LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-Dinja
  • Il-Britannja
  • Iċ-Ċina
  • L-Ewropa
  • Il-Vjolenza Fuq in-Nisa—Problema Globali
    Stenbaħ!—2008
  • Alla Kif Iħossu dwar il-Vjolenza?
    Stenbaħ!—2002
  • Hija dinja ħielsa mill-vjolenza possibbli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Kelmtejn dwar ir-reliġjon
    Stenbaħ!—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 9/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-DINJA

Id-Dinja

Mara li hi vittma ta’ vjolenza domestika

Il-vjolenza fuq in-nisa saret “problema taʼ saħħa pubblika mifruxa sew li dejjem qed tiżdied,” skont l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (WHO). Din tkompli tgħid: “Xi 35 fil-​mija tan-​nisa kollha se jesperjenzaw vjolenza domestika jew vjolenza minn xi ħadd ieħor. . . . Imma l-​iktar komuni hi l-​vjolenza domestika . . . , li teffettwa lil 30 fil-​mija tan-​nisa madwar id-​dinja.”

Il-Britannja

Knisja

Fi stħarriġ li sar lil 64,303 persuni, 79 fil-​mija ħasbu li “r-​reliġjon hi l-​kaġun tal-​biċċa l-​kbira mid-​dwejjaq u t-​tilwim li hawn fid-​dinja llum.” Iktar minn hekk, f’ċensiment li sar fl-​2011 fl-​Ingilterra u Wales instab li 59 fil-​mija biss tal-​popolazzjoni jsostnu li huma Kristjani, filwaqt li fl-​2001 kien hemm 72 fil-​mija. Matul l-​istess perijodu, il-​persentaġġ tan-​nies li qalu li ma jħaddnu l-​ebda reliġjon telaʼ minn 15 fil-​mija għal 25 fil-​mija.

Iċ-Ċina

Ġenituri Ċiniżi mdaħħlin fiż-żmien

Skont rapporti tal-​aħbarijiet, dan l-​aħħar ġiet riveduta liġi li teffettwa lill-​adulti li għandhom ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien. Din titlob li l-​adulti jagħmlu iktar milli sempliċement iżuru spiss lill-​ġenituri tagħhom. Għandhom ukoll jieħdu ħsieb il-​“bżonnijiet emozzjonali” tagħhom. Il-​liġi “ma tgħidx x’dixxiplina għandha tingħata” lill-​adulti li ma jobdux din il-​liġi.

L-Ewropa

Prodotti mhux ġenwini

Gruppi kriminali issa qed jipproduċu verżjoni mhix ġenwina jew oriġinali t’affarijiet li jintużaw kuljum, bħal pereżempju makeup, prodotti tat-​tindif, u anke ikel. “Hemm probabbiltà li joħorġu verżjoni falza taʼ kważi kull ħaġa, anke jekk għandha valur żgħir,” jgħid il-​president taʼ kumpanija li jagħti pariri dwar is-​sigurtà tal-​ikel. Espert jikkalkula li 10 fil-​mija tal-​ikel li jinxtara f’pajjiżi żviluppati ma jkunx ġenwin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja