Int Kif Twieġeb?
Fejn Ġara?
1. Pawlu f’liema post iltaqaʼ maʼ Timotju?
ĦJIEL: Aqra Atti 16:1-3.
Immarka t-tweġiba b’ċirku fuq il-mappa.
Listra
Ikonju
Derbe
◼ X’kienet in-nazzjonalità taʼ missier Timotju? U t’ommu?
․․․․․
◼ X’kien jisimha omm Timotju?
ĦJIEL: Aqra t-2 Timotju 1:5.
․․․․․
◼ Omm Timotju x’għallmitu, u għala?
ĦJIEL: Aqra t-2 Timotju 3:15.
․․․․․
GĦAL DISKUSSJONI:
Int kif tistaʼ tkun bħal Timotju?
Minn Din il-Ħarġa
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet, u pprovdi l-vers(i) mill-Bibbja li huma neqsin.
PAĠNA 5 Jekk tissellef il-flus, xi ssir? Proverbji 22:․․․
PAĠNA 18 Bniedem taʼ dixxerniment x’jagħmel? Proverbji 17:․․․
PAĠNA 20 Meta nuru lil Ġeħova kif inkunu qed inħossuna, hu x’jagħtina? Filippin 4:․․․
PAĠNA 29 Il-bluha taʼ bniedem x’tistaʼ tagħmel? Proverbji 19:․․․
X’Taf Dwar il-Profeti?
Aqra l-ktieb taʼ Ġona. Imbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.
2. ․․․․․
Alla lejn liema belt bagħat lil Ġona?
3. ․․․․․
Ġona liema messaġġ wasslilhom lin-nies taʼ dik il-belt? Huma kif wieġbu?
GĦAL DISKUSSJONI:
Ġona għala rrabja? Kellu għal xiex jirrabja? Għala twieġeb hekk?
TWEĠIBIET
1. F’Listra taʼ l-Asja Minuri.
◼ Missieru kien Grieg. Ommu kienet Lhudija.
◼ Ewniċe.
◼ “Il-kitba qaddisa,” jiġifieri, l-Iskrittura Ebrajka tal-Bibbja, għaliex hi riditu jkun aduratur taʼ l-Alla l-veru, Ġeħova.
2. Ninwe.—Ġona 1:1, 2.
3. Il-ġudizzju t’Alla kontra l-belt. In-nies, inkluż is-sultan, nidmu.—Ġona 1:2; 3:2-9.