LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 11/8 pp. 26-27
  • Sejjer Alla Jagħlaq Għajnejh għad-Dgħjufijiet Tagħna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sejjer Alla Jagħlaq Għajnejh għad-Dgħjufijiet Tagħna?
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Mosè u David
  • Il-​Ġlieda biex Neħilsu minn Prattiċi Midinbin
  • Alla Jistenna li Niġġildulhom id-​Dgħjufijiet Tagħna
  • B’Saħħitna Minkejja d-Dgħjufijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Bibbja għadha tbiddillek ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Int Tistaʼ Tibqaʼ Nadif Moralment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 11/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Sejjer Alla Jagħlaq Għajnejh għad-​Dgħjufijiet Tagħna?

‘M’iniex xi bniedem ħażin! Ipprovajt fuq li pprovajt biex nabbanduna t-​triqat ħżiena tiegħi, imma jien dgħajjef wisq!’

JIRRIFLETTU dawn is-​sentimenti l-​mod kif tħossok int jew xi ħadd li taf? Ħafna jaslu għall-​konklużjoni li hu kważi impossibbli li wieħed jegħleb id-​dgħjufijiet morali li jkunu rabbew l-​għeruq ġewwa fih. Xi wħud ma jgħaddux mingħajr alkoħol, tabakk, jew drogi. Ir-​regħba tiddomina l-​ħajja taʼ ħafna oħrajn. U hemm dawk li ċedew għal kondotta ħażina sesswalment, bl-​iskuża li ma jistgħux jegħlbu l-​vizzju tas-​sess.

Bħalma ġie indikat f’Mattew 26:​41, Ġesù esprima bi ħlewwa l-​fehma tiegħu dwar id-​dgħjufijiet umani.a Fil-​fatt, il-​Bibbja kollha kemm hi tistabbilixxi b’mod ċar li kemm Alla Jehovah kif ukoll Ġesù juru ħniena tabilħaqq mal-​bnedmin. (Salm 103:​8, 9) Imma nistgħu aħna nistennew li Alla jinjora d-​difetti kollha tagħna?

Mosè u David

Ikkunsidra dak li ġralu Mosè. Kien magħruf bħala “l-​aktar umli fost il-​bnedmin li hawn fuq wiċċ l-​art,” u stinka biex iżomm din il-​kwalità tajba. (Numri 12:3) Huma u għaddejjin minn ġod-​deżert, l-​Iżraelin spiss aġixxew bla raġuni, u ma wrewx rispett lejn Alla u r-​rappreżentanti tiegħu. Matul dan kollu, Mosè fittex bl-​umiltà d-​direzzjoni divina.—Numri 16:​12-14, 28-30.

Madankollu, lejn it-​tmiem taʼ dan il-​vjaġġ twil strapazzanti, hu tilef it-​tempra quddiem il-​ġens kollu u m’obdiex l-​istruzzjonijiet t’Alla. Alla ħafirlu, imma għalaq għajnejh Hu għal dan il-​każ? Le. Hu qal lil Mosè: ‘Għax int m’emmintx fija, int ma ddaħħalx lil din il-​ġemgħa fl-​art li se nagħtihom.’ Mosè ma kienx se jidħol fl-​Art Imwiegħda. Wara taqbida li damet sejra 40 sena għal dan il-​privileġġ mill-​isbaħ, nuqqas serju uman ġagħlu jitlef kollox.—Numri 20:​7-12.

Is-Sultan David kien raġel devot ieħor li kellu dgħjufija. Darba minnhom ċeda għall-​passjoni u kellu relazzjonijiet sesswali mal-​mara taʼ raġel ieħor. Hu mbagħad ipprova jgħatti dnubu billi qabbad lil min joqtol lil żewġha. (2 Samwel 11:​2-27) Wara dan, hu ddispjaċieh bil-​kbir għal dawn id-​delitti tiegħu, u Alla ħafirlu. Imma David kien ħarbat familja, u Jehovah ma pproteġiehx mill-​gwajijiet qerrieda li ġew wara. It-​tifel taʼ David marad ħafna, u Jehovah ma interviniex, minkejja t-​talb taʼ David għan-​nom taʼ ibnu. It-​tifel miet, u mbagħad segwiet serje taʼ traġedji fid-​dar taʼ David. (2 Samwel 12:​13-18; 19:1 [18:​33, NW]) David ħallas prezz għoli ferm talli ċeda għal dgħjufija morali.

Dawn l-​eżempji juru li Alla jżommhom responsabbli lill-​bnedmin għall-​kondotta tagħhom. Dawk li jridu jaqduh iridu jsaħħu fejn huma dgħajfin fl-​ispiritwalità tagħhom u jsiru Kristjani aħjar. Fl-​ewwel seklu kien hemm ħafna li għamlu hekk.

Il-​Ġlieda biex Neħilsu minn Prattiċi Midinbin

L-​appostlu Pawlu jitqies b’mod korrett bħala mudell t’għajxien Kristjan. Imma kont taf li hu kellu ġlieda kontinwa kontra d-​dgħjufijiet tiegħu? Rumani 7:​18-25 jiddeskrivi b’mod ħaj dan il-​konflitt, jew, skond vers 23, din it-​‘taqbida.’ Pawlu ġġieled mingħajr waqfien, għax hu kien jaf li d-​dnub se jkun quddiemu l-​ħin kollu.—1 Korintin 9:​26, 27.

Xi membri tal-​kongregazzjoni Kristjana f’Korintu tal-​qedem kellhom id-​drawwa li jidinbu. Il-​Bibbja tgħid li kienu ‘żienja, adulteri, omosesswali, ħallelin, rgħiba, skaren.’ Imma tgħid ukoll li ‘tnaddfu.’ (1 Korintin 6:​9-11) Kif? Issaħħew b’għarfien eżatt, sħubija Kristjana, u l-​ispirtu t’Alla biex ma jibqgħux jipprattikaw dak li kien ħażin. Maż-​żmien, ġew dikjarati ġusti minn Alla f’isem Kristu. Iva, Alla ħafrilhom, u b’hekk tahom kuxjenza nadifa.—Atti 2:38; 3:​19, 20a (3:​19, NW).

Pawlu u l-​Kristjani taʼ Korintu ma ċekknux it-​tendenzi midinbin tagħhom. Minflok, iġġildulhom, u bl-​għajnuna t’Alla ttrijonfaw. Dawk l-​aduraturi taʼ l-​ewwel seklu saru wħud taʼ min ifaħħarhom talli baqgħu moralment safja, minkejja l-​ambjent taʼ madwarhom u l-​inklinazzjonijiet imperfetti. Xi ngħidu għalina?

Alla Jistenna li Niġġildulhom id-​Dgħjufijiet Tagħna

Il-​fatt li niġġieldu kontra xi dgħjufija għandu mnejn ma jwassalx biex neliminawha għalkollox. Waqt li m’għandniex għalfejn inċedu għall-​imperfezzjoni tagħna, ma nistgħux neqirduha. Tiġġenera dgħjufijiet li jistgħu jkunu persistenti ferm. Madankollu, m’għandniex inċedu għad-​dgħjufijiet tagħna. (Salm 119:11) Għala hu daqshekk importanti dan?

Għaliex Alla ma jippermettix li l-​imperfezzjoni tkun skuża l-​ħin kollu għal kondotta ħażina. (Ġuda 4) Jehovah irid li l-​bnedmin jitnaddfu, li jgħixu ħajja moralment tajba. Il-​Bibbja tgħid: “Taħmlux il-​ħażen.” (Rumani 12:9) Alla għala jieħu waqfa soda bħal din?

Raġuni waħda hija li huwa taʼ ħsara li nċedu għad-​dgħjufija. “Dak li bniedem jiżraʼ, dak huwa jaħsad,” tgħid il-​Bibbja f’Galatin 6:7. Dawk li jċedu għall-​vizzji, għar-​regħba, u għat-​taħlit taʼ relazzjonijiet sesswali maʼ diversi persuni spiss jaħsdu ħsad terribbli f’ħajjithom. Imma hemm raġuni iktar importanti.

Id-dnub joffendi lil Alla. Joħloq ‘firda’ bejnna u bejn Jehovah. (Isaija 59:2) Ladarba dawk li jipprattikaw id-​dnub ma jistgħux jiksbu l-​favur tiegħu, hu jħeġġiġhom: “Inħaslu u tnaddfu, . . . ieqfu mill-​ħażen.”—Isaija 1:16.

Il-Ħallieq tagħna jħobb u jħenn. “Ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-​indiema.” (2 Pietru 3:9) Il-​fatt li l-​ħin kollu nċedu għad-​dgħjufija jfixkilna milli naslu biex ikollna l-​favur t’Alla. Ladarba Alla ma jinjorax id-​dgħjufijiet tagħna, lanqas aħna m’għandna ninjorawhom.

[Nota taʼ taħt]

a Ġesù qal: “L-​ispirtu . . . irid; imma l-​ġisem dgħajjef.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja