LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/09 pp. 25-27
  • Kif Nistaʼ Nidra Meta Tintemm ir-Relazzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nidra Meta Tintemm ir-Relazzjoni?
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Tweġġaʼ
  • Timxi ’l Quddiem
  • Tħares ’il Quddiem
  • Kif Nistaʼ Nkampa Meta Tintemm Relazzjoni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • X’jistaʼ jgħinni issa li r-relazzjoni li kont fiha spiċċat?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Meta n-namrati jinfirdu
    Stenbaħ!—2015
  • Il-Qerda taʼ Sodoma u Gomorra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 4/09 pp. 25-27

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu

Kif Nistaʼ Nidra Meta Tintemm ir-​Relazzjoni?

“Konna ilna noħorġu flimkien sitt xhur u konna ilna ħbieb ħames snin. Meta hu ried itemm ir-​relazzjoni, lanqas biss setaʼ jiffaċċjani. Hu sempliċement waqaf ikellimni. Ħassejtni mitlufa. Id-​diżappunt kien kbir wisq. Bqajt nistaqsi lili nnifsi, ‘X’għamilt ħażin?’”—Rachel.a

IT-​TMIEM taʼ relazzjoni jistaʼ jfarrak u jbiddel il-​karattru ferrieħi tiegħek u minflok tispiċċa tibki b’disprament. Ikkunsidra lil Jeff u lil Susan, li kienu ilhom jinnamraw sentejn. Matul dak iż-​żmien, ir-​rabta emozzjonali tagħhom kibret. Matul il-​jum, Jeff kien jibgħat lil Susan messaġġi miktubin bit-​telefon ċellulari b’espressjonijiet taʼ mħabba. Minn żmien għal żmien, kien jagħtiha r-​rigali biex juri li kien qed jaħseb fiha. “Jeff kien jagħmel sforz biex jismagħni u jifhimni,” tgħid Susan. “B’dawn l-​affarijiet kont inħossni speċjali.”

Jeff u Susan ma damux ma bdew jitkellmu fuq iż-​żwieġ u fejn kienu se jgħixu bħala miżżewġin. Jeff saħansitra ta x’jifhem li kien se jistaqsi lil Susan biex tiżżewġu. Imbagħad, f’daqqa waħda, hu temm ir-​relazzjoni! Susan ħassitha mkissra. Hi kienet tagħmel l-​affarijiet taʼ kuljum, imma kienet tħossha konfuża u vojta. Hi tgħid: “Sirt eżawrita mentalment u fiżikament.”b

Għala Tweġġaʼ

Jekk int kont f’sitwazzjoni simili għal dik taʼ Susan, forsi ħsibt, ‘Qatt se jerġgħu jiġu normali l-​affarijiet?’ (Salm 38:6) Hu normali li tkun imnikkta. It-​tmiem taʼ relazzjoni jistaʼ jkun waħda mill-​iktar esperjenzi trawmatiċi li qatt kellek tissaporti f’ħajtek. Fil-​fatt, xi wħud qalu li t-​tmiem taʼ relazzjoni hu bħallikieku tmut parti minnek. Int saħansitra tistaʼ ssib lilek innifsek għaddejja minn dawn il-​fażijiet komuni taʼ niket jew forsi minn fażijiet komuni oħrajn:

Ċaħda. ‘Ma jistax ikun li għalih spiċċat ir-​relazzjoni. Hu dalwaqt se jbiddel fehemtu.’

Rabja. ‘Kif jistaʼ jagħmilli hekk? Ma nistax nittollerah iżjed!’

Dipressjoni. ‘Mhux taʼ min iħobbni. Ħadd qatt m’hu se jħobbni.’

Aċċettar. ‘Issa jgħaddili. Il-​firda weġġgħetni, imma qed nirkupra.’

L-​aħbar tajba hi li int tistaʼ tilħaq il-​fażi taʼ meta tibda taċċetta. Kemm se ddum biex tilħaqha jiddependi minn għadd taʼ fatturi, inkluż kemm damet ir-​relazzjoni tagħkom u safejn kienet waslet. Sadanittant, kif tistaʼ tkampa mal-​qsim il-​qalb tiegħek?

Timxi ’l Quddiem

Forsi smajt lil min jgħid l-​espressjoni, Iż-​żmien iderri. Għall-​ewwel li ntemmet ir-​relazzjoni, dan il-​kliem forsi ma tantx kien jikkonvinċik. Dan hu minħabba li ż-​żmien hu biss parti mis-​soluzzjoni. Biex nagħtu eżempju: Ferita fil-​ġilda se tfiq biż-​żmien, imma issa tweġġgħek. Għandek bżonn twaqqaf id-​demm u ttaffi l-​uġigħ. Ukoll, hemm bżonn li ma tħallihiex tiġi infettata. L-​istess hu minnu meta jkollok ferita emozzjonali. Bħalissa tweġġgħek. Imma hemm passi li tistaʼ tieħu biex ittaffi l-​uġigħ u biex iżżomm milli int tiġi infettata mir-​rabja. Iż-​żmien iderri, imma int x’tistaʼ tagħmel biex tidra? Ipprova dan li ġej.

◼ Ħalli lilek innifsek titnikket. M’hemm xejn ħażin billi tibki bikja tajba. Fuq kollox, il-​Bibbja tgħid li hemm “żmien li tibki” u saħansitra “żmien li tolfoq.” (Ekkleżjasti 3:1, 4) Ma jfissirx li int dgħajfa għax tibki. Meta kien f’niket emozzjonali, saħansitra David—gwerrier kuraġġuż—darba ammetta: “Kull lejl nibki fuq friexi, bid-​dmugħ inxarrab soddti.”—Salm 6:7 (6:6, NW), Għaqda Biblika Maltija.

◼ Ħu ħsieb is-​saħħa fiżika tiegħek. Eżerċizzju fiżiku u nutriment xieraq se jgħinu biex iġibu lura l-​enerġija mitlufa minħabba l-​effett emozzjonali tat-​tmiem taʼ relazzjoni. “It-​taħriġ tal-​ġisem hu taʼ benefiċċju,” tgħid il-​Bibbja.—1 Timotju 4:8.

Liema aspetti konnessi maʼ saħħtek forsi għandek bżonn tagħtihom attenzjoni?

․․․․․

◼ Żomm ruħek okkupata. Tiqafx tagħmel l-​affarijiet li jinteressawk. U issa, iktar minn qatt qabel, tinqatax għalik waħdek. (Proverbji 18:1) Il-​fatt li tassoċja maʼ dawk li jimpurtahom minnek se jagħtik xi ħaġa pożittiva fuqiex tiffoka.

Liema miri tistaʼ tagħmel biex iżżomm ruħek okkupata?

․․․․․

◼ Itlob lil Alla dwar dak li tħoss. Dan jistaʼ jkun taʼ sfida. Wara li tintemm relazzjoni, xi wħud saħansitra jħossuhom traduti minn Alla. Huma jirraġunaw, ‘Jien tlabt kemm-il darba biex insib lil xi ħadd, u issa ara x’ġara!’ (Salm 10:1) Imma taħseb li jkun xieraq li nħarsu lejn Alla bħala wieħed li mis-​sema jlaqqaʼ n-​nies? Żgur li le; lanqas ma hu responsabbli meta xi ħadd mill-​koppja ma jkunx jixtieq ikompli r-​relazzjoni. Aħna nafu dan dwar Ġeħova: ‘Hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Għalhekk, fit-​talb esprimi miegħu dak li tħoss. Il-​Bibbja tgħid: “Ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”—Filippin 4:6, 7.

Liema affarijiet speċifiċi tistaʼ titlob lil Ġeħova dwarhom waqt li qed tistinka biex tkampa mad-​dwejjaq tat-​tmiem tar-​relazzjoni?

․․․․․

Tħares ’il Quddiem

Wara li jkun għadda ż-​żmien biex tfiq, int forsi tagħmel tajjeb jekk teżamina sew x’ġara eżatt fir-​relazzjoni li kellek. Meta tkun lesta li tagħmel dan, int tistaʼ ssibha t’għajnuna jekk tikteb it-​tweġibiet tiegħek għall-​mistoqsijiet li ġejjin.

◼ Ngħatajt raġuni għala ntemmet ir-​relazzjoni? Jekk inhu hekk, ikteb ir-​raġuni hawn taħt, anki jekk taħseb li m’hijiex minnha.

․․․․․

◼ Liema raġunijiet oħrajn taħseb li setgħu kienu involuti?

․․․․․

◼ Meta terġaʼ taħseb dwar dak li ġara, kien hemm xi ħaġa li stajt tagħmel u li setgħet tbiddel l-​affarijiet? Jekk iva, x’inhi?

․․․․․

◼ Uriet din l-​esperjenza xi modi fejn tixtieq tikber spiritwalment u emozzjonalment?

․․․․․

◼ Liema affarijiet, jekk hemm, kieku tagħmel differenti fir-​relazzjoni tiegħek li jmiss?

․․․․․

Veru, ir-​relazzjoni li kont involuta fiha ma spiċċatx kif xtaqt int. Imma ftakar dan: F’nofs tempesta, hu faċli li tiffoka fuq is-​sema skur u x-​xita nieżla. Imma eventwalment ix-​xita tieqaf u s-​sema jiċċara. Iż-​żgħażagħ kwotati qabel f’dan l-​artiklu sabu li maż-​żmien huma setgħu jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom. Kun ċerta li int ukoll tistaʼ tagħmel l-​istess!

Iktar artikli mis-​serje “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu” jistgħu jinstabu fil-​Web site www.watchtower.org/ype

[Noti taʼ taħt]

a L-ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

b Għalkemm l-​individwi kwotati f’dan l-​artiklu huma nisa, il-​prinċipji diskussi japplikaw għall-​irġiel ukoll.

AĦSEB DWAR DAN

◼ X’tgħallimt dwarek innifsek mir-​relazzjoni li kellek?

◼ X’tgħallimt dwar is-​sess oppost?

◼ F’min tistaʼ tafda jekk tħoss li d-​dwejjaq minħabba t-​tmiem tar-​relazzjoni jidhru kbar wisq?

[Kaxxa f’paġna 27]

SUĠĠERIMENT

Susan, li ssemmiet qabel, għamlet lista taʼ skritturi u żammithom fejn setgħet issibhom faċilment sabiex taqrahom meta kienet tħossha li se titlef il-​kontroll. Forsi int tistaʼ tagħmel l-​istess bi ftit mill-​iskritturi li hawn ċitati f’dan l-​artiklu.

[Stampa f’paġna 26]

It-​tmiem taʼ relazzjoni qisu ferita li tweġġaʼ—tweġġgħek imma biż-​żmien tfiq

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja