LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 7/8 pp. 26-27
  • Xi Jfisser li Tkun il-Kap tad-Dar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Jfisser li Tkun il-Kap tad-Dar?
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Istat taʼ Kap Ma Jinvolvix Moħqrija
  • X’Jinvolvi l-​Istat Xieraq taʼ Kap?
  • Kif Jistaʼ Kap taʼ Familja Jimita lil Ġesù?
  • “Il-​Kap taʼ Kull Raġel Hu l-​Kristu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Nibbenefikaw minn sottomissjoni teokratika
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Nisa, Għala Għandkom Tkunu Sottomessi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 7/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Xi Jfisser li Tkun il-​Kap tad-​Dar?

SKOND il-​Bibbja, “ras il-​mara huwa r-​raġel.” (1 Korintin 11:3; Efesin 5:​23) Imma ħafna minn dawk li jgħidu li jirrispettaw il-​Bibbja jħossu li dan il-​prinċipju taʼ l-​istat taʼ kap li jeżerċita r-​raġel mhux biss huwa antikwat imma wkoll perikoluż. “Id-​duttrina li n-​nisa għandhom ‘jissottomettu ruħhom bil-​grazzja’ [għal żwieġhom], meta tmur fl-​estrem, tistaʼ twassal għal abbuż kemm fiżiku u kemm emozzjonali,” ikkummentat koppja miżżewġa. B’sogħba, l-​abbuż mill-​istat taʼ kap issibu kullimkien. “Il-​fatt li l-​irġiel isawtu lil marthom,” tgħid waħda awtriċi, “hu kunsidrat bħala xi ħaġa normali f’ħafna pajjiżi​—dritt taʼ l-​irġiel imfaħħar fid-​diski, fil-​qwiel, u fiċ-​ċerimonji tat-​tieġ.”

Xi wħud jissuġġerixxu li l-​prinċipju Bibliku taʼ l-​istat taʼ kap wassal għal dawn l-​għemejjel kiefra kollha. Veru li l-​konċett Bibliku taʼ l-​istat taʼ kap ibaxxi lin-​nisa u jinkuraġġixxi l-​vjolenza domestika? Xi jfisser verament li tkun il-​kap tad-​dar?a

L-​Istat taʼ Kap Ma Jinvolvix Moħqrija

L-​istat taʼ kap kif tispjegah il-​Bibbja huwa arranġament kollu mħabba u bl-​ebda mod ma hu konness mal-​moħqrija. Kien minħabba n-​nuqqas taʼ rispett lejn l-​awtorità msawra minn Alla li l-​irġiel spiss ittrattaw lin-​nisa b’mod kiefer. (Ġenesi 3:16) Minn żmien il-​ġnien taʼ l-​Għeden ’l hawn, il-​bniedem kemm-il darba abbuża mill-​poter, billi sfrutta lil oħrajn b’mod kiefer, inkluż in-​nisa u t-​tfal.

Madankollu, dan qatt ma kien jagħmel parti mill-​iskop t’Alla. Jehovah jobgħod lil dawk li jabbużaw mill-​awtorità tagħhom. Hu kkundanna lill-​irġiel Iżraelin li ‘qarrqu’ bin-​nisa tagħhom. (Malakija 2:​13-16) Barra minn hekk, Alla jgħid li “jobgħod ’il min iħobb id-​dnewwa.” (Salm 11:5) Allura, min isawwat lil martu u oħrajn li jabbużaw minn ħaddieħor żgur li ma jistgħux iġibu skuża bil-​Bibbja biex jiġġustifikaw l-​għemejjel vjolenti tagħhom.

X’Jinvolvi l-​Istat Xieraq taʼ Kap?

L-​istat taʼ kap hu arranġament fundamentali li juża Alla sabiex iżomm l-​ordni fl-​univers. Minbarra Alla nnifsu, kulħadd irid jagħti kont lil xi ħadd taʼ għemilu. L-​irġiel huma sottomessi lejn Kristu, it-​tfal huma sottomessi lejn il-​ġenituri, u l-​Kristjani kollha huma sottomessi lejn il-​gvernijiet. Anki Ġesù hu sottomess lejn Alla.​—Rumani 13:1; 1 Korintin 11:3; 15:28; Efesin 6:1.

Is-​sottomissjoni lejn it-​tmexxija hija meħtieġa sabiex is-​soċjetà timxi bl-​ordni u tkun stabbli. Bl-​istess mod, is-​sottomissjoni lejn il-​kap tal-​familja hija neċessarja sabiex il-​familja tkun b’saħħitha, kuntenta, u paċifika. In-​nuqqas taʼ raġel jew missier fil-​familja ma jbiddilx dan il-​fatt. Fil-​każ taʼ familji bħal dawn l-​omm tieħu l-​istat taʼ kap. Meta ż-​żewġ ġenituri jkunu nieqsa, l-​akbar tifel jew qarib ieħor jistaʼ jieħu l-​irwol bħala l-​kap tal-​familja. F’dawn il-​każijiet kollha, il-​membri tal-​familja jibbenefikaw meta juru r-​rispett xieraq lejn l-​awtorità taʼ dak li jkun qed jieħu t-​tmexxija.

Mela hu vitali li ma niċħdux il-​prinċipju taʼ l-​istat taʼ kap imma, minflok, nitgħallmu nużawh u nħarsu lejh b’mod xieraq. L-​appostlu Pawlu jħeġġeġ lill-​irġiel Kristjani biex ikunu l-​kap taʼ darhom “bħalma Kristu hu ras il-​Knisja.” (Efesin 5:​21-23) Għalhekk, Pawlu jipponta lejn il-​mod taʼ kif Kristu ttratta mal-​kongregazzjoni bħala l-​livell perfett taʼ l-​istat taʼ kap. Kristu liema eżempju ħalla?

Għalkemm Ġesù, bħala l-​Messija u s-​Sultan futur, ngħata l-​awtorità minn Alla nnifsu u kien ħafna iktar intelliġenti u taʼ l-​esperjenza fil-​ħajja mid-​dixxipli tiegħu, hu kien jaf juri l-​imħabba, kien qalbu tajba, u kien jaf jagħder. Hu qatt ma kien aħrax, jinsisti li tgħaddi tiegħu, jew jitlob wisq min-​nies. Qatt ma eżerċita l-​awtorità tiegħu b’mod dominanti u ma kienx joqgħod ifakkar lil kulħadd li kien l-​Iben t’Alla. Ġesù kien umli. Bħala riżultat, ‘il-​madmad tiegħu kien ħelu u t-​toqol tiegħu ħafif.’ (Mattew 11:​28-30) Għalhekk, hu kien dħuli u kien lest li jirraġuna. Fil-​fatt, Pawlu jgħid li Ġesù tant ħabb lill-​kongregazzjoni li “ta ħajtu għaliha.”—Efesin 5:25.

Kif Jistaʼ Kap taʼ Familja Jimita lil Ġesù?

Kif jistgħu l-​kapijiet tal-​familja jimitaw il-​kwalitajiet taʼ Kristu? Kap li jkun responsabbli juri tħassib fil-​benesseri fiżiku u spiritwali tal-​familja tiegħu. Hu jagħmel lilu nnifsu disponibbli billi jagħti l-​ħin u l-​attenzjoni xierqa għall-​bżonnijiet individwali u kollettivi tagħhom. L-​interessi tas-​sieħba u taʼ wliedu jiġu qabel tiegħu stess.b (1 Korintin 10:24; Filippin 2:4) Billi japplika l-​prinċipji u t-​tagħlim tal-​Bibbja fil-​ħajja tiegħu taʼ kuljum, ir-​raġel jirbaħ ir-​rispett u l-​appoġġ taʼ martu u taʼ wliedu. Taħt it-​tmexxija tiegħu kollha mħabba, bl-​isforzi li jagħmlu kollha flimkien jistaʼ jirnexxilhom ikampaw maʼ kwalunkwe problema. Għalhekk, billi juża l-​istat taʼ kap tiegħu b’mod Skritturali, ir-​raġel ikun qed jibni familja kuntenta, waħda li ġġib unur u tifħir lil Alla.

Kap għaqli huwa wkoll umli. Meta jkun hemm bżonn, hu se jkun lest li jitlob apoloġija, avolja jistaʼ jsibha diffiċli biex jammetti li kien żbaljat. Il-​Bibbja tgħid li hemm ir-​rebħa “fil-​kotra tal-​kunsillieri.” (Proverbji 24:​6, Karm Żammit ) Iva, l-​umiltà se tqanqal ukoll lill-​kap tal-​familja biex jismaʼ, u jaġixxi ħalli jikseb l-​opinjoni taʼ martu u wliedu meta jkun hemm lok. Billi jimita lil Ġesù, il-​kap Kristjan se jkun ċert li l-​istat taʼ kap tiegħu mhux biss iġib l-​hena u s-​sigurtà lill-​familja tiegħu imma wkoll jonora u jigglorifika lill-​Oriġinatur tal-​familji, Alla Jehovah.​—Efesin 3:​14, 15.

[Noti taʼ taħt]

a Għalkemm dan l-​artiklu jiddiskuti primarjament l-​irwol taʼ raġel u missier fil-​familja, l-​ommijiet li huma waħedhom u l-​orfni li jridu jieħdu ħsieb lil ħuthom jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-​prinċipji li jingħataw lill-​kapijiet tal-​familja.

b Il-ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah, jipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif tieħu ħsieb il-​familja bl-​imħabba.

[Stampa f’paġna 26]

Raġel raġunevoli jikkunsidra l-​opinjoni taʼ martu u taʼ wliedu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja