LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/09 p. 30
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kulleġġi u Sess Każwali
  • Ġenituri Mħallsin Biex Irabbu l-​Bniet
  • Ir-​Reazzjoni taʼ l-​Għasafar għall-​Istorbju
  • “Osservaw bir-reqqa l-għasafar”
    Stenbaħ!—2014
  • Is-Sbuħija taʼ li Toqgħod Tosserva l-Għasafar
    Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2009
g 4/09 p. 30

Ħarsa Lejn id-​Dinja

◼ “Tim t’astronomi, billi uża t-​teleskopji Subaru u Keck f’Mauna Kea [il-Ħawajj], skopra ħjut taʼ galassji ġganteski bi tliet dimensjonijiet li biex tasal min-​naħa għall-​oħra tagħhom tieħu 200 miljun sena tad-​dawl fl-​ispazju.” Dawn il-​ħjut jifformaw l-​akbar struttura magħrufa li qatt ġiet skoperta.—SUBARU TELESCOPE WEB SITE, IL-​ĠAPPUN.

◼ L-​Uffiċċju taʼ l-​Istatistika Nazzjonali tar-​Renju Unit jirrapporta li “fis-​sena 2006 kien hemm l-​inqas numru taʼ żwiġijiet [fl-Ingilterra u f’Wales] għal dawn l-​aħħar 110 snin. Iktar u iktar koppji qed jippreferu li jgħixu flimkien mingħajr ma jiżżewġu.”—THE GUARDIAN WEEKLY, IL-​BRITANNJA.

◼ Skond il-​Forum fuq il-​Ħajja Reliġjuża u Pubblika, “44 fil-​mija mill-​adulti jew bidlu r-​reliġjon tagħhom, jew bidlu milli ma jkollhom l-​ebda reliġjon għal li jingħaqdu maʼ reliġjon partikulari, jew waqqfu kull konnessjoni m’organizzazzjoni reliġjuża speċifika.”—L-​ISTATI UNITI TAʼ L-​AMERIKA.

Kulleġġi u Sess Każwali

“Minbarra għal xi kulleġġi evanġeliċi . . . , ftit li xejn hemm differenza bejn kulleġġi u universitajiet pubbliċi, privati, u Kattoliċi f’dik li hi ‘kultura taʼ relazzjoni sesswali każwali’ li hi mifruxa fil-​kampus—fejn l-​istudenti jfittxu esperjenzi sesswali maʼ diversi wħud.” Hekk qalet Donna Freitas, teologessa Kattolika u professoressa assistenta fl-​università, wara li għamlet riċerka dwar l-​imġiba sesswali u r-​reliġjon fil-​kulleġġi taʼ l-​Amerika. Skond in-​National Catholic Reporter, Freitas qalet li n-​nuqqas taʼ influwenza reliġjuża fil-​livelli morali rigward l-​imġiba sesswali mhux biss juri “l-​qawwa tal-​kultura tas-​sess każwali fil-​kulleġġi” imma juri wkoll “kemm huma dgħajfin it-​tradizzjonijiet reliġjużi għaliex ma jistgħux iwaqqfuha.”

Ġenituri Mħallsin Biex Irabbu l-​Bniet

Il-​gvern Indjan qed joffri l-​ekwivalenti taʼ kważi 2,000 ewro lil ġenituri foqra biex irabbu wlied bniet, jgħid rapport tal-​BBC News. Il-​familji se jirċievu premju taʼ flus kontanti malli titwieled tifla u diversi drabi hi u tikber sakemm ikollha l-​età taʼ 18-il sena. Għalkemm l-​għażla tas-​sess tat-​trabi u l-​għażla t’abort saru kontra l-​liġi mill-​1994, dawn xorta għadhom komuni. Fil-​fatt, huwa stmat li f’dawn l-​aħħar 20 sena, l-​abort ħa l-​ħajja taʼ madwar 10 miljun fetus femminili u dan effettwa serjament il-​bilanċ bejn is-​subien u l-​bniet f’xi nħawi. Skond ċensiment taʼ l-​2001, fil-​pajjiż kollu kien hemm 927 tifla għal kull 1,000 tifel taħt is-​sitt snin u d-​differenza kienet għadha qed tikber. Fi stat wieħed, twieldu 793 tifla għal kull 1,000 tifel li twieled.

Ir-​Reazzjoni taʼ l-​Għasafar għall-​Istorbju

Xi għasafar jagħmlu sforz kbir biex jinstemgħu minħabba l-​istorbju li jkun hemm fil-​belt. Filwaqt li l-​istorbju li jkun hemm fil-​belt jistaʼ jdejjaq lill-​bnedmin, din tistaʼ tkun kwistjoni taʼ “ħajja jew mewt” għall-​għasafar, tgħid ir-​rivista New Scientist, ladarba l-​għasafar irġiel jgħannu biex “jattiraw sieħba u biex jistabbilixxu l-​limiti fit-​territorju tagħhom.” Minħabba li l-​frekwenzi baxxi taʼ l-​istorbju tal-​belt huma ogħla, ċerti għasafar jagħmlu l-​għana tagħhom jinstemaʼ iktar billi jgħannu bil-​lejl meta jkun hemm inqas storbju jew billi jgħollu iktar il-​volum tagħhom jew billi jgħannu fuq nota iktar għolja. Iktar minn hekk, m’humiex biss l-​għasafar li jgħixu fil-​bliet li jridu jadattaw ruħhom b’dan il-​mod, tgħid ir-​rivista. Dawk li jgħixu viċin “il-​kaskati u l-​kurrenti tax-​xmajjar ukoll jgħannu bi frekwenzi iktar għoljin.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja