LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 2/14 pp. 12-13
  • Titwila lejn il-passat—Kostantinu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Titwila lejn il-passat—Kostantinu
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​KNEJJES—LEGALIZZATI U MBAGĦAD SFRUTTATI
  • X’TIP TAʼ KRISTJANITÀ?
  • Kostantinu l-Kbir—Ċampjin tal-Kristjanità?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Id-Duttrina tat-Trinità Kif Żviluppat?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
Stenbaħ!—2014
g 2/14 pp. 12-13
Statwa tal-​bronż taʼ Kostantinu

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Kostantinu

Kostantinu kien l-​ewwel imperatur Ruman li stqarr li hu Kristjan. Billi għamel dan, hu influwenza l-​istorja tad-​dinja profondament. Hu adotta din ir-​reliġjon li qabel kienet ippersegwitata u qabbadha triq li wasslet biex jissawwar il-​Kristjaneżmu. Għalhekk, l-​hekk imsejħa Kristjanità saret “l-​iktar aġenzija soċjali u politika b’saħħitha” li qatt influwenzat il-​korsa tal-​istorja, skont The Encyclopædia Britannica.

GĦALA għandu jimpurtak minn imperatur Ruman tal-​qedem? Jekk int interessat fil-​Kristjanità, għandek tkun taf li l-​manuvri reliġjużi u politiċi taʼ Kostantinu effettwaw it-​twemmin u l-​prattiki taʼ ħafna reliġjonijiet sal-​ġurnata tal-​lum. Ejja naraw kif.

IL-​KNEJJES—LEGALIZZATI U MBAGĦAD SFRUTTATI

Fis-​sena 313 WK, Kostantinu ħakem fuq l-​Imperu Ruman tal-​Punent, waqt li Licinius u Maximinus ħakmu fuq il-​Lvant. Kostantinu u Licinius taw ’il kulħadd il-​libertà tal-​qima, inkluż lill-​Kristjani. Kostantinu pproteġa l-​Kristjanità għax kien ħaseb li din ir-​reliġjon setgħet tgħaqqad l-​imperu tiegħu.a

Kostantinu għalhekk xejn ma ħa pjaċir li sab il-​knejjes mifrudin minħabba li kellhom xi jgħidu bejniethom. Ħerqan biex isib qbil, hu pprova jistabbilixxi mbagħad impona, duttrina “tajba.” Biex ikollhom l-​approvazzjoni tiegħu, l-​isqfijiet kellhom jagħmlu kompromessi reliġjużi, u dawk li għamlu dan ingħataw eżenzjonijiet mit-​taxxa u appoġġ finanzjarju ġeneruż. L-​istorjografu Charles Freeman qal li “l-​fatt li jaċċettaw il-​verżjoni t-​‘tajba’ tad-​duttrina Kristjana, ta aċċess mhux biss għas-​sema, imma wkoll għal riżorsi immensi fuq l-​art.” B’hekk, il-​kleru sar figura b’saħħitha fl-​affarijiet tad-​dinja. “Il-​Knisja kienet akkwistat protettur,” jgħid l-​istorjografu A.H.M. Jones, “imma kienet akkwistat ukoll sid.”

“Il-​Knisja kienet akkwistat protettur imma kienet akkwistat ukoll sid.”—A.H.M. Jones, storjografu

X’TIP TAʼ KRISTJANITÀ?

Wieħed mir-​riżultati tal-​alleanza taʼ Kostantinu mal-​isqfijiet kien reliġjon bi twemmin li kien parti Kristjan u parti pagan. Ma setax ikun mod ieħor, ladarba l-​iskop tal-​imperatur kien li jgħaqqad ir-​reliġjonijiet, mhux li jfittex il-​verità reliġjuża. Wara kollox, kien mexxej taʼ imperu pagan. Biex jogħġob liż-​żewġ gruppi reliġjużi, hu għażel li “ma jkunx ċar fl-​għemejjel u t-​tmexxija inġenerali tiegħu apposta,” kiteb wieħed storjografu.

Waqt li stqarr li kien difensur tal-​Kristjanità, Kostantinu żamm sieq waħda fil-​paganiżmu. Pereżempju, hu pprattika l-​astroloġija u t-​teħbir—attivitajiet tal-​okkult ikkundannati mill-​Bibbja. (Dewteronomju 18:10-​12) Fuq l-​Arkata taʼ Kostantinu f’Ruma, hu jidher jissagrifika lil allat pagani. Baqaʼ jonora lill-​alla-​xemx billi poġġieh fuq il-​muniti u ppromwova l-​kult tal-​alla-​xemx. Iktar tard f’ħajtu, Kostantinu saħansitra ppermetta lil villaġġ żgħir fl-​Umbria, l-​Italja, biex jibni tempju ddedikat lilu u lill-​familja tiegħu u ħatar qassisin biex jaqdu hemm.

Kostantinu ppospona l-​magħmudija “Kristjana” tiegħu sa ftit jiem qabel miet fis-​sena 337 WK. Ħafna skulari jemmnu li hu għamel dan sabiex iżomm l-​appoġġ politiku kemm tal-​Kristjani u kemm tal-​pagani fl-​imperu tiegħu. Ċertament, l-​istorja taʼ ħajtu u l-​fatt li dam ma tgħammed iqajmu d-​dubji dwar is-​sinċerità tal-​fidi li qal li kellu fi Kristu. Però, ħaġa waħda hi ċerta: Ir-​reliġjon li lleġittma Kostantinu saret entità politika u reliġjuża b’saħħitha, waħda li b’hekk tat daharha lil Kristu u ħaddnet lid-​dinja. Ġesù qal dwar is-​segwaċi tiegħu: “M’humiex parti mid-​dinja, bħalma jien m’iniex parti mid-​dinja.” (Ġwanni 17:14) Minn din ir-​reliġjon—li issa saret dinjija—ħarġu denominazzjonijiet bla għadd.

Xi jfisser għalina dan kollu? Ifisser li m’għandniex sempliċement naċċettaw it-​tagħlim taʼ xi reliġjon imma li għandna neżaminawh fid-​dawl tal-​Bibbja.—1 Ġwanni 4:1.

a Saru ħafna dibattiti dwar is-​sinċerità tat-​twemmin Kristjan taʼ Kostantinu, minn banda peress li, bħalma tgħid referenza waħda, hu ppermetta l-​qima pagana anke lejn l-​aħħar tar-​renju tiegħu.

FATTI FIL-​QOSOR

  • Kostantinu sar imperatur tal-​Imperu Ruman tal-​Punent fis-​sena 306 WK u kien l-​uniku imperatur kemm tal-​Lvant u kemm tal-​Punent mis-​sena 324 sat-​337.

  • Kostantinu sostna li jew f’ħolma jew f’viżjoni hu ġie assigurat li l-​Alla tal-​Kristjani kien se jgħinu fil-​gwerra.

  • Billi ta krettu lil Alla għal rebħa militari, Kostantinu “ordna immedjatament” li lanza fil-​forma taʼ salib titqiegħed f’id statwa tiegħu stess “fil-​post fejn jgħaddu l-​iktar nies f’Ruma.”—Paul Keresztes, storjografu.

  • Kostantinu kellu t-​titlu pagan pontifex maximus, jew qassis il-​kbir, u qies lilu nnifsu ħakem tar-​reliġjonijiet kollha tas-​saltna tiegħu.

L-​Arkata taʼ Kostantinu

L-​Arkata taʼ Kostantinu tikkommemora r-​rebħ li kellu fil-​battalji

  • “Imperatur tajjeb—saħansitra Kristjan tajjeb—irid jew ma jridx ikollu jagħżel bejn jitlifx il-​ġenna jew jitlifx il-​poter. Peress li kien għadu kif telaʼ fuq it-​tron, bla dubju Kostantinu la kien lest li jċedi l-​poter u lanqas ma kien lest li ma jikkommettix id-​dnubiet neċessarji biex iżommu.”—Richard Rubenstein, professur.

  • “M’hemmx dubju li Kostantinu kien Kristjan għall-​inqas fi tmiem ħajtu, sakemm wieħed ma jiġġudikax il-​kwistjoni mill-​kwalità tal-​Kristjanità tiegħu.”—Paul Keresztes, professur.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja