LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Spanja
  • Iċ-​Ċina
  • Il-​Ġappun
  • Il-​Mawritanja
  • Id-​Dinja
  • It-Turiżmu Industrija Globali
    Stenbaħ!—2002
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2013
Stenbaħ!—2014
g 3/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Spanja

Ħaddiem tas-​salvataġġ iħares lejn bini meqrud minn terremot

Grupp taʼ xjentisti jaħsbu li attività umana jistaʼ jkun li influwenzat it-​terremot tal-​2011 f’Lorca, fin-​Nofsinhar taʼ Spanja, li qatel disgħa u ħalla għaxriet feruti. Il-​ġeoloġi sabu li kien hemm xi ħaġa x’taqsam bejn it-​terremot qattiel u l-​postijiet li minnhom kienu ttieħdu kwantitajiet kbar taʼ ilma minn taħt l-​art għall-​irrigazzjoni.

Iċ-​Ċina

Turisti Ċiniżi

Turisti miċ-​Ċina nefqu 102 biljun dollaru Amerikan fuq vjaġġar internazzjonali fl-​2012. Skont il-​UN World Tourism Organization, din il-​figura għall-​ewwel darba tpoġġi liċ-​Ċina l-​ewwel fl-​infiq f’turiżmu internazzjonali—qabel il-​Ġermanja u l-​Istati Uniti. Turisti internazzjonali minn kull wieħed minn dawn iż-​żewġ pajjiżi nefqu xi 84 biljun dollaru Amerikan.

Il-​Ġappun

Mara tpejjep sigarett

Il-​ġurnal mediku Britanniku BMJ irrapporta dwar studju li segwa kważi 68,000 ruħ fil-​Ġappun fuq medja taʼ 23 sena. Xi riċerkaturi sabu li nisa li twieldu bejn l-​1920 u l-​1945 u li bdew ipejpu qabel kellhom 20 sena għexu fuq medja t’għaxar snin inqas minn nisa li qatt ma pejpu; l-​irġiel għexu tmien snin inqas.

Il-​Mawritanja

Basket tal-​plastik jifflowtja fl-​oċean

L-​importazzjoni, il-​manifattura, u l-​użu tal-​basktijiet tal-​plastik ġew ipprojbiti sabiex tiġi protetta l-​ħajja t’annimali tal-​baħar u tal-​art, li jistgħu jmutu jekk jikluhom. Minflok, il-​gvern qed jippromwovi l-​użu t’alternattivi bijodigradabbli.

Id-​Dinja

Telf f’assikurazzjoni li jirriżulta minn diżastri tat-​temp jammonta għal xi 50 biljun dollaru Amerikan fis-​sena. Dan it-​telf, li jinkludi kalkulazzjoni li tagħmel tajjeb għall-​għoli tal-​ħajja, iktar minn irdoppja kull għaxar snin sa mis-​snin 80.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja