LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/08 pp. 19-20
  • “Xi Ġralhom it-Tfal Tiegħi?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Xi Ġralhom it-Tfal Tiegħi?”
  • Stenbaħ!—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Għerf u l-​Fehma
  • Komunikazzjoni maʼ l-Adoloxxenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Appendiċi—Il-Ġenituri Jistaqsu . . .
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • L-Adoloxxenza Preparazzjoni Biex Isiru Adulti
    Stenbaħ!—2011
  • Meta l-Adoloxxent Tiegħek Jibda Jiddubita mit-Twemmin Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2008
g 10/08 pp. 19-20

“Xi Ġralhom it-​Tfal Tiegħi?”

Scott u Sandraa baqgħu mbellhin x’ħin binthom taʼ 15-il sena daħlet fis-​salott. Xagħarha li darba kien isfar issa żebgħatu aħmar jgħajjat! Il-​konversazzjoni li kellhom wara ħawdithom saħansitra iktar.

“Tajniek permess biex tiżbogħ xagħrek?”

“Ħeqq, qatt m’għedtuli li ma nistax.”

“Għala ma staqsejtniex?”

“Għax naf li kontu se tgħiduli le!”

BĦALMA Scott u Sandra jixhdu mingħajr ebda diffikultà, l-​adoloxxenza hija żmien taʼ taqlib—mhux biss għaż-​żgħażagħ imma anki għall-​ġenituri tagħhom. Tabilħaqq, ħafna missirijiet u ommijiet xejn m’huma preparati għall-​bidliet kbar li jiġu għal għarrieda meta t-​tfal tagħhom jilħqu l-​pubertà. “F’daqqa waħda, bintna saret differenti,” tgħid Barbara, omm fil-​Kanada. “Bdejt naħseb, ‘Xi ġralha binti?’ Kien bħallikieku hi ttieħdet waqt li konna reqdin u ġiet mibdula maʼ xi ħadd ieħor!”

Ċertament li l-​esperjenza taʼ Barbara m’hijiex unika. Ikkunsidra x’qalu lil Stenbaħ! xi ġenituri minn madwar id-​dinja.

“Meta t-​tifel tiegħi sar adoloxxenti, f’daqqa waħda hu sar iktar kunfidenti fl-​opinjonijiet tiegħu u kellu iktar it-​tendenza li jiddubita l-​awtorità tagħna.”—Lia, il-​Britannja.

“Il-​bniet tagħna saru inqas kunfidenti fihom infushom, speċjalment dwar l-​apparenza tagħhom.”—John, il-​Gana.

“Ibni ried li jieħu d-​deċiżjonijiet għalih innifsu. Ma riedx li jintqallu x’għandu jagħmel.”—Celine, il-​Brażil.

“It-​tifla tagħna ma riditniex nibqgħu nbusuha u ngħannquha.”—Andrew, il-​Kanada.

“Is-​subien tagħna saru iktar aggressivi. Minflok ma jaċċettaw id-​deċiżjonijiet tagħna huma bdew jikkwistinjaw u jisfidawna dwarhom.”—Steve, l-​Awstralja.

“Binti bdiet taħbi dak li tħoss. Hi saret magħluqa fiha nfisha, u bdiet tiddejjaq meta nipprova ngħinha tesprimi s-​sentimenti tagħha.”—Joanne, il-​Messiku.

“Uliedna kellhom it-​tendenza li jaħbu xi jkunu qed jagħmlu u jaħsbu, u riedu li jkollhom iktar privatezza. Spiss, kienu jippreferu li jkunu maʼ ħbiebhom minflok magħna.”—Daniel, il-​Filippini.

Bħala ġenitur t’adoloxxenti, forsi tħossok bħall-​ġenituri li kkummentaw hawn fuq. Jekk inhu hekk, kun ċert li hu possibbli għalik li tifhem lil dan l-​“istranġier” li qiegħed miegħek, iż-​żagħżugħ jew iż-​żagħżugħa tiegħek. Il-​Bibbja tistaʼ tgħin. Kif?

L-​Għerf u l-​Fehma

Proverbju Bibliku jgħid: “Ikseb l-​għerf, ikseb l-​abbiltà li tifhem.” (Proverbji 4:5) Iż-​żewġ kwalitajiet huma essenzjali meta tkun qed tittratta m’adoloxxenti. Għandek bżonn il-​fehma biex ma tħarisx biss lejn l-​aġir tiegħu imma wkoll biex tifhem eżatt dak li jkun għaddej minnu. Għandek bżonn ukoll l-​għerf biex b’mod effettiv tgħin liż-​żagħżugħ tiegħek isir adult responsabbli.

Taħsibx li ibnek jew bintek m’għandhomx bżonnok sempliċement għax donnu dejjem qed tkomplu titbiegħdu fir-​relazzjoni taʼ bejnietkom. Il-​fatt hu, l-​adoloxxenti għandhom bżonn—u anki jridu—li l-​ġenituri tagħhom ikunu involuti f’dan il-​perijodu mimli sfidi tal-​ħajja. Kif jistgħu l-​fehma u l-​għerf jgħinuk tipprovdi gwida bħal din?

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja