LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/13 pp. 12-13
  • Kif Tagħmel ir-Regoli għall-Adoloxxent Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tagħmel ir-Regoli għall-Adoloxxent Tiegħek
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Isfida
  • Tkellem mal-Adoloxxent Tiegħek—⁠Bla Ma Targumenta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ħarreġ lil uliedek biex jaqdu lil Ġeħova—It-2 parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Għin lill-Adolexxent Tiegħek Biex Jiffjorixxi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Kif Tikkomunika mal-Adoloxxent Tiegħek
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 5/13 pp. 12-13

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IL-​ĠENITURI

Kif Tagħmel ir-​Regoli għall-​Adoloxxent Tiegħek

L-​Isfida

L-​adoloxxent tiegħek jgħid li int strett iżżejjed. Moħħok jgħidlek mod ieħor. ‘Jekk noqgħod inċedilu,’ tgħid lilek innifsek, ‘jispiċċa fl-​inkwiet!’

Int tistaʼ tagħmel regoli raġunevoli għall-​adoloxxent tiegħek. Imma, l-​ewwel trid tifhem, fuq kollox, x’qed iġiegħlu jiħodha qatta bla ħabel kontra r-​regoli.a

GĦALA JIĠRI HEKK

Ħrafa: L-​adoloxxenti kollha jirribellaw kontra r-​regoli; hija parti mill-​adoloxxenza li ma tistax tiġi evitata.

Fatt: Hemm inqas ċans li adoloxxent jirribella meta l-​ġenituri jagħmlu regoli raġunevoli u jiddiskutuhom miegħu.

Għalkemm ammont taʼ fatturi jistgħu jkunu l-​kaġun taʼ ribelljoni, il-​ġenituri jistgħu bla ma jkunu jafu jinkuraġġuha jekk ir-​regoli tagħhom ma jkunux flessibbli jew ma jkunux għadhom adattati għall-​età li għandu. Ikkunsidra dan li ġej:

  • Mhux flessibbli. Meta l-​ġenituri ma jkunux lesti li jbiddlu xi regola f’ċerti ċirkustanzi, l-​adoloxxent se jħoss li l-​ġenituri tiegħu jkunu qed jagħmlu r-​regoli sempliċement biex jikkontrollawh minflok biex jipproteġuh. Minħabba f’hekk, għandu mnejn jieħu sehem bil-​moħbi fl-​istess affarijiet li l-​ġenituri tiegħu ma jħalluhx jagħmel.

  • M’għadhomx adattati għall-​età li għandu. Bħala spjegazzjoni, “għax hekk” tistaʼ tkun biżżejjed għal tifel żgħir, imma l-​adoloxxenti għandhom bżonn iktar minn hekk—għandhom bżonn ir-​raġunijiet. Wara kollox, fil-​futur qarib, l-​adoloxxent tiegħek forsi jibda jgħix għal rasu u jieħu deċiżjonijiet kbar. Huwa ħafna aħjar li jitgħallem jirraġuna sew u jieħu deċiżjonijiet tajbin issa, waqt li għadu taħt is-​superviżjoni tiegħek.

Imma x’tistaʼ tagħmel jekk l-​adoloxxent tiegħek il-​ħin kollu jidher irritat bir-​regoli tiegħek?

X’TISTAʼ TAGĦMEL

L-​ewwel, irrealizza li l-​adoloxxenti għandhom bżonn—u fil-​fond taʼ qalbhom saħansitra jridu—limiti. Allura agħmel regoli, u kun ċert li l-​adoloxxent tiegħek jifhimhom. Il-​ktieb Letting Go With Love and Confidence jgħid: “Meta l-​adoloxxenti jingħataw limiti ċari u jistennew ammont raġunevoli taʼ superviżjoni mill-​ġenituri, probabbilment inqas se jkun hemm imġiba li tinkwieta lill-​ġenituri.” B’kuntrast, ġenituri li jħossu li m’hemmx għalfejn jagħmlu regoli jagħtu l-​impressjoni li ma jimpurtahomx. U dan żgur li jwassal għal ribelljoni.—Prinċipju Bibliku: Proverbji 29:15.

Allura kif tistaʼ turi bilanċ? Ħalli lill-​adoloxxent tiegħek jesprimi lilu nnifsu dwar ir-​regoli tal-​familja. Pereżempju, jekk jitolbok taġġustalu fi xħin għandu jidħol, ismaʼ x’għandu x’jgħidlek. Adoloxxent li jaf li tajtu widen aktarx li se jirrispetta u jilqaʼ iktar id-​deċiżjoni li tieħu—anki jekk ma jaqbilx magħha.—Prinċipju Bibliku: Ġakbu 1:19.

Imma qabel ma tieħu deċiżjoni, ftakar dan: Għalkemm l-​adoloxxenti għandhom it-​tendenza li jitolbu għal iktar libertà milli suppost ikollhom, il-​ġenituri għandhom it-​tendenza li jagħtu inqas libertà milli jistgħu. Allura kkunsidra sew it-​talba tal-​adoloxxent tiegħek. Wera li hu responsabbli? Iċ-​ċirkustanzi jirrikjedu iktar flessibilità? Kun lest li tkun flessibbli meta jkun xieraq.—Prinċipju Bibliku: Ġenesi 19:17-​22.

Apparti li tismaʼ kif iħossu l-​adoloxxent tiegħek, agħmel ċert li tħalli l-​adoloxxent tiegħek ikun jaf ukoll dak li jinkwieta lilek. Billi tagħmel hekk, għandek mnejn tgħallmu jikkunsidra, mhux biss ix-​xewqat tiegħu, imma wkoll is-​sentimenti t’oħrajn.—Prinċipju Bibliku: 1 Korintin 10:24.

Fl-​aħħar mill-​aħħar, ħu deċiżjoni u agħti r-​raġunijiet tiegħek għaliha. Anki jekk ma jiħux pjaċir bid-​deċiżjoni, aktarx li jkun kuntent li għandu ġenituri li jagħtuh widen. Ftakar li qed tgħallem l-​adoloxxent tiegħek kif għandu jaġixxi bħala adult. Billi tagħmel regoli raġunevoli u tiddiskutihom miegħu, int tkun qed tgħinu jsir adult responsabbli.—Prinċipju Bibliku: Proverbji 22:6.

a Għalkemm f’dan l-​artiklu nirreferu għall-​adoloxxent fil-​maskil, il-​prinċipji li jiġu diskussi jgħoddu għat-​tfajliet ukoll.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.” —Filippin 4:5.

  • “Iddejquhomx lil uliedkom, sabiex ma jaqtgħux qalbhom.” —Kolossin 3:21.

GĦALL-​ADOLOXXENTI

“Immaġina raġel li għandu d-​dejn mal-​bank. Jekk jagħmel il-​pagamenti b’mod regulari, se jikseb il-​fiduċja tal-​bank u dan jistaʼ saħansitra jsellfu iktar flus fil-​futur. L-​istess fid-​dar. L-​ubbidjenza hi bħal dejn li għandek mal-​ġenituri tiegħek. Jekk tagħti prova li int taʼ min jafdak—anki f’affarijiet żgħar—aktarx li l-​ġenituri tiegħek se jafdawk iktar fil-​futur. Ovvjament, jekk b’mod kontinwu tiddiżappunta lill-​ġenituri tiegħek, tissorprendix ruħek jekk huma jafdawk inqas jew saħansitra xejn affattu.”—Mill-​ktieb Questions Young People Ask—Answers That Work, Volume 2, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja