LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 2/8 p. 20
  • Għandek Bżonn Torqod Biżżejjed!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Bżonn Torqod Biżżejjed!
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Norqod Iktar?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • L-Irqad—Kemm hu Importanti?
    Stenbaħ!—2011
  • Adolexxenti bi Ngħas—Xi Ħaġa taʼ Tħassib?
    Stenbaħ!—2002
  • Għażliet li Jeffettwawlek Saħħtek
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2003
g03 2/8 p. 20

Għandek Bżonn Torqod Biżżejjed!

Hemm xi ħadd li jistaʼ jisfida din l-​istqarrija u jgħid li lejl taʼ mistrieħ tajjeb m’huwiex fundamentali għal saħħa tajba? Probabbilment li le. Madankollu, għal ħafna wħud, l-​irqad m’huwiex daqshekk importanti. “Iżda mbagħad tpatti għalih l-​għada,” jgħid Shawn Currie, psikologu kliniku u assistent professur fl-​Università taʼ Calgary, il-​Kanada. Meta ma torqodx biżżejjed, għandek iċ-​ċans li ssir iktar nervuż u xi drabi jistgħu saħansitra jaqbduk id-​dwejjaq.

“Ix-​xjenzati jaħsbu li l-​irqad jgħin biex iġedded il-​moħħ, u li matul l-​irqad il-​moħħ jibqaʼ jitgħallem,” tgħid il-​gazzetta Calgary Herald. Il-​professur Currie jinnota: “Matul il-​lejl issaħħaħ il-​memorja u kwalunkwe tagħlim li tkun ksibt matul il-​ġurnata jitpoġġa f’postu mal-​lejl. Mingħajr dak il-​ħin taʼ mistrieħ, tistaʼ titlef mill-​abbiltà li titgħallem.” Iktar minn hekk, hu jgħid li “meta torqod biżżejjed, wisq probabbli se tiġi megħjun isserraħ l-​emozzjonijiet tiegħek.”

Allura, kemm irqad huwa biżżejjed? Waqt li ħafna esperti jagħtu tmien sigħat bħala r-​regola ġenerali, Currie jgħid: “Kull individwu għandu bżonnijiet differenti taʼ rqad.” Għalhekk, hu jissuġġerixxi li tagħmel sforz biex torqod fil-​fond u fil-​paċi. Iżda dan kif tistaʼ tagħmlu, speċjalment jekk tbati bl-​insomnja? Dawn huma xi suġġerimenti:

◼ Ħu banju jew doċċa sħuna qabel torqod.

◼ Matul il-​ġimgħa agħmel eżerċizzju moderat għal diversi drabi; iżda tagħmilx eżerċizzju li jgħajjik qabel tidħol torqod.

◼ Ara li l-​kamra tiegħek tkun fil-​kwiet, mudlama, u daqsxejn friska.

◼ Ipprova qum fl-​istess ħin kull fil-​għodu sabiex tistabbilixxi rutina regulari taʼ l-​irqad.

Meta tqis il-​benefiċċji li jidhru għas-​saħħa, għandek tkun prudenti u tara li l-​irqad ikun prijorità għalik.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja