LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 p. 3
  • Iffissati Fuq is-Sbuħija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iffissati Fuq is-Sbuħija
  • Stenbaħ!—2005
  • Materjal Simili
  • Perikli Moħbija fit-Tfittxija għas-Sbuħija
    Stenbaħ!—2005
  • L-Annimali—Gawdihom għal Dejjem
    Stenbaħ!—2004
  • Għala Għandek Titlob?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 p. 3

Iffissati Fuq is-​Sbuħija

MARIAa hi żagħżugħa li rnexxiet fil-​ħajja u tifforma parti minn familja eżemplari. Iżda, din it-​tfajla ma tħosshiex ferħana. Għala? Għax mhix kuntenta bid-​dehra tagħha. Għalkemm il-​familja tagħha tipprova tinkuraġġiha, Maria taħseb li hi kerha, u minħabba f’hekk tħossha mdejqa.

José ġej minn familja rispettabbli u donnu li ma jonqsu xejn. Iżda jaħseb li qatt m’hu se jsib sieħba. Għala? Hu mhux talli ma jħossux grazzjuż, iżda jaħseb li hu ikrah. Hu konvint li ebda mara m’hi se tinġibed lejh.

Luis li għandu tmien snin iħobbha l-​iskola u jaf imur man-​nies. Jieħu gost jilgħab maʼ sħabu, iżda spiss jibki għax dawn iwaqqgħuh għaċ-​ċajt għax jgħidu li hu oħxon.

Dawn m’humiex każi rari. Il-​problema taʼ Maria, José, u Luis m’hijiex sempliċement nuqqas taʼ fiduċja fihom infushom. Il-​verità hi li ħadd ma jixtieq li jħossu mwarrab minħabba d-​dehra tiegħu.

Però, is-​soċjetà tagħti importanza kbira lill-​apparenza. Fil-​fatt, spiss is-​suċċess donnu li jiddependi mid-​dehra taʼ dak li jkun. Per eżempju, donnu li l-​iktar nies attraenti għandhom iktar ċans li jsibu impjieg. Pilar Muriedas, waħda mid-​diretturi tal-​Latin-American and Caribbean Women’s Health Network, tgħid li għan-​nisa, “waħda mill-​ħtiġijiet ewlenin biex ikollhom suċċess hi li jkollhom dehra attraenti.” U skond it-​Tabiba Laura Martínez, in-​nisa jafu sew li fl-​aħħar mill-​aħħar “l-​apparenza tiswa ħafna meta tiġi biex issib impjieg.”

M’għandniex xi ngħidu, ħafna rġiel ukoll saru ffissati fuq id-​dehra tagħhom bil-​ħsieb li jiżviluppaw ġisem “perfett.” Tabilħaqq, ħafna individwi, kemm irġiel u kemm nisa, jagħmlu minn kollox biex jiġru wara s-​sbuħija, saħansitra joqogħdu bil-​ġuħ jew jgħaddu minn ħafna wġigħ biex jiksbu l-​aħjar wiċċ jew figura possibbli. Huwa dan vallapena? Hemm xi perikli involuti?

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

[Stampa f’paġna 3]

L-​apparenza fiżika tistaʼ teffettwa l-​opportunitajiet li persuna tingħata

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja