LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/09 pp. 28-29
  • Huma l-Problemi Tiegħek Kastig Mingħand Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma l-Problemi Tiegħek Kastig Mingħand Alla?
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Aduraturi Leali Esperjenzaw l-​Għawġ
  • Il-​Kaġuni tal-​Problemi Tagħna
  • L-​Għawġ Kollu Dalwaqt Jispiċċa
  • Ġob—Bniedem taʼ Sabar u Integrità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġob Onora l-Isem taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġob Issaporta—Hekk Ukoll Nistgħu Aħna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • “Ittama f’Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 4/09 pp. 28-29

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Huma l-​Problemi Tiegħek Kastig Mingħand Alla?

“Inħossni qisni qed niġi kastigata,” tgħid waħda mara li għandha fuq il-​50 sena wara li saret taf li għandha kanċer. Meta qagħdet taħseb dwar dnub li wettqet ħafna snin qabel, hi kkonkludiet, “Dan żgur li hu l-​mod kif Alla qed jgħidli li dnibt.”

META ħafna nies jiġu ffaċċjati bl-​għawġ, huma jħossu li Alla qed jikkastigahom għal xi dnub li jkunu għamlu fil-​passat. Mifnijin minn ruxxmata problemi, għandek mnejn tismagħhom jilmentaw: “Għala jien? X’għamilt biex ikun jistħoqqli dan?” Għandna nikkonkludu li l-​problemi tagħna jindikaw id-​diżapprovazzjoni divina? Huwa l-​għawġ persunali tassew kastig mingħand Alla?

Aduraturi Leali Esperjenzaw l-​Għawġ

Ikkunsidra dak li tirrapporta l-​Bibbja dwar raġel jismu Ġob. Ħabta u sabta, hu tilef l-​għana tiegħu. Imbagħad, uliedu, l-​għaxra li huma, inqatlu f’riefnu. Ftit wara dan, hu ntlaqat minn marda li xorbitlu saħħtu u li tqażżek. (Ġob 1:13-19; 2:7, 8) Dan l-​għawġ wassal lil Ġob biex jgħajjat: “Id Alla laqtitni.” (Ġob 19:21) Mid-​dehra, bħal ħafna wħud illum, Ġob ħass li Alla kien qed jikkastigah.

Però, il-​Bibbja turina li qabel ma bdew il-​provi taʼ Ġob, Alla nnifsu kien iddeskriva lil Ġob bħala “raġel bla ħtija u rett, jibżaʼ minn Alla u jitbiegħed mill-​ħażen.” (Ġob 1:8) Meta nqisu din l-​espressjoni t’approvazzjoni divina, jidher ċar li l-​għawġ taʼ Ġob ma kienx kastig mingħand Alla.

Il-fatt hu li l-​Bibbja hija mimlija b’rakkonti taʼ wħud retti li ffaċċjaw għawġ persunali. Għalkemm kien qaddej leali t’Alla, Ġużeppi

ssaporta snin sħaħ fil-​ħabs inġustament. (Ġenesi 39:10-20; 40:15) Il-​Kristjan leali Timotju bata ‘sikwit minn mard.’ (1 Timotju 5:23) Anki Ġesù Kristu, li qatt m’għamel xejn ħażin, ġie trattat b’moħqrija qabel ma bata mewta taʼ wġigħ. (1 Pietru 2:21-24) Għalhekk, nagħmlu żball jekk nikkonkludu li Alla jkun qed jurina d-​diżapprovazzjoni tiegħu meta nesperjenzaw l-​għawġ. Imma jekk Alla m’huwiex responsabbli għall-​għawġ u jekk hemm xi ħadd ieħor li hu responsabbli, dan min jistaʼ jkun?

Il-​Kaġuni tal-​Problemi Tagħna

Il-​Bibbja turi li Satana x-​Xitan kien il-​kaġun tat-​traġedji taʼ Ġob. (Ġob 1:7-12; 2:3-8) Barra minn hekk, din tidentifika lil Satana bħala s-​sors ewlieni tal-​problemi tagħna taʼ llum meta tgħid: “Gwaj għall-​art u għall-​baħar, għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.” (Rivelazzjoni 12:12) Bħala “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja,” Satana influwenza lil ħafna biex jieħdu sehem f’għemejjel mill-​agħar li rriżultaw f’miżerja u wġigħ tal-​qalb enormi.—Ġwanni 12:31; Salm 37:12, 14.a

Madankollu, m’għandniex ngħaġġlu biex inwaħħlu fix-​Xitan għal kull għawġ li nesperjenzaw. Minħabba d-​dnub u l-​imperfezzjoni li writna, aħna għandna t-​tendenza li nieħdu deċiżjonijiet mhux għaqlin li jistgħu jikkaġunawlna l-​problemi. (Salm 51:5; Rumani 5:12) Per eżempju, immaġina raġel li minn jeddu la jiekol sew u lanqas ma jistrieħ biżżejjed. Jekk fl-​aħħar mill-​aħħar dan iġiblu problemi serji tas-​saħħa, għandu hu jwaħħal fix-​Xitan? Le, ir-​raġel sempliċement ħasad il-​konsegwenzi ħżiena minħabba l-​għażliet mhux għaqlin tiegħu stess. (Galatin 6:7) F’dan il-​każ, ikun eżatt bħalma jpoġġiha l-​proverbju Bibliku: “Bi bluhatu l-​bniedem jgħarraq ħajtu.”—Proverbji 19:3, GħB.

Finalment, irridu nirrealizzaw li ħafna esperjenzi koroh huma sempliċement ir-​riżultat taż-​“żmien u l-​ġrajjiet mhux mistennijin.” (Ekkleżjasti 9:11) Ikkunsidra individwu li mingħajr mistenni jinqabad f’maltempata bix-​xita. Jekk hux se jixxarrab ftit jew jekk isirx għasra għalkollox jiddependi minn fejn ikun meta tibda nieżla x-​xita. B’mod simili, f’dawn iż-​“żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” kundizzjonijiet negattivi malajr jistgħu jinbidlu f’xita t’għawġ. (2 Timotju 3:1-5) Spiss sa liema punt niġu effettwati personalment hu kwistjoni taʼ żmien u ċirkustanzi, li għandna ftit jew xejn kontroll fuqhom. Imma allura jfisser dan li dejjem se nibqgħu niġu mifnijin mill-​għawġ?

L-​Għawġ Kollu Dalwaqt Jispiċċa

B’ferħ, Alla Ġeħova dalwaqt se jtemm l-​għawġ kollu. (Isaija 25:8; Rivelazzjoni 1:3; 21:3, 4) Sadanittant, hu jurina li tassew jimpurtah minna billi jipprovdi “istruzzjoni” u “faraġ mill-​Iskrittura” ħalli nkunu nistgħu nkampaw mal-​provi issa hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn futur meraviljuż eżatt quddiemna. (Rumani 15:4; 1 Pietru 5:7) Dakinhar, dawk li huma retti mill-​ħarsa t’Alla se jgawdu ħajja bla tmiem f’dinja ġdida, ħielsa minn kull forma t’għawġ.—Salm 37:29, 37.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​artiklu “The Bible’s Viewpoint: Who Is Satan? Is He Real?” (Il-Ħarsa tal-​Bibbja: Min Hu Satana? Jeżisti Verament?) fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! taʼ Frar 2007.

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

◼ Huma biss dawk li jagħmlu l-​ħażen li jesperjenzaw l-​għawġ?​—Ġob 1:8.

◼ Hija kull problema li għandna tort tax-​Xitan?​—Galatin 6:7.

◼ Dejjem se jibqaʼ jeżisti l-​għawġ?​—Rivelazzjoni 21:3, 4.

[Kumment f’paġna 29]

“Iż-​żmien u l-​ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd.”​—Ekkleżjasti 9:11

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja