LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 12/13 p. 16
  • Il-Ħażna ta’ Informazzjoni tad-DNA

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħażna ta’ Informazzjoni tad-DNA
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • Qis l-Evidenza
    Stenbaħ!—2012
  • X’Hemm wara l-​Misteru tal-​Ħajja?
    Stenbaħ!—1999
  • DNA “li Ma Jiswa Għalxejn”?
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 12/13 p. 16

ĠIET DISINJATA?

Il-​Ħażna taʼ Informazzjoni tad-​DNA

DAWK li jużaw il-​kompjuter jiġġeneraw ammonti vasti taʼ informazzjoni diġitali li jkollha bżonn tiġi merfugħa għal meta jkun hemm bżonnha. Ix-​xjentisti qed jittamaw li jbiddlu għalkollox il-​metodi li jeżistu biex tinħażen l-​informazzjoni diġitali billi jimitaw sistema taʼ ħażna taʼ informazzjoni bil-​wisq superjuri li tinsab fin-​natura—id-​DNA.

Ikkunsidra: Id-​DNA, li jinsab f’ċelluli ħajjin, jaħżen biljuni taʼ biċċiet taʼ informazzjoni bijoloġika. “Nistgħu niħduh mill-​għadam tal-​mammoths sufin . . . u nifhmuh,” jgħid Nick Goldman mill-​European Bioinformatics Institute. “Hu wkoll estremament ċkejken, dens, u m’għandu bżonn ebda kurrent elettriku biex jaħżen, għalhekk, faċilment tistaʼ ġġorru jew iżżommu.” Jistaʼ d-​DNA jaħżen informazzjoni maħluqa mill-​bniedem? Ir-​riċerkaturi jgħidu li jistaʼ.

Ix-​xjentisti ħolqu DNA sintetiku li fih hemm maħżunin test ipprogrammat, stampi, u fajls bl-​awdjo, sewwasew bħalma DVD taħżen l-​informazzjoni. Iktar tard, ir-​riċerkaturi rnexxielhom jaqraw din l-​informazzjoni maħżuna u ma tilfu assolutament xejn minnha. Ix-​xjentisti jaħsbu li maż-​żmien, bl-​użu taʼ dan il-​metodu, gramma taʼ DNA artifiċjali tistaʼ taħżen l-​informazzjoni li toqgħod fuq xi 3,000,000 CD u li din l-​informazzjoni kollha tistaʼ tiġi ppreservata għal mijiet jekk mhux miljuni taʼ snin. Din is-​sistema tistaʼ potenzjalment tesaʼ l-​arkivju diġitali tad-​dinja kollha. Għalhekk, id-​DNA ġie msejjaħ “l-​aqwa hard disk.”

Int x’taħseb? Jistaʼ jkun li l-​ħażna tad-​DNA ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja