LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 1/8 p. 31
  • “Nobdu Aktar lil Alla Milli l-Bnedmin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Nobdu Aktar lil Alla Milli l-Bnedmin”
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • L-Ewwel Raġel u Mara
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 1/8 p. 31

“Nobdu Aktar lil Alla Milli l-​Bnedmin”

Taʼ sbatax-il sena, Adam kien wieħed mit-​tliet rebbieħa taʼ konkors sponsorjat mill-​Mużew tat-​Tifkira taʼ l-​Olokawst fl-​Istati Uniti. Dawk li ħadu sehem—kważi 500 b’kollox—użaw l-​arti jew il-​kitba biex jiddeskrivu l-​kuraġġ li wrew dawk li ġew maħqurin taħt it-​tmexxija tan-​Nazi. Adam huwa wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, u ddeċieda li joħloq proġett li jagħti stampa taʼ l-​għawġ li ffaċċjaw il-​membri tar-​reliġjon tiegħu taħt ir-​reġim tan-​Nazi. Adam jgħid li l-​arti ma kinitx tirrifletti t-​telfa jew l-​istmerrija, imma l-​ferħ li gawdew ix-​Xhieda taʼ Jehovah għaliex ħarġu rebbieħa fuq l-​attakk brutali taʼ dak li ħaqarhom b’kattiverija. Tidher stampa taʼ tifla fil-​proġett. Għala? “Biex nuri li anki t-​tfal baqgħu sodi kontra l-​persekuzzjoni tan-​Nazi,” jgħid Adam.

Huwa fatt magħruf li matul l-​era tan-​Nazi, ix-​Xhieda taʼ Jehovah irrifjutaw li jsellmu lil Hitler jew li jappoġġaw lill-​partit politiku tiegħu. Il-​waqfa li ħadu hija murija fuq il-​lemin fin-​naħa taʼ fuq tal-​proġett taʼ Adam. Hemmhekk issib kwotata ittra mibgħuta lill-​gvern Ġermaniż fis-​7 t’Ottubru, 1934, mill-​kongregazzjonijiet kollha tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Parti mill-​ittra kienet tgħid: “Hemm konflitt dirett bejn il-​liġi tiegħek u l-​liġi t’Alla, u, minħabba li nsegwu t-​tmexxija taʼ l-​appostli leali, ‘jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-​bnedmin,’ u aħna hekk se nagħmlu. (Atti 5:29) . . . Peress li l-​gvern tiegħek u l-​uffiċjali tiegħu jkomplu jipprovaw jisforzawna biex ma nobdux l-​ogħla liġi fl-​univers, aħna issa obbligati nuruk li, bil-​grazzja tiegħu, se nobdu lil Alla Jehovah u se nafdaw Fih kompletament biex jeħlisna mill-​moħqrija u minn min jaħqarna.”

Adam huwa kburi bil-​wirt spiritwali tiegħu. “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kienu jemmnu bis-​sħiħ li m’għandhomx jagħmlu ħsara lil għajrhom u li m’għandhom jagħtu qima lil ħadd ħlief lil Alla, anki jekk dan ifisser li jinqatlu,” jgħid hu. Il-​waqfa li ma titħarrikx tax-​Xhieda taʼ Jehovah tidher fit-​titlu tal-​proġett taʼ Adam: “Se Nobdu Iktar lil Alla Milli l-​Bnedmin!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja