LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 10/8 p. 27
  • Tafha t-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha t-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2004
g04 10/8 p. 27

Tafha t-​Tweġiba?

(Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dan il-​kwizz fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata hawn taħt. Għal iktar informazzjoni, irreferi għallpubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.)

1. Biex jenfasizzalna li ‘m’għandniex immorru lura lejn l-​affarijiet li ħallejna warajna,’ Ġesù Kristu f’min ħeġġiġna niftakru? (Luqa 17:​31, 32)

2. Fit-​tixbiha taʼ Ġesù dwar dak li jiżraʼ, għala nixfet iż-​żerriegħa li nibtet f’ħamrija li kienet qalb il-​blat? (Marku 4:​5, 6)

3. Xi jfisser il-​fatt li Ġesù rxoxtat se joqgħod bil-​qiegħda “fuq il-​lemin” taʼ Ġeħova? (Atti 2:​34)

4. Min hu l-​uniku Suħi msemmi fil-​Bibbja? (Ġob 8:1)

5. Alla x’isem tah lil Ġakobb meta dan kellu madwar 97 sena? (Ġenesi 32:28)

6. Għalkemm Sawl kien diżubbidjenti lejn Alla u kien qed jiġri wara David, David għala ma qatilx lil Sawl meta ġietu l-​opportunità? (1 Samwel 26:​7-11)

7. Bi twettiq taʼ dak li qal Ġeħova, liema annimali kielu lil Ġeżabel li kienet mill-​agħar? (2 Slaten 9:​36)

8. Liema kien l-​ewwel post imsemmi fejn waqfu l-​Iżraelin fil-​mixja tagħhom lejn il-​Baħar l-​Aħmar? (Eżodu 12:37)

9. Skond kif esprima Ġakbu, liema hi r-​reliġjon “nadifa u bla tinġis mill-​ħarsa t’Alla tagħna”? (Ġakbu 1:​27)

10. Liema perijodu taʼ żmien li juri meta kellu jidher il-​Messija u mbagħad jinqatel ġie rivelat li Danjel ? (Danjel 9:​24-27)

11. Ġesù x’semma li kellha “tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha” qabel it-​tmiem? (Mattew 24:14)

12. Liema huma “l-​għemejjel tal-​laħam” li ma jħallux lil dak li jkun jiret is-​Saltna t’Alla? (Galatin 5:​19-21)

13. Ġeħova liema abbiltà għandu li biha kapaċi jiġġudika persuna b’mod eżatt? (1 Samwel 16:7)

14. Qabel ma ntgħażel biex ikun profeta, Għamos liema xogħol kien jagħmel? (Għamos 7:​14)

15. Ġesù x’ried ifisser meta qal li d-​dixxipli tiegħu jridu ‘jobogħdu’ lill-​membri tal-​familja tagħhom? (Luqa 14:26)

It-​Tweġibiet għall-​Kwizz

1. “Mart Lot”

2. Għax ma kellhiex għeruq, u b’hekk ma setgħetx tiflaħ għas-​sħana tax-​xemx tisreġ

3. Ġesù kien se jkollu l-​iktar pożizzjoni importanti ħdejn Ġeħova nnifsu

4. Bildad, wieħed mill-​ħbieb taʼ Ġob

5. Iżrael

6. Sawl kien il-​midluk taʼ Ġeħova, u għalhekk David ħalla kollox f’idejn Ġeħova

7. Il-​klieb

8. Sukkot

9. “Li tieħu ħsieb l-​iltiema u r-​romol fit-​tribulazzjoni tagħhom, u li żżomm ruħek mingħajr tebgħa mid-​dinja”

10. “Sebgħin ġimgħa”

11. “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna”

12. “Iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, il-​kondotta laxka, l-​idolatrija, l-​ipprattikar taʼ l-​ispiritiżmu, il-​mibegħda, il-​ġlied, l-​għira, l-​għadab, it-​tilwim, il-​firda, is-​setet, l-​invidja, is-​sokor, ix-​xalar, u affarijiet bħal dawn”

13. Hu ‘jara l-​qalb’

14. Hu kien ‘ragħaj u kien jiżbor il-​ġummajż’

15. Li l-​imħabba tagħna lejhom għandha tkun inqas minn imħabbitna lejn Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja