LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 2/8 p. 12
  • Tafha t-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha t-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2005
Stenbaħ!—2005
g05 2/8 p. 12

Tafha t-​Tweġiba?

(Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dan il-​kwizz fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata hawn taħt. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.)

1. Skond Pietru, Alla għal liema raġuni għamel lill-​Iżrael spiritwali r-​“razza magħżula” minnu? (1 Pietru 2:9)

2. Liema kien l-​ewwel miraklu taʼ Ġesù, u fejn wettqu? (Ġwanni 2:​1-11)

3. Alla minn xiex ħalaq lil Eva, is-​sieħba taʼ Adam? (Ġenesi 2:​22)

4. L-​ulied subien taʼ liema raġel prominenti f’Iżrael kienu magħrufin bħala “nies mill-​agħar”? (1 Samwel 2:​12)

5. Liema kejl tal-​qedem kien daqs il-​ħomer u kien jiswa daqs għaxar banjijiet? (Luqa 16:7)

6. Għalkemm il-​Fariżej kienu jafu jinterpretaw id-​dehra tas-​sema, Ġesù x’qal li ma kinux jafu jinterpretaw? (Mattew 16:3)

7. Fil-​profezija t’Eżekjel, min jattakka l-​poplu t’Alla, li qed jiffjorixxi u jgħix fis-​sigurtà? (Eżekjel 38:​14-16; 39:11)

8. Ġesù għala qal li l-​qima li taw il-​mexxejja reliġjużi ‘b’xofftejhom’ kienet għalxejn? (Marku 7:​6, 7)

9. Liema iben taʼ Noè kien involut fi ġrajja li rriżultat f’saħta għal ibnu Kangħan? (Ġenesi 9:​22-25)

10. L-​art taʼ liema poplu saret tfisser l-​istess bħall-​iktar post imbiegħed fit-​tramuntana taʼ l-​art taʼ Iżrael? (Mħallfin 20:1)

11. Neħemija ma xiex qabbel il-​prospett taʼ mewta qabel il-​waqt? (Isaija 38:12)

12. Wara li kien wera diżubbidjenza lejn Alla u għamel ċensiment taʼ Iżrael, David liema kastig għażel meta ġie mistoqsi biex jagħżel minn tliet kastigi? (2 Samwel 24:​12-15)

13. Liema tliet kotba Bibliċi kiteb il-​qassis Lhudi Esdra?

14. Il-​Gvernatur Feliċ sar jaf li Pawlu kien minn liema provinċja? (Atti 23:34)

15. Min qeda bħala l-​kap taʼ l-​armata kemm għal Absalom fir-​ribelljoni tiegħu kontra David u kemm għal David wara li Absalom inqatel? (2 Samwel 17:25; 19:13)

16. Il-​Ġeneral Ġowab lil min għażel biex iwassal l-​aħbar lis-​Sultan David li Absalom, iben David, kien miet? (2 Samwel 18:​21, 32)

17. X’ġiegħel lil Ġakobb jikkonkludi li ibnu Ġużeppi kien inqatel minn bhima salvaġġa? (Ġenesi 37:31-33)

18. X’kien jismu l-​anġlu li qal lil Marija li kienet intgħażlet biex tiled lil Ġesù? (Luqa 1:26-31)

Tweġibiet tal-​Kwizz

1. Biex huma ‘jxandru maʼ kullimkien il-​kwalitajiet eċċellenti’ t’Alla

2. Bidel l-​ilma f’inbid; Kana

3. Minn kustilja li ħa minn Adam

4. Għeli

5. Xkora kbira

6. “Is-​sinjali taż-​żminijiet”

7. Gog u “l-​kotra tiegħu”

8. Għaliex ‘qlubhom kienu mbegħdin minnu’

9. Ħam

10. Dan

11. Maʼ nissieġ li jaqtaʼ l-​ħajt min-​newl

12. Il-​pesta

13. L-​Ewwel Kronaki, it-​Tieni Kronaki, Esdra

14. Miċ-​Ċiliċja

15. Għamaxa

16. Lil wieħed Kusi

17. Ġie muri l-​libsa twila rrigata taʼ Ġużeppi, li kienet ġiet imċappsa bid-​demm taʼ gidi

18. Gabrijel

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja