LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 pp. 8-9
  • Kif tgħid le

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tgħid le
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-ISFIDA
  • Kif Tipproteġi lil Uliedek
    Stenbaħ!—2008
  • Il-benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom
    Stenbaħ!—2019
  • Meta ibnek jigdeb
    Stenbaħ!—2014
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 8/14 pp. 8-9
Tifel jiġġebbed għal ġugarell fuq xkaffa taʼ ħanut u missieru qed jgħidlu le

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA | IT-TROBBIJA TAT-TFAL

Kif tgħid le

L-ISFIDA

Ibnek jibqaʼ jinsisti li tagħtih dak li jrid. Kull meta tgħid le, ir-​reazzjoni ribelluża tiegħua tkun għoddha tellfitlek il-​paċenzja kollha. Tgħidlu x’tgħidlu ma jikkalmahx, u eventwalment tħoss li ma jkollok l-​ebda għażla ħlief li ċċedilu. Minħabba li għejejt tgħidlu le, għal darb’oħra kontra qalbek tgħidlu iva.

Int tistaʼ titgħallem kif ma ċċedix. Iżda, l-​ewwel ikkunsidra xi fatturi dwar li tgħid le.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Ma tkunx kattiv jekk tgħid le. Xi ġenituri ma jaqblux maʼ dan, u forsi jirraġunaw li għandek tirraġuna mat-​tifel, tispjega ruħek, jew saħansitra tiddiskuti miegħu. Imma jħeġġuk biex ma tgħidx le, għax jibżgħu li ġġiegħel lil ibnek iħossu offiż.

Veru, il-​kelma “le” tistaʼ għall-​ewwel tiddiżappuntah lil ibnek. Madankollu tgħallmu lezzjoni vitali—li fid-​dinja, hemm limiti sa fejn in-​nies jistgħu jaslu. Mill-​banda l-​oħra, jekk iċċedilu, iddgħajjef l-​awtorità tiegħek u tgħallem lil ibnek iġibek fejn irid hu billi joqgħod jeqred kull meta jkun irid xi ħaġa. Maż-​żmien, ir-​reazzjoni tiegħek tistaʼ ġġiegħlu jistmerrek. Wara kollox, tifel kemm jistaʼ jirrispetta ġenitur li faċli jiġi mmanipulat?

Meta tgħid le, tkun qed tipprepara lil ibnek biex ikun adoloxxent u adult. Tkun qed tgħallmu l-​benefiċċji taʼ li jċaħħad lilu nnifsu. Tifel li jitgħallem din il-​lezzjoni taʼ valur aktarx iżomm iżjed sod fl-​adoloxxenza meta jiffaċċja l-​pressjoni biex jieħu d-​drogi jew li jagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ.

Ukoll, meta tgħid le, tkun qed tħarreġ tifel biex ikun adult. “Fil-​verità, aħna [l-​adulti] mhux dejjem ikollna kull ma rridu,” jikteb Dr. David Walsh. “Ma nkunu qed nagħmlu l-​ebda favur lil uliedna meta ngħallmuhom li d-​dinja dejjem se tagħtihom kull ma jkunu jridu.”b

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Iffoka fuq il-mira tiegħek. Int trid lil ibnek ikun adult kompetenti, matur emozzjonalment, u taʼ suċċess. Imma jekk tagħtih kull ma jrid, tkun qed taħdem kontra dik il-​mira. Il-​Bibbja tgħid li jekk ‘xi ħadd jiġi mfissed minn mindu jkun għadu żgħir, iktar tard fil-​ħajja dan se jsir ingrat.’ (Proverbji 29:21) Għalhekk, li tgħid le huwa parti minn dixxiplina effettiva. Taħriġ bħal dan se jgħinu lil ibnek, mhux iweġġgħu.—Prinċipju Bibliku: Proverbji 19:18.

Kun sod meta tgħid le. Ibnek iżgħar minnek. Mela m’hemmx għalfejn toqgħod tiddibatti miegħu jekk tgħidx le bħallikieku għandek bżonn l-​approvazzjoni tiegħu. Ovvjament, hekk kif it-​tfal jikbru, jeħtieġ li jkollhom “is-​sensi tagħhom imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.” (Ebrej 5:14) Għalhekk, ma jkunx ħażin li tirraġuna mat-​tfal. Madankollu, toqgħodx tidħol fi kwistjonijiet bla tmiem maʼ tfal żgħar dwar għala għedt le. Iktar ma tikkustinja maʼ ibnek, iktar il-​le tiegħek se tinstemaʼ qisha mistoqsija milli deċiżjoni.—Prinċipju Bibliku: Efesin 6:1.

Żomm mad-deċiżjoni li ħadt. Ibnek għandu mnejn jara jekk intix verament se żżomm kelmtek billi joqgħod jeqred. Jekk dan jiġri meta tkunu d-​dar, x’tistaʼ tagħmel? “Infired minn mat-​tifel,” jgħid il-​ktieb Loving Without Spoiling. “Għidlu, ‘Jekk għandek aptit toqgħod teqred, mhux problema, imma jien ma rridx nisimgħek. Mur f’kamartek. Tistaʼ toqgħod teqred hemmhekk sakemm jgħaddilek.’” Għall-​ewwel, jistaʼ jkun diffiċli għalik iżżomm sod b’dan il-​mod—u biex it-​tifel jaċċetta. Imma r-​reżistenza tiegħu aktarx tonqos meta jirrealizza li mhux se tbiddel fehmtek.—Prinċipju Bibliku: Ġakbu 5:12.

Tgħidx le biex sempliċement tuża l-awtorità li għandek bħala ġenitur

Kun raġunevoli. M’għandekx tgħid le biex sempliċement tuża l-​awtorità li għandek bħala ġenitur. Minflok, ‘ħa jkun jaf kulħadd kemm int raġunevoli.’ (Filippin 4:5) Hemm drabi li tistaʼ tgħidlu iva lil ibnek—sakemm ma tkunx qed iċċedi għall-​qrid tiegħu u dak li jitolbok ibnek ikun xieraq.—Prinċipju Bibliku: Kolossin 3:21.

a Biex ma nikkomplikawx l-affarijiet, nirreferu għall-ulied fil-maskil. Però, il-prinċipji diskussi japplikaw kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet.

b Mill-​ktieb No: Why Kids—of All Ages—Need to Hear It and Ways Parents Can Say It.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Ikkastiga lil ibnek sakemm għad hemm it-​tama.”—Proverbji 19:18.

  • “Tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom.”—Efesin 6:1.

  • “Ħallu l-​Iva tagħkom ikun Iva, u l-​Le, Le.”—Ġakbu 5:12.

  • “Iddejquhomx lil uliedkom, sabiex ma jaqtgħux qalbhom.”—Kolossin 3:21.

IL-VALUR TAʼ LI TGĦID LE

“Hu naturali li nkunu rridu nżommu lil uliedna jitbissmu u ferħanin. Imma taf xiex? Jekk uliedna qatt ma jirrabjaw magħna, jew qatt ma jkunu frustrati jew diżappuntati, dan jistaʼ jkun sinjal taʼ twissija li ma nkunux qed nagħmlu xogħolna bħala ġenituri. Uliedek kif se jitgħallmu jkampaw bil-​frustrazzjoni u d-​diżappunt jekk qatt ma jkunu għaddew minnhom? Uliedek kif se jitgħallmu jiddixxiplinaw lilhom infushom jekk ma tgħallimhomx? Huwa xogħlok li tgħallem dawn il-​lezzjonijiet importanti tal-​ħajja billi tgħid le.”—Dr. David Walsh.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja