jekk Alla għandux id-​dritt li jmexxi u jekk it-​tmexxija tiegħu hix ġusta u tajba. Ukoll, il-​fatt li ssaporta bis-​sabar il-​ħażen ta opportunità u ħalla żmien lil dawk involuti fil-​ħażen biex jinbidlu.

Alla li Jħenn u Jieħu Paċenzja

Il-​ġenituri oriġinali tagħna, Adam u Eva, ngħaqdu maʼ Satana fl-​irvell kontra Alla. Alla kellu kull dritt jeqridhom immedjatament. Minflok, hu wera ħniena u paċenzja, u bl-​imħabba kollha ħalliehom ikollhom it-​tfal. Imma dawn it-​tfal, u l-​bnedmin kollha li ġew minnhom, twieldu midinbin.​—Rumani 5:12; 8:20-22.

L-iskop t’Alla kien li jsalva lill-​bnedmin minn din il-​kundizzjoni taʼ niket. (Ġenesi 3:15) Iżda għalissa, minħabba li hu jifhem kif teffettwana l-​imperfezzjoni li writna mingħand Adam, hu jurina ħniena u paċenzja kbira. (Salm 51:7 [51:5, NW]; 103:13) Hu abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u qed jistenna u lest li jaħfer bil-​kbir.—Salm 86:5, 15; Isaija 55:6, 7.

Alla Mhux Se Jibqaʼ Jissaporti għal Dejjem

Madankollu, ikun nuqqas taʼ mħabba u kontra r-​raġuni kieku Alla kellu jħalli l-​ħażen jibqaʼ sejjer għal dejjem. Ebda missier taʼ mħabba ma jibqaʼ jissaporti l-​ħażen taʼ wieħed mit-​tfal tiegħu li kontinwament jikkaġuna uġigħ u jġib niket apposta fuq membri oħra tal-​familja. B’hekk, il-​paċenzja t’Alla f’li jissaporti d-​dnub, se tkun dejjem bilanċjata bi kwalitajiet oħra bħalma huma l-​imħabba, l-​għerf, u l-​ġustizzja. (Eżodu 34:​6, 7) Ladarba l-​iskop tiegħu għala qed jissaporti bis-​sabar ikun twettaq m’għandux għalfejn ikompli jħalli l-​ħażen għaddej.​—Rumani 9:​22.

Dan urieh b’mod ċar l-​appostlu Pawlu. F’okkażjoni minnhom hu qal, “Fl-​imgħoddi [Alla] ħalla l-​ġnus kollha jimxu fi triqathom.” (Atti 14:16) F’okkażjoni oħra Pawlu tkellem fuq kif “Alla għalaq għajnejh sakemm il-​bnedmin [dawk l-​uħud li ma obdewx il-​liġijiet u l-​kmandamenti tiegħu] kienu għadhom ma jafux.” “Issa,” kompla Pawlu, “[Alla] għarrafhom li kulħadd għandu jindem, hu fejn hu.” Għala? “Għax hu għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-​dinja.”​—Atti 17:​30, 31.

Ibbenefika Issa Sakemm Alla Għadu Jissaporti

Bla dubju, mela, ħadd m’għandu jaħseb li hu jistaʼ jinjora l-​liġijiet t’Alla, u mbagħad, qisu qatt ma ġara xejn, jitlob il-​maħfra mingħand Alla biex ma jbatix il-​konsegwenzi taʼ dak li jkun għamel. (Ġożwè 24:19) Ħafna f’Iżrael tal-​qedem ħasbu li setgħu jagħmlu hekk. Ma ridux jinbidlu. Huma tilfu l-​iskop tas-​sabar u l-​paċenzja t’Alla. Hu ma baqax jissaporti l-​ħażen tagħhom għal dejjem.​—Isaija 1:​16-20.

Il-Bibbja turi li biex jaħrab l-​aħħar ġudizzju t’Alla, wieħed irid “jindem”​—dan jinvolvi li b’dispjaċir hu jagħraf l-​istat imperfett u midneb tiegħu quddiem Alla u mbagħad ġenwinament idur lura mill-​ħażen. (Atti 3:19-21) Imbagħad, fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Kristu bħala prezz tal-​fidwa, Alla Jehovah se jaħfirlu. (Atti 2:​38; Efesin 1:​6, 7) Fil-​ħin tiegħu, Alla se jġib fix-​xejn l-​effetti tad-​dnub taʼ Adam li huma tant taʼ niket. Se jkun hemm “sema ġdida u art ġdida” fejn mhux se jissaporti iktar “ħwejjeġ taʼ għadab, imħejjijin għall-​qerda.” (Apokalissi 21:​1-5; Rumani 9:22, Saydon) X’riżultat taʼ l-​għaġeb minħabba s-​sabar kbir, imma mhux bla limitu, t’Alla!

[Stampa f’paġna 23]

Alla ħalla lil Adam u Eva jkollhom nisel

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja