LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/13 pp. 10-11
  • Disinjatur tar-Robots Jispjega Għala Għandu Fidi f’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Disinjatur tar-Robots Jispjega Għala Għandu Fidi f’Alla
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Mikrobijologa tispjega t-twemmin tagħha
    Stenbaħ!—2014
  • Għallem bl-istampi u l-vidjows
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Ammira d-Disinn—Tgħallem Dwar id-Disinjatur
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Stenbaħ!—2013
g 3/13 pp. 10-11

INTERVISTA | MASSIMO TISTARELLI

Disinjatur tar-​Robots Jispjega Għala Għandu Fidi f’Alla

Il-​Professur Massimo Tistarelli hu xjenzat fl-​Università taʼ Sassari, l-​Italja. Hu editur assoċjat taʼ tliet rivisti xjentifiċi internazzjonali u kiteb ’il fuq minn mitt artiklu xjentifiku pubblikat. Hu jistudja kif in-​nies jagħrfu l-​uċuħ u kif jagħmlu affarijiet li jidhru sempliċi, bħal pereżempju li jaqbdu ballun. Hu mbagħad jiddisinja sistemi viżwali għar-​robots—sistemi li jimitaw dak li jagħmel il-​bniedem. Stenbaħ! staqsieh dwar il-​fidi tiegħu f’Alla u dwar xogħlu bħala xjenzat.

X’inhu l-​isfond reliġjuż tiegħek?

Il-​ġenituri tiegħi kienu Kattoliċi tal-​isem. Bħala żagħżugħ kont qed ninġibed lejn l-​ateiżmu. Ġejt mgħallem li l-​ħajja oriġinat permezz tal-​evoluzzjoni u dan aċċettajtu bħala fatt. Però, għalkemm ma kontx nemmen f’Ħallieq, kont inħoss li hemm xi ħaġa superjuri għalina. Biex insib x’kienet, eżaminajt il-​Buddiżmu, il-​Ħinduiżmu, u t-​Taoiżmu, imma t-​tagħlim tagħhom ma tanix sodisfazzjon.

X’wasslek biex tinteressa ruħek fix-​xjenza?

Minn tfuliti dejjem kont affaxxinat bil-​magni. Kont anke nżarma l-​ġugarelli elettroniċi tiegħi u nerġaʼ narmahom. U lil missieri, inġinier tat-​telekomunikazzjoni, kont nibbombardjah bil-​mistoqsijiet dwar kif jaħdmu r-​radju u t-​telefown.

Il-​karriera tiegħek bħala xjenzat x’involviet?

Studjajt l-​inġinerija elettronika fl-​Università taʼ Ġenova, u mbagħad biex inġib lawrja għamilt riċerka fuq kif jistaʼ jitjieb il-​mod kif jaħdmu r-​robots. Speċjalizzajt fl-​istudju tas-​sistema viżwali umana u f’modi ġodda taʼ kif din tistaʼ tiġi imitata fid-​disinn tar-​robots.

Għala interessatek is-​sistema viżwali tagħna?

Hi eċċezzjonalment sofistikata u tinvolvi ħafna iktar mill-​għajnejn—tinvolvi wkoll il-​mezz biex tinterpreta dak li tara. Pereżempju, ikkunsidra x’jiġri meta taqbad ballun. Waqt li tiġri biex taqbdu, il-​lenti t’għajnejk tiffoka stampa tal-​ballun fuq ir-​retina tiegħek. Din l-​istampa timxi mar-​retina b’tali mod li jiddependi fuq il-​moviment kemm tal-​ballun kif ukoll t’għajnejk. M’għandniex xi ngħidu, normalment inti żżomm għajnejk iffissati fuq il-​ballun. L-​istampa tiegħu mbagħad tibqaʼ wieqfa fuq ir-​retina tiegħek filwaqt li “jiċċaqlaq” l-​isfond.”

Fl-​istess ħin, is-​sistema viżwali tiegħek tikkalkula b’kemm ikun għaddej il-​ballun u d-​direzzjoni tiegħu. Ħaġa tal-​iskantament, il-​kalkulazzjonijiet jibdew fir-​retina stess hekk kif għajnejk jikkalkulaw il-​moviment tal-​ballun meta mqabbel mal-​isfond. In-​nerv ottiku mbagħad jibgħat lil moħħok is-​sinjali li jiġu fformati fuq ir-​retina, u dan ikompli janalizza l-​informazzjoni u jidderiġik biex taqbad il-​ballun. Il-​proċess kollu hu tal-​għaġeb fil-​komplessità tiegħu.

Xi pperswadiek temmen f’Ħallieq?

Fl-​1990, qattajt ftit xhur ġewwa Dublin, l-​Irlanda, nagħmel riċerka fit-​Trinity College. Waqt li kont sejjer id-​dar maʼ marti, Barbara, tkellimna dwar il-​futur taʼ wliedna. Iddeċidejna wkoll li nżuru lil oħti li kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hi tatni kopja tal-​ktieb Life—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? ippubblikat mix-​Xhieda. Ir-​riċerka bir-​reqqa li saret għal dan il-​ktieb impressjonatni. Intbaħt li kont aċċettajt l-​evoluzzjoni mingħajr qatt ma ddubitajtha. Pereżempju, kont assumejt li l-​evoluzzjoni kellha provi konkreti fir-​rekord tal-​fossili. Imma fil-​fatt m’għandhiex. Tabilħaqq, iktar ma eżaminajt l-​evoluzzjoni, iktar sirt konvint li t-​teorija hi iktar paroli milli fatti.

Ħsibt dwar ix-​xogħol tiegħi fuq ir-​robots. Id-​disinn taʼ min kont qed nimita?

Imbagħad ħsibt dwar ix-​xogħol tiegħi fuq ir-​robots. Id-​disinn taʼ min kont qed nikkopja? Jien qatt ma stajt niddisinja robot kapaċi jaqbad ballun bħalma nistgħu nagħmlu aħna. Robot jistaʼ jiġi pprogrammat biex jaqbad ballun, imma biss f’ċirkustanzi kontrollati bi preċiżjoni. Ma jistax jagħmel dan f’ċirkustanzi li ma ġiex ipprogrammat għalihom. L-​abbiltà tagħna li nitgħallmu hi bil-​wisq iktar superjuri meta mqabbla maʼ dik tar-​robots—u sempliċi robot għandu disinjatur! Dan il-​fatt hu biss wieħed mill-​ħafna li wassluni għall-​konklużjoni li aħna bilfors għandna Disinjatur.

Għala sirt Xhud taʼ Ġeħova?

Minn banda, kien għax lili u lil Barbara għoġbuna l-​metodi taʼ studji bir-​reqqa tagħhom. Bqajt speċjalment impressjonat bir-​riċerka li jagħmlu għall-​pubblikazzjonijiet tagħhom. Riċerka tajba taffaxxina lil nies bħali, li jkunu jridu jinvestigaw id-​dettalji taʼ kollox. Pereżempju, interessajt ruħi bil-​kbir fil-​ħafna profeziji, jew tbassir, tal-​Bibbja. Meta studjajthom, sirt konvint li l-​Bibbja verament hi minn Alla. Fl-​1992, jien u Barbara tgħammidna bħala Xhieda taʼ Ġeħova.

L-​istudju tiegħek tax-​xjenza dgħajjiflek il-​fidi?

Għall-​kuntrarju, ix-​xjenza saħħithieli l-​fidi. Pereżempju, ikkunsidra kif nagħrfu l-​uċuħ. Tarbija tistaʼ tagħmel dan ftit sigħat wara li titwieled. Jien u int nistgħu mill-​ewwel nagħrfu lil xi ħadd li nafuh, anke jekk ikun f’folla nies. Nistgħu wkoll nindunaw x’burdata jkollu. Però, nistgħu lanqas biss inkunu konxji li dan kollu jinvolvi li jiġi pproċessat ammont fenomenali taʼ informazzjoni b’ħeffa liema bħalha.

Iva, jien konvint għalkollox li s-​sistema viżwali tagħna hi għotja prezzjuża mingħand Alla Ġeħova. L-​għotjiet tiegħu, li jinkludu l-​Bibbja, iqanqluni nirringrazzjah u nitkellem dwaru m’oħrajn. Wara kollox, is-​sens tiegħi taʼ ġustizzja jgħidli li hu għandu jieħu l-​krettu għall-​ħolqien tiegħu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja