LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 4/8 pp. 20-21
  • Huwa Possibbli li Tegħleb Vizzji Ħżiena?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa Possibbli li Tegħleb Vizzji Ħżiena?
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ix-​Xewqa Kontra l-​Azzjoni
  • Bidla Hija Possibbli
  • Ħalli Drawwietek Jaħdmu għall-Ġid Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • 1 Kun realistiku
    Stenbaħ!—2016
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2016
  • Kif Tistaʼ Tirreżisti Xewqat Ħżiena?
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 4/8 pp. 20-21

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Huwa Possibbli li Tegħleb Vizzji Ħżiena?

L-​AWTUR Mark Twain darba rrimarka b’mod umoristiku: “Li tieqaf tpejjep huwa l-​iktar ħaġa ħafifa fid-​dinja. Jien naf għax għamiltha elf darba.” Bla dubju taʼ xejn, ħafna nies iħossuhom ħosbiena bħalma ħassu Twain. Filwaqt li għandhom mnejn jirrealizzaw li ċerti vizzji huma moralment ħżiena u anki taʼ ħsara, jafu wkoll li biex jaqtgħuhom u jegħlbuhom hija storja oħra. Maż-​żmien, il-​vizzji jistgħu jidħlu fil-​fond u jistaʼ jsir estremament diffiċli li tegħlibhom. L-​isforzi biex tikkontrolla dawn ix-​xewqat jistgħu jgħejjuk u jkunu wkoll taʼ tbatija għalik.

Skond it-​Tabib Anthony Daniels, li jaħdem f’ħabs, il-​kriminali taʼ spiss jgħidu li ma jistgħux jegħlbu l-​ossessjonijiet u x-​xewqat ħżiena tagħhom. Meta xi ħadd ikollu l-​vizzju taʼ xi ħaġa, jirraġunaw huma, ikun “maħkum minn xewqa inkontrollabbli li ma jkunx jistaʼ jeħles minnha.” Jekk raġunar bħal dan huwa minnu, ma nistgħux ninżammu responsabbli talli nkunu ssodisfajna x-​xewqat tagħna. Iżda veru li aħna vittmi bla ħila tal-​motivi u x-​xewqat ġewwinija tagħna? Jew jistgħu jintgħelbu l-​vizzji ħżiena? Ejja naraw liema tweġiba taʼ min joqgħod fuqha tagħti l-​Bibbja.

Ix-​Xewqa Kontra l-​Azzjoni

Il-​Bibbja tagħmilha ċara li Alla jżommna responsabbli għall-​azzjonijiet tagħna. (Rumani 14:12) Ukoll, hu jirrikjedi li aħna ngħixu fi qbil mal-​livelli ġusti tiegħu. (1 Pietru 1:15) Bħala l-​Ħallieq tagħna, hu jaf x’inhu l-​aħjar għalina, u l-​prinċipji tiegħu jikkundannaw ħafna mill-​vizzji komuni taʼ din id-​dinja. (1 Korintin 6:​9, 10; Galatin 5:​19-21) Madankollu, hu wkoll realistiku u ħanin f’dak li jistenna mill-​bnedmin imperfetti.—Salm 78:38; 103:​13, 14.

B’hekk, is-​salmista kiteb: “Jekk tal-​ħtijiet int tagħti kas, Mulej, Sidi, min jistaʼ jżomm sħiħ?” (Salm 130:3) Iva, Jehovah jaf sewwa li “qalb il-​bniedem miġbuda għall-​ħażen sa minn ċkunitu.” (Ġenesi 8:21) Il-​wirt ġenetiku tagħna, id-​dgħjufijiet li writna, u l-​esperjenzi tal-​passat jagħmluha impossibbli għalina li nevitaw il-​ħsibijiet u x-​xewqat ħżiena kollha. Għalhekk, bl-​imħabba kollha, Jehovah ma jistenniex perfezzjoni mingħandna.—Dewteronomju 10:12; 1 Ġwanni 5:3.

Madankollu, din il-​konsiderazzjoni min-​naħa t’Alla ma teħlisniex mir-​responsabbiltà li għandna biex nikkontrollaw ix-​xewqat ħżiena. Għalkemm ammetta li hu wkoll kellu ġlieda iebsa max-​xewqat ħżiena, l-​appostlu Pawlu ma qatax qalbu. (Rumani 7:​21-24) “Ngħakkes bl-​aħrax lil ġismi,” qal hu, “u njassru.” Sa liema punt? “Biex ma jiġrilix li . . . jiena stess insib ruħi kkundannat.” (1 Korintin 9:27) Iva, huwa essenzjali li jkollna r-​rażna sabiex niġġieldu l-​inklinazzjonijiet u l-​vizzji ħżiena tagħna, u biex eventwalment naħkmu fuq dawn.

Bidla Hija Possibbli

Ix-​xjenzati li jistudjaw l-​imġiba tal-​bniedem jgħidu li l-​vizzji ħżiena, bħal dawk tajbin, titgħallimhom u tiżviluppahom biż-​żmien. Jekk dan huwa minnu, żgur li tistaʼ treġġaʼ lura dan il-​proċess! Kif? “Aħseb dwar il-​benefiċċji li tikseb meta tieqaf tagħmel il-​ħażin,” jgħidu l-​awturi taʼ ktieb dwar kif timmaniġġa l-​istress. Imbagħad, “agħmel lista taʼ kif li tbiddel l-​imġiba tiegħek jistaʼ jtejjiblek ħajtek.” Iva, jekk niffokaw fuq il-​benefiċċji li jiġu meta nbiddlu l-​imġiba negattiva tagħna, nistgħu nitqanqlu biex ninbidlu.

Ikkunsidra t-​twissija li tana l-​appostlu Pawlu ‘li għandna niġġeddu b’tibdila spiritwali tal-​fehma tagħna.’ (Efesin 4:​22, 23) Din il-​fehma hija l-​inklinazzjoni dominanti taʼ moħħna. Din tistaʼ tbiddilha billi tersaq eqreb lejn Alla u tikkultiva apprezzament għal-​livelli tiegħu. Il-​fatt li tkun taf li qed togħġob lil Jehovah se jinkuraġġik biex tagħmel il-​bidliet neċessarji.—Salm 69:​31-34 (69:​30-33, NW ); Proverbji 27:11; Kolossin 1:​9, 10.

Naturalment, jistaʼ jkun diffiċli li neħilsu mill-​vizzji ħżiena li forsi jkunu ħakmu lil ħajjitna għal snin sħaħ. Qatt m’għandna nċekknu l-​ġlieda li jkollna quddiemna. Se jkun hemm mumenti fejn se nċedu u naqgħu. Iżda kun żgur li biż-​żmien, ġeneralment, is-​sitwazzjoni ssir iktar faċli. Iktar ma tagħmel sforz, iktar l-​aġir ġdid tiegħek se jsir parti minnek.

Persuna li tħobb lil Alla tistaʼ tkun ċerta wkoll mill-​għajnuna u l-​barka tiegħu. “Alla hu fidil,” iwiegħed Pawlu, “u ma jħallikomx tiġġarrbu aktar milli tifilħu; jaħseb li . . . jagħtikom il-​qawwa u l-​għajnuna biex tkunu tifilħu għalih.” (1 Korintin 10:13) Alla Jehovah dalwaqt se jeqred lil din is-​sistema ħażina u t-​tentazzjonijiet, ix-​xewqat, u l-​ġibdiet baxxi kollha tagħha. (2 Pietru 3:​9-13; 1 Ġwanni 2:​16, 17) Il-​bnedmin imperfetti kollha li jsalvaw f’din il-​ġrajja, jistgħu eventwalment jinħelsu kompletament u għal dejjem mis-​sofferenzi kollha​—fiżiċi, mentali, u emozzjonali. “Ma jitfakkarx iżjed l-​imgħoddi, f’moħħ ħadd aktar ma jiġi,” iwiegħed Alla. (Isaija 65:17) Fost dawn l-​affarijiet taʼ l-​“imgħoddi” bla dubju se jkun hemm ix-​xewqat li jġibu l-​inkwiet. M’hijiex din raġuni taʼ l-​għaġeb biex nagħmlu l-​aħjar li nistgħu issa biex nirreżistu l-​vizzji ħżiena u niġġieldu kontrihom?

[Kaxxa/Stampi f’paġna 21]

KIF TAQTAʼ L-​VIZZJI ĦŻIENA

1. Irrikonoxxi u ammetti l-​vizzji ħżiena. Staqsi lilek innifsek, ‘Nibbenefika tassew minn dan il-​vizzju? Idejjaq lil ħaddieħor? Jeffettwali saħħti, l-​istat finanzjarju, il-​benesseri, il-​familja, jew il-​paċi tal-​moħħ? Kemm tistaʼ tmur għall-​aħjar ħajti mingħajru?’

2. Ibdel il-​vizzju ħażin maʼ xi ħaġa pożittiva. Per eżempju, tqattaʼ ħafna ħin fuq l-​Internet, forsi tara affarijiet mhux xierqa? Jekk iva, agħmel skeda biex ikollok ħin taqra, tistudja, jew tagħmel xi eżerċizzju li jkun taʼ ġid għalik.

3. Eżamina l-​progress tiegħek. Kuljum irrifletti għal ftit minuti fuq il-​progress li tkun għamilt. Jekk tkun ċedejt, ara x’kienu ċ-​ċirkustanzi li wassluk biex tagħmel dan.

4. Itlob l-​għajnuna t’oħrajn. Għid lill-​ħbieb u lill-​familja li qed tipprova taqtaʼ dan il-​vizzju, u itlobhom ifakkruk jekk jarawk se ċċedi. Tkellem m’oħrajn li rnexxielhom jaqtgħu l-​istess tip taʼ vizzju.—Proverbji 11:14.

5. Żomm bilanċ u kun realistiku. Tistenniex li jkollok suċċess mill-​ewwel. Xi vizzji li ħadu s-​snin biex żviluppaw jistgħu jkunu diffiċli biex taqtagħhom.

6. Itlob lil Alla. Bl-​għajnuna t’Alla tistaʼ taqtaʼ kull tip taʼ vizzju ħażin.—Salm 55:23 (55:​22, NW ); Luqa 18:27.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja