LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 12/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2003
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2003
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2002
g02 12/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

L-​Omm Grazzi għas-​serje t’artikli “L-​Omm—Trid Tkun Xi Superwoman?” (8 t’April, 2002) Ħafna llum iħossu li dawk l-​ommijiet li jibqgħu d-​dar m’għandhomx x’jagħmlu daqs dawk l-​ommijiet li jaħdmu. L-​artiklu għen lill-​qarrejja tagħkom biex jaraw li l-​ommijiet kollha jaħdmu!

T. M., Stati Uniti

L-​ewwel ħaġa li ġibditli l-​attenzjoni tiegħi kienet l-​istampa tas-​superwoman li hemm f’paġna 2. Kelli sebaʼ mitt sena biex naqra l-​artiklu. Bħala omm taʼ żewġt itfal żgħar, nistaʼ ngħid li dawn l-​artikli ddeskrivew b’mod realistiku r-​rutina taʼ kuljum taʼ l-​omm.

C. L., Ġermanja

Sentejn ilu kelli tarbija tifel. Sa dak iż-​żmien, kont evanġelizzatriċi full-time u kont naħdem part-time. Minħabba li kont nixxennaq għal kif kont ngħix qabel, ma kontx inħossni kwalifikata għall-​irwol t’omm. Kien importanti għalija li nħossni rassigurata, u hekk ħassejtni waqt li kont qed naqra dawn l-​artikli.

S. T., Italja

Il-​qoxra taʼ dan l-​artiklu turi omm li qed iżżomm it-​tarbija żgħira tagħha. Jidher li din it-​tarbija qiegħda tiekol zalzett. Jien u l-​mara tiegħi għadna kif spiċċajna nieħdu xi lezzjonijiet tas-​CPR tat-​tfal. L-​għalliema qaltilna li l-​iktar ħaġa li jifgaw fiha t-​trabi u t-​tfal hija z-​zalzett. Hi skuraġġiet bil-​kbir li nagħtu z-​zalzett lit-​tfal żgħar.

G. E., Stati Uniti

“Stenbaħ!” iwieġeb: Aħna naqblu li t-​trabi u t-​tfal żgħar jistgħu jifgaw fiz-​zalzett. Iżda fil-​fatt, it-​tarbija fuq il-​qoxra tar-​rivista tagħna qiegħda ssoff karrotta waqt li tinsab fi ħdan ommha.

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu Jien tifel taʼ 11-il sena, u nixtieq nirringrazzjakom għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Jiġri jekk Niltaqaʼ maʼ Xi Ħadd li Naf mill-​Iskola?” (8 taʼ Marzu, 2002) Sibt lili nnifsi fl-​istess sitwazzjoni li kienet deskritta miż-​żgħażagħ fl-​artiklu. Wara li qrajtu, fhimt li m’għandix għalfejn nistħi bil-​messaġġ prezzjuż u urġenti li nagħtu lin-​nies. Grazzi ħafna għal din l-​informazzjoni.

D.D.S., Italja

Jien għandi għaxar snin. Grazzi għal dan l-​artiklu. L-​għada li qrajtu, ħriġt fuq il-​ministeru taʼ l-​għalqa u ħassejtni iktar rilassat għax applikajt il-​parir li tat ir-​rivista.

D.D.C., Italja

L-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu. . . Għala Hu Daqshekk Diffiċli li Naqsam il-​Kamra maʼ Xi Ħadd?” (8 taʼ Mejju, 2002) kien magħmul apposta għalija! Jien evanġelizzatriċi full-time, u qattajt sitt xhur naqsam il-​kamra maʼ xi ħadd. Bħalma qal l-​artiklu, li tgħix maʼ xi ħadd li kien imrobbi b’mod differenti minnek jistaʼ jkun interessanti, iżda jistaʼ wkoll jikkawża l-​istress. Bl-​għajnuna tal-​ġenituri tiegħi, l-​anzjani, u Jehovah, bil-​mod il-​mod biddilt il-​ħarsa tiegħi. Issa għandi x-​xewqa li flimkien maʼ dik li naqsam il-​kamra magħha mmur f’kongregazzjoni oħra fejn il-​bżonn huwa akbar. Naħseb li Jehovah ipprovda dan l-​artiklu bħala rigal għalija!

I. S., Ġappun

L-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu. . . Kif Nistaʼ Nippriedka lil Sħabi taʼ l-​Iskola?” (8 t’April, 2002) kellu sinifikat speċjali għalija. Niftakarni naqsam il-​fidi, kemxejn b’nofs qalb, maʼ xi ftit minn sħabi u speċjalment maʼ ħabib tiegħi li kien juri rispett lejn it-​twemmin tiegħi. Konna tlifna l-​kuntatt sakemm ftit snin ilu sirt naf li kien qed jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Illum il-​ġurnata, it-​tnejn li aħna anzjani tal-​kongregazzjoni u ħbieb kbar. Bħalma wera l-​artiklu, li titkellem m’oħrajn dwar Jehovah dejjem iġib riżultati tajbin.

J.R.M., Brażil

Tidwil għall-​Etajiet Kollha Jien tassew nieħu gost bir-​rivisti tagħkom għax huma interessanti mhux biss għalija iżda anki għat-​tfal tiegħi. Ħafna gazzetti u rivisti jħassru liż-​żgħażagħ tagħna. Madankollu, intom tgħinu liż-​żgħażagħ tagħna biex imorru għall-​aħjar. Grazzi tad-​dawl li ġġibulna.

G. M., Russja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja