LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/15 pp. 14-15
  • Il-​logħob għall-​flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​logħob għall-​flus
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Hemm xi ħaġa ħażina f’li wieħed jilgħab għall-​flus?
  • X’effetti negattivi jistaʼ l-​logħob għall-​flus ikollu fuq min jilgħab il-​flus?
  • Evita n-Nasba tal-Logħob tal-Flus
    Stenbaħ!—2002
  • X’Hemm Ħażin fil-Logħob tal-Flus?
    Stenbaħ!—2002
  • Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 3/15 pp. 14-15
Xi ħadd iżomm il-​karti tal-​logħob ħdejn chips tal-​powker

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​logħob għall-​flus

Xi nies iqisu l-​logħob għall-​flus bħala divertiment innoċenti, filwaqt li oħrajn iqisuh bħala vizzju perikoluż.

Hemm xi ħaġa ħażina f’li wieħed jilgħab għall-​flus?

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Ħafna nies iqisu l-​logħob għall-​flus bħala xi ħaġa taʼ pjaċir u li ma tagħmilx ħsara, sakemm tkun skont il-​liġi. Xi forom taʼ logħob għall-​flus legalizzat, bħal lotteriji sponsorjati mill-​gvern, jiġġeneraw flus għal programmi li l-​pubbliku jibbenefika minnhom.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja ma ssemmihx ħafna l-​logħob għall-​flus. Madankollu, toffri ammont taʼ prinċipji taʼ gwida li juru kif Alla jħossu dwaru.

Bażikament, il-​logħob għall-​flus—rebħ minn fuq dahar ħaddieħor—mhuwiex fi qbil mat-​twissija tal-​Bibbja biex ‘ngħassu kontra kull xenqa b’għira.’ (Luqa 12:15) Fil-​fatt, il-​logħob għall-​flus jitqanqal mir-​regħba. Istituzzjonijiet tal-​logħob għall-​flus jirreklamaw rebħ kbir, filwaqt li ma jgħidux il-​verità dwar iċ-​ċans żgħir li wieħed jirbaħ, għax jafu li l-​ħolm għall-​għana jġiegħel lin-​nies jilagħbu ammonti kbar taʼ flus fil-​casinos. Il-​logħob għall-​flus, minflok ma jgħin individwu biex jgħasses kontra r-​regħba, ikabbar ix-​xewqa għal flus miksubin faċilment.

Il-​logħob għall-​flus essenzjalment hu bbażat fuq mira egoistika: rebħ taʼ flus li tilef ħaddieħor. Madankollu, il-​Bibbja tinkuraġġixxi lil dak li jkun biex ‘ma jibqax ifittex dak li jaqbel lilu, imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.’ (1 Korintin 10:24) U wieħed mill-​Għaxar Kmandamenti jgħid: “Tixtieqx . . . kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.” (Eżodu 20:17) Meta xi ħadd li jilgħab għall-​flus iwaħħalha f’moħħu li jirbaħ, hu fil-​fatt ikun qed jittama li oħrajn jitilfu flushom biex hu jkun jistaʼ jirbaħ.

Il-​Bibbja wkoll twissi dwar li x-​xorti titqies bħala forza mistika li tistaʼ ġġib barkiet. F’Iżrael tal-​qedem, kien hemm xi wħud li ma kellhomx fidi f’Alla u bdew “jifirxu mejda għall-​alla tal-​Fortuna.” Kienet devozzjoni bħal din għall-​“alla tal-​Fortuna” aċċettabbli għal Alla? Le, hu qalilhom: “Bqajtu tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja, u għażiltu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”—Isaija 65:11, 12.

Veru, f’xi partijiet tad-​dinja, fondi minn logħob għall-​flus legalizzat jintużaw għall-​edukazzjoni, għall-​iżvilupp ekonomiku, u għal programmi pubbliċi oħra. Imma l-​użu taʼ dawn il-​fondi ma jbiddilx il-​mod kif dawn ġew akkwistati—permezz t’attivitajiet li bla ħabi jinkuraġġixxu r-​regħba u l-​egoiżmu u li jippromwovu l-​idea taʼ li takkwista xi ħaġa b’xejn.

“Tixtieqx . . . kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.”—Eżodu 20:17.

X’effetti negattivi jistaʼ l-​logħob għall-​flus ikollu fuq min jilgħab il-​flus?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja twissi li “dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara u li jixħtu lill-​bnedmin f’qerda u f’rovina.” (1 Timotju 6:9) Il-​logħob għall-​flus hu mqabbad sew mar-​regħba u din tant tagħmel ħsara li l-​Bibbja tpoġġi “r-​regħba” fost diversi mġibiet li għandhom jiġu evitati bis-​saħħa kollha.—Efesin 5:3.

Il-​logħob għall-​flus għandu fil-​mira tiegħu ġid miksub faċilment, u għalhekk jippromwovi l-​imħabba għall-​flus—xi ħaġa li l-​Bibbja tidentifika bħala “l-​għerq taʼ kull tip taʼ ħsara.” Ix-​xewqa għall-​flus faċilment tistaʼ tikkontrolla l-​ħajja taʼ bniedem, u twassal għal ansjetà kbira u ddgħajjef il-​fidi taʼ dak li jkun f’Alla. B’mod figurattiv, il-​Bibbja tiddeskrivi lil dawk maqbudin mill-​imħabba għall-​flus bħala li “ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.”—1 Timotju 6:9, 10.

Ir-​regħba ġġib skuntentizza u tħalli n-​nies mhux sodisfatti bl-​istat finanzjarju tagħhom filwaqt li tisirqilhom il-​ferħ. “Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda, u lanqas min iħobb l-​għana ma jixbaʼ bid-​dħul.”—Ekkleżjasti 5:10.

Miljuni taʼ nies li waqgħu fin-​nassa tal-​logħob għall-​flus sabu lilhom infushom maqbudin f’vizzju mill-​agħar tal-​logħob. Il-​problema hi mifruxa maʼ kullimkien, b’miljuni taʼ nies ivvizzjati fih fl-​Istati Uniti biss, skont xi kalkoli.

Proverbju wieħed jgħid: “Il-​wirt li fil-​bidu jinkiseb b’regħba, fil-​futur ma jġibx barkiet.” (Proverbji 20:21) Il-​vizzju tal-​logħob għall-​flus tefaʼ f’dejn jew saħansitra falliment lil dawk ivvizzjati fih u sewa lil ħafna minnhom telfien taʼ impjiegi u ħbiberiji, kif ukoll żwiġijiet imfarrkin. L-​applikar tal-​prinċipji Bibliċi li huma taʼ gwida jistaʼ jgħin lil dak li jkun jevita l-​effetti negattivi li l-​logħob għall-​flus jistaʼ jkollu fuq il-​ħajja u l-​kuntentizza.

“Dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara u li jixħtu lill-​bnedmin f’qerda u f’rovina.”—1 Timotju 6:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja