LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/09 pp. 3-4
  • Id-Dipressjoni—Xi Jħoss Min Ibati Biha?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dipressjoni—Xi Jħoss Min Ibati Biha?
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tfiġġ Krudelment Għal Għarrieda
  • Dwejjaq Għalxejn b’Xejn?
  • Niskopru l-Għerq tal-Problema
    Stenbaħ!—2001
  • Id-​dipressjoni fost iż-​żgħażagħ—Għala? X’jistaʼ jgħinhom?
    Stenbaħ!—2017
  • Int Tistaʼ Ssib il-Ferħ f’Dinja taʼ Dwejjaq!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kif nistaʼ nkampa mad-dipressjoni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 10/09 pp. 3-4

Id-​Dipressjoni​—Xi Jħoss Min Ibati Biha?

“DARBA minnhom meta kelli 12-il sena qomt filgħodu,” jiftakar James,a “qgħadt bilqiegħda f’tarf is-​sodda, u staqsejt lili nnifsi, ‘Tgħid illum se mmut?’” James kienet ħakmitu dipressjoni maġġura. “Kull ġurnata taʼ ħajti,” jgħid James 30 sena wara, “kelli nikkumbatti maʼ din il-​marda emozzjonali u mentali.” Meta kien żgħir, James tant kien iħossu ma jiswa xejn li qattaʼ r-​ritratti taʼ meta kien tifel. Hu jiftakar: “Lanqas biss kont naħseb li kont taʼ min jiftakarni.”

Peress li lkoll nitqabdu maʼ sentimenti taʼ dwejjaq minn żmien għall-​ieħor, għandna mnejn nikkonkludu li nifhmu x’inhi d-​dipressjoni. Imma kif iħossu min ibati minn dipressjoni klinika u mhux mumentanja?

Tfiġġ Krudelment Għal Għarrieda

Id-​dipressjoni klinika mhijiex sempliċement swied il-​qalb tal-​mument imma żbilanċ serju li spiss ma jħallix lil dak li jkun iwettaq l-​attivitajiet taʼ kuljum.

Pereżempju, Álvaro ilu iktar minn 40 sena jbati minn “biżaʼ, konfużjoni mentali, qsim il-​qalb, u niket kbir.” Hu jispjega: “Id-​dipressjoni tiegħi għamlithieli diffiċli biex inqis l-​opinjonijiet t’oħrajn. Dejjem ħassejtni responsabbli għal kulma jmur ħażin.” Hu jiddeskrivi d-​dipressjoni bħala li “jkollok uġigħ kbir bla ma tkun taf minn fejn ġej, biżaʼ bla ma tkun taf għal xiex u, l-​agħar fosthom kollha, ebda xewqa li titkellem dwarha.” Iżda issa sab ftit serħan. Jaf il-​kaġun tas-​sintomi tiegħu. Hu jgħid, “Ħassejtni aħjar meta sirt naf li oħrajn għandhom l-​istess problema tiegħi.”

Fil-Brażil, Maria, li għandha 49 sena, batiet minn dipressjoni li ma kinitx tħalliha torqod u li kkaġunatilha wġigħ, nervi, u “sentimenti taʼ dwejjaq li donnu ma kienx hemm tmiem għalihom.” L-​ewwel darba li qalulha li għandha din il-​kundizzjoni, Maria straħet minħabba li setgħet tidentifika l-​isem tal-​kaġun tat-​tbatija tagħha. “Imma mbagħad sirt iktar ansjuża,” tispjega hi, “għax ftit nies jifhmu x’inhi d-​dipressjoni, u min ibati minnha jħoss li hi taʼ mistħija.”

Dwejjaq Għalxejn b’Xejn?

Għalkemm xi drabi jkun hemm kaġun ovvju li jqabbad id-​dipressjoni, din spiss tfiġġ fil-​ħajja taʼ dak li jkun ħabta u sabta. “F’daqqa waħda f’ħajtek taqaʼ dalma taʼ dwejjaq mingħajr ebda raġuni partikulari,” jispjega Richard mill-​Afrika t’Isfel. “Ma mietlek ħadd, u ma nqalagħlek l-​ebda inkwiet. Madankollu, jaqbduk dwejjaq kbar u titlef l-​interess f’kollox. U d-​dalma ma tkun trid titlaq b’xejn. Tinħakem minn sentimenti taʼ disprament, u ma tafx għalfejn.”

Id-dipressjoni mhijiex xi ħaġa taʼ mistħija. Madankollu, meta Ana fil-​Brażil intqalilha li għandha d-​dipressjoni ħasset mistħija kbira. “Fil-​fatt, tmien snin wara xorta għadni nħossni nistħi minni nnifsi,” tammetti hi. B’mod partikulari, hi ssibha diffiċli biex tissaporti l-​uġigħ emozzjonali tagħha. Hi tispjega: “Xi drabi tant inkun qed inbati li nħoss uġigħ fiżiku. Il-​muskoli kollha f’ġismi juġgħuni.” F’dawn il-​mumenti jkun impossibbli li tqum mis-​sodda. U mbagħad hemm drabi meta Ana ma tkunx tistaʼ tieqaf tibki. “Tant nolfoq bil-​qalb u tant negħja,” tgħid hi, “li nħoss li demmi qisu m’għadux jiċċirkola.”

Il-Bibbja tirrikonoxxi li wieħed tant jistaʼ jinħakem minn dwejjaq li dan jistaʼ jkun taʼ periklu għalih. Pereżempju, l-​appostlu Pawlu kien inkwetat li wieħed raġel kien se “jinbelaʼ għax ikun sewwed qalbu żżejjed.” (2 Korintin 2:7) Xi wħud dipressi tant ikunu mnikktin li jkunu jixtiequ jmutu. Ħafna jħossuhom bħall-​profeta Ġona: “Aħjar immut milli ngħix.”—Ġona 4:3.

Uħud dipressi x’jistgħu jagħmlu biex jikkuraw u jissaportu din il-​marda taʼ dwejjaq?

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet f’din is-​serje t’artikli ġew mibdulin.

[Kumment f’paġna 3]

“F’daqqa waħda f’ħajtek taqaʼ dalma taʼ dwejjaq mingħajr ebda raġuni partikulari”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja