LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 1/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Għala Hu Daqshekk Diffiċli li Naqsam il-Kamra maʼ Xi Ħadd?
    Stenbaħ!—2002
  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 1/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Paċi fid-​Dinja Is-​serje t’artikli “Hija l-​Paċi fid-​Dinja Sempliċi Ħolma?” (8 taʼ Mejju, 2002) hija eċċellenti. Il-​gvernijiet kollha għandhom jaqraw dawn l-​artikli. Il-​pubblikazzjonijiet tagħkom juru b’mod ċar dak li wieħed għandu jkun jaf u kif għandu jgħix.

J. S., Repubblika Ċeka

Bastimenti tal-​Priġunieri Ili iżjed minn 50 sena nieħu gost naqra r-​rivisti tagħkom. Ftit ilu qrajt l-​artiklu “Iż-​Żmien Infami tal-​Priġunerija fl-​Awstralja.” (8 taʼ Mejju, 2002) F’paġna 13 semmejtu li l-​bastiment tal-​priġunieri Britanniku Amphitrite ġie nawfragat fl-​1883. Naħseb li dan huwa żball. Fil-​fatt, skond ir-​riċerka li għamilt, il-​bastiment kien ġie nawfragat f’Awissu taʼ l-​1833. Dan ifisser li ġara fiż-​żmien tal-​priġunerija li ġie diskuss fl-​artiklu, u li ntemm fl-​1868.

D. B., Skozja

“Stenbaħ!” iwieġeb: Is-​sors għall-​artiklu tagħna fil-​fatt jgħid li l-​“Amphitrite” ġie nawfragat fl-​1833. Niskużaw ruħna għall-​iżball.

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu Grazzi talli ppubblikajtu l-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Jiġri jekk Niltaqaʼ maʼ Xi Ħadd li Naf mill-​Iskola?” (8 taʼ Marzu, 2002) Ħafna snin ilu kont żagħżugħ mistħi ħafna u kont intemtem. Il-​ministeru kien diffiċli għalija, speċjalment meta kont niltaqaʼ mat-​tfal taʼ l-​iskola. Naf li dan l-​artiklu se jkun t’għajnuna kbira għal ħafna żgħażagħ.

W. T., Stati Uniti

Parir Siewi Grazzi talli tipprovdu materjal daqshekk abbundanti u informattiv. L-​artikli tagħkom jiddiskutu diversi suġġetti, u kuntrarju għal ħafna pubblikazzjonijiet oħra, tagħkom iżommu ħarsa bilanċjata u rispettabbli lejn it-​twemmin t’oħrajn. Stenbaħ! sar il-​ħabib inseparabbli tiegħi, sors taʼ pariri siewja li jgħinuni niffaċċja b’tama l-​problemi tal-​ħajja.

N. P., Brażil

Smigħ Grazzi ħafna taʼ l-​artiklu “Ipproteġi s-​Smigħ Tiegħek!” (8 taʼ Ġunju, 2002) Jien qiegħda fl-​ewwel sena taʼ taħriġ bħala speċjalista tal-​widnejn, għalhekk, kuljum nara x’effett ikollu l-​istorbju fuq in-​nies. B’mod partikulari, huwa importanti li nagħmlu liż-​żgħażagħ konxji taʼ l-​istorbju li kuljum jesponu lilhom infushom għalih.

C. K., Ġermanja

Brimb Kont affaxxinata bl-​artiklu “Brimba li Tagħmilha taʼ Nemla.” (8 taʼ Ġunju, 2002) X’Ħallieq meraviljuż hu Jehovah! Inħares ’il quddiem għal meta nkun qed ngħix fid-​dinja l-​ġdida, fejn inkun nistaʼ nitgħallem iktar dwar l-​affarijiet li hu ħalaq.

P. P., Sri Lanka

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja