SIB MOD KIF TNAQQAS L-ISTRESS
X’Jikkaġuna l-Istress?
“Il-biċċa l-kbira tal-adulti jgħidu li qegħdin taħt stress li dejjem jiżdied,” tgħid il-Mayo Clinic, li hi magħrufa ħafna. “Il-bidliet u l-inċertezzi huma parti mill-ħajja fid-dinja tal-lum.” Innota biss ftit mill-bidliet u l-inċertezzi li jwasslu għall-istress:
divorzju
il-mewt taʼ xi ħadd maħbub
mard serju
aċċidenti kbar
kriminalità
ħajja mgħaġġla
diżastri—naturali jew ikkaġunati mill-bniedem
pressjonijiet fl-iskola jew fuq ix-xogħol
inkwiet dwar li ssib xogħol u sigurtà finanzjarja