LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 10/8 pp. 28-29
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nies Jinqlew fix-​Xemx
  • Iċ-​Champion tal-​Qbiż
  • Kemm Għandek Bżonn Irqad?
  • Ħafna Żgħażagħ Jiffaċċjaw Futur Ikrah
  • Iktar Nisa Jsiru Ommijiet t’40 Sena
  • Il-​Qrar Qed Jonqos
  • Kriżi Imminenti taʼ l-​Ilma
  • Twissija Kontra Ultrasawnd Qabel it-​Twelid
  • Int Li Tħobb Tixxemmex Ipproteġi l-​Ġilda Tiegħek!
    Stenbaħ!—1999
  • Kif Nistaʼ Norqod Iktar?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Adolexxenti bi Ngħas—Xi Ħaġa taʼ Tħassib?
    Stenbaħ!—2002
  • L-Irqad—Kemm hu Importanti?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 10/8 pp. 28-29

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Nies Jinqlew fix-​Xemx

Ħafna minn dawk li jħobbu jixxemmxu ma jagħmlux biżżejjed krema protettiva biex ikollhom il-​grad taʼ protezzjoni mix-​xemx (sun protection factor [SPF]) li jkun imniżżel fuq il-​prodott, tirrapporta l-​Medical Journal of Australia. Skond it-​Tabib Stephen Taylor, “minħabba raġunijiet kosmetiċi u ekonomiċi, ħafna nies jagħmlu biss terz jew anki kwart mill-​ammont meħtieġ taʼ krema protettiva.” Għalhekk, kemm għandek tagħmel krema protettiva? Meta kiteb fl-​Archives of Dermatology, it-​Tabib Jeffrey Schneider jirrikkmanda li tuża l-​kejl tal-​kuċċarina. Adult taʼ daqs normali għandu japplika iktar minn nofs kuċċarina taʼ krema protettiva fuq dawn il-​partijiet tal-​ġisem li ġejjin: ir-​ras u l-​għonq, id-​driegħ tal-​lemin, u d-​driegħ tax-​xellug. Ukoll, għandu japplika iktar minn kuċċarina taʼ krema protettiva fuq is-​sider, id-​dahar, ir-​riġel tal-​lemin, u dak tax-​xellug. Schneider jgħid, “Meta ddellek biżżejjed krema protettiva, din tipprovdilek iktar protezzjoni mix-​xemx milli kieku ddellek ammont inqas . . . taʼ krema protettiva b’SPF iktar għoli.”

Iċ-​Champion tal-​Qbiż

“Id-​dinja taʼ l-​insetti għandha champion ġdid tal-​qbiż fl-​għoli,” tirrapporta The Times taʼ Londra. L-​insett ċkejken magħruf bħala l-​froghopper jistaʼ jaqbeż iktar minn għoli taʼ 70 ċentimetru. Dan huwa ekwivalenti għal li bniedem jaqbeż skyscraper għoli iktar minn 180 metru! B’ċertu tip taʼ fotografija, il-​Professur Malcolm Burrows mill-​Università taʼ Cambridge, fl-​Ingilterra, osserva li l-​muskoli tas-​saqajn taʼ wara taʼ dan l-​insett iservu bħala molla u jipprovdu enerġija esplussiva hekk kif ikun se jogħla. Burrows jikkalkula li meta dan l-​insett jaqbeż, hu jirreżisti iktar minn 400 darba l-​forza tal-​gravità tad-​dinja, “li hu 130 darba iktar minn dak li jesperjenza ekwipaġġ taʼ vettura li tintbagħat fl-​ispazju,” tgħid il-​gazzetta.

Kemm Għandek Bżonn Irqad?

“F’perijodu t’għaxar snin instab li dawk l-​adulti li jorqdu sebaʼ sigħat kuljum matul il-​ġimgħa għandhom rata inqas taʼ mwiet minn dawk li jorqdu iktar,” tirrapporta USA Today. Riċerkaturi fil-​Ġappun segwew 104,000 adult għal madwar għaxar snin, billi studjaw id-​drawwiet taʼ l-​irqad, is-​saħħa ġenerali u mentali, u l-​istil taʼ ħajja tagħhom. Ix-​xjenzati sabu li ‘inqas irqad, anki sa erbaʼ sigħat kull lejl, ma kienx iżid l-​imwiet fl-​irġiel b’mod sinifikanti, u kien inaqqas il-​ħajja fin-​nisa biss jekk dawn kienu jorqdu inqas minn erbaʼ sigħat.’ Dawn is-​sejbiet huma appoġġati minn żewġ studji kbar li ġew pubblikati u minn studji żgħar oħra. Madankollu, l-​ispeċjalisti taʼ l-​irqad sabu wkoll li dawk li “jorqdu minn erbgħa sa ħames sigħat u nofs ma marrux tajjeb fit-​testijiet li kienu jindikaw il-​memorja, il-​ħsieb ċar u l-​konċentrazzjoni.” Daniel Kripke, psikjatra u riċerkatur dwar l-​irqad jgħid: “In-​nies għandhom jorqdu sakemm iħossuhom mistriħin.”

Ħafna Żgħażagħ Jiffaċċjaw Futur Ikrah

“Kważi nofs il-​popolazzjoni tad-​dinja hi taħt il-​25 sena—lakbar ġenerazzjoni żagħżugħa fl-​istorja,” jgħid ir-​rapport tal-​ĠM li sar fl-​2003 dwar l-​Istat tal-​Popolazzjoni tad-​Dinja. X’inhuma l-​prospetti għal dawn iż-​żgħażagħ? Skond The Independent taʼ Londra, “It-​Tabiba Thoraya Obaid, direttriċi tal-​Fond għall-​Popolazzjoni tal-​ĠM, qalet li l-​akbar ġenerazzjoni żagħżugħa fl-​istorja qed tiffaċċja perikli li qatt ma kien hawn qabel mill-​Aids u mard ieħor trasmess sesswalment, żwieġ u tqala t’età żgħira, familji mifrudin, użu tad-​drogi, vjolenza u ttraffikar tas-​sess.” Per eżempju, nofs mill-​każijiet taʼ l-​HIV jinvolvu persuni bejn il-​15 u l-​24 sena. Huwa kalkulat li kull 14-il sekonda, fost l-​adoloxxenti, xi ħadd jiġi infettat bl-​HIV. L-​adoloxxenti għandhom riskju doppju li jmutu waqt it-​tqala jew waqt il-​ħlas milli għandhom l-​adulti. Huwa maħsub ukoll li kull sena, madwar erbaʼ miljun żagħżugħ u żagħżugħa jiġu involuti fl-​ittraffikar tas-​sess.

Iktar Nisa Jsiru Ommijiet t’40 Sena

Qed tiżdied l-​età medja taʼ lommijiet Taljani li jwelldu l-​ewwel tarbija tagħhom. Fl-​1980 ir-​rata tat-​twelid fost nisa Taljani t’20 sena kienet 74.3 f’kull elf persuna, filwaqt li fis-​sena 2000 in-​numru naqas għal 20.7. Madwar l-​istess żmien, ir-​rata taʼ twelid fost dawk li għandhom 40 sena telgħet minn 12.2 f’kull elf għal 16.1. L-​istatistiċi, provduti mill-​Istitut Nazzjonali Taljan taʼ l-​Istatistiċi (ISTAT) u pubblikati mill-​Corriere della Sera, jenfasizzaw it-​tendenza li n-​nisa qed jistennew iktar qabel ma jkollhom l-​ewwel tarbija. Skond l-​ISTAT, “in-​nies jistennew li jkollhom sigurtà mix-​xogħol u ħajja stabbli, imma jistennew ukoll biex iħarsu l-​indipendenza tagħhom. Hu x’inhu l-​każ, tarbija hija meqjusa bħala rabta u xkiel.”

Il-​Qrar Qed Jonqos

“Illum, il-​qrar privat fuq bażi regulari naqas għal inqas minn 25 fil-​mija,” jgħid William D’Antonio, soċjologu f’Università Kattolika. “Ir-​raġuni prinċipali, jgħidu l-​esperti, hija l-​opinjoni differenti taʼ x’inhu meqjus bħala dnub,” tirrapporta l-​edizzjoni internazzjonali taʼ The Miami Herald. Il-​monsinjur Thomas Kane, taʼ 76 sena, kappillan tal-​Knisja Kattolika taʼ St. Patrick f’Rockville, Maryland, iżid: “Qed jinfirex xorta taʼ relattiviżmu morali. . . . Xejn ma sar ħażin. Jekk għandi raġuni valida għal li qed nagħmel, dan m’huwiex dnub.” Iktar minn hekk, ‘fost il-​Kattoliċi, it-​tagħlim tal-​Knisja dwar il-​kontraċezzjoni, l-​omosesswalità, u d-​divorzju qed jiġi mwarrab u dan qed jiġri kullimkien,’ tgħid il-​gazzetta. Għalhekk, “il-​Kattoliċi qegħdin jiddependu iktar fuq dak li tgħidilhom il-​kuxjenza tagħhom biex jiddeċiedu jekk dinbux jew le.”

Kriżi Imminenti taʼ l-​Ilma

“Fl-​għoxrin sena li ġejjin, il-​provvista taʼ l-​ilma għal kull persuna madwar id-​dinja kollha mistennija tonqos b’terz,” jgħid Koichiro Matsuura, id-​Direttur Ġenerali taʼ l-​UNESCO. Ir-​riżorsi taʼ l-​ilma fid-​dinja huma mistennijin li jonqsu, mhux sempliċement minħabba ż-​żjieda kontinwa fil-​popolazzjoni dinjija, it-​tinġis taʼ l-​arja, u fatturi ambjentali. Din il-​kriżi hija imminenti minħabba li “d-​determinazzjoni politika biex jitreġġgħu lura dawn il-​fatturi hija nieqsa,” tgħid l-​UNESCOPRESS. Rapport intitolat Water for People, Water for Life, (Ilma għan-​Nies, Ilma għall-​Ħajja) li sar minn 23 pajjiż imsieħeb mal-​Ġnus Magħquda, qal: “Il-​fatt li hemm nuqqas t’azzjoni min-​naħa tal-​mexxejja u popolazzjoni dinjija li ma tagħrafx bis-​sħiħ kemm hija kbira l-​problema jfisser li nonqsu li nieħdu l-​azzjoni meħtieġa biex nirranġaw l-​affarijiet fil-​waqt.” Is-​Sur Matsuura jgħid: “L-​ebda post m’hu se jeħles mill-​impatt taʼ din il-​kriżi.”

Twissija Kontra Ultrasawnd Qabel it-​Twelid

Numru li dejjem qed jiżdied t’ommijiet tqal fl-​Istati Uniti qed jieħdu vidjos bħala tifkira tat-​trabi fil-​ġuf. Dan il-​vidjo jsir billi jużaw teknoloġija t’ultrasawnd imsejħa high-resolution, tirrapporta r-​rivista FDA Consumer. L-​istampi taʼ l-​ultrasawnd (sonograms) huma magħmulin minn mewġ tal-​ħoss bi frekwenza għolja li jerġgħu lura mill-​istrutturi interni u jipproduċu stampi fuq il-​kompjuter. Imbagħad jaqbdu dawn l-​istampi u jipproduċuhom f’vidjos jew ritratti li jinżammu bħala tifkira. Kumpaniji li jipproduċu stampi taʼ trabi fil-​ġuf qegħdin jitfaċċaw madwar il-​pajjiż kollu f’ċentri tal-​ħwienet. Madankollu, kuntrarju għall-​istaff li jagħmel ultrasawnd f’uffiċċju taʼ tabib, dawk li jipprovdu dawn ir-​ritratti, jistgħu jkunu bla taħriġ u bla liċenzja. Għalhekk, il-​ħin taʼ l-​ultrasawnd jistaʼ jkun itwal jew ikollu livelli t’enerġija iktar għolja minn dawk li jkollu waqt proċeduri mediċi. Skond FDA Consumer, ‘huwa perikoluż li tieħu ritratti taʼ tarbija fil-​ġuf mingħajr ma jkun hemm raġuni medika għala dan għandu jsir.’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja