LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g25 Nru. 1 pp. 4-5
  • Aċċetta r-Realtà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aċċetta r-Realtà
  • Stenbaħ!—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI
  • X’TISTAʼ TAGĦMEL
  • L-Għoli tal-Ħajja Jiżdied mad-Dinja Kollha—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Werrej
    Stenbaħ!—2025
  • Ibqaʼ Ttama
    Stenbaħ!—2025
  • Oqgħod Attent Kif Tonfoq il-Flus
    Stenbaħ!—2025
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2025
g25 Nru. 1 pp. 4-5
Grupp taʼ stampi: 1. Mara qed tagħżel tadama fuq il-monti. 2. Hi tagħti l-flus tax-xirja lill-mara li qed tbigħ.

KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA

Aċċetta r-Realtà

Meta l-prezzijiet tal-affarijiet jibdew jogħlew bil-mod il-mod, jaf lanqas biss nindunaw, speċjalment meta l-pagi jogħlew ukoll. Però, meta l-prezzijiet jogħlew f’daqqa u l-pagi jibqgħu l-istess, nistgħu nibdew inħossuna anzjużi u stressati, speċjalment jekk ikollna familja x’nieħdu ħsieb.

Aħna ma nistgħux inwaqqfu l-affarijiet milli jogħlew, imma xi ħaġa li tistaʼ tgħinna hi li naċċettaw l-affarijiet kif inhuma.

GĦALA HU IMPORTANTI

Nies li jaċċettaw il-fatt li ma jistgħux jikkontrollaw l-għoli tal-ħajja jsibuha iktar faċli biex . . .

  • jibqgħu kalmi. Meta nkunu kalmi, se naħsbu b’mod ċar u se nieħdu deċiżjonijiet aħjar.

  • jevitaw drawwiet li mhumiex tajbin. Pereżempju, hu importanti li ma ninjorawx il-kontijiet u ma nonfqux flus f’affarijiet li m’għandniex bżonn.

  • iżommu lura milli jargumentaw maʼ tal-familja dwar il-flus.

  • jiddeċiedu x’inhuma l-iktar affarijiet li għandhom bżonn u liema huma inqas importanti.

X’TISTAʼ TAGĦMEL

Kun lest li taddatta. Meta tkun qed togħla l-ħajja hu importanti li nipprovaw nonfqu inqas flus. Xi wħud xorta jonfqu iktar flus milli għandhom, u dan jagħmel is-sitwazzjoni iktar diffiċli u jsibuha diffiċli biex ikampaw. Jekk għandek familja, int trid tieħu ħsiebha u tipprovdilha l-affarijiet li għandha bżonn! Imma ftakar: Il-familja tiegħek għandha bżonn l-imħabba, il-ħin, u l-attenzjoni tiegħek iktar minn kull ħaġa oħra.

“Min minnkom jistaʼ jtawwal ħajtu mqar bi ftit billi jkun ansjuż?”—Luqa 12:25.

“Qatt tkunu ansjużi dwar l-għada, għax kull ġurnata fiha l-inkwiet tagħha. Ħuduha ġurnata b’ġurnata u aħsbu biss fuq il-problemi taʼ dakinhar.”—Mattew 6:34.

Jekk tipprova tgħix tip taʼ ħajja li ma taffordjax tkun qisek qed tgħum kontra l-kurrent

Phazilya.

“Bħalma tgħid il-Bibbja fit-​2 Timotju 3:​1, qegħdin ngħixu fi żmien ‘diffiċli u perikoluż.’ Għalhekk, ma niħodhiex bi kbira meta nara l-prezzijiet jogħlew. Allura jien nipprova ma nonfoqx flus fuq affarijiet li m’għandix daqshekk bżonn.”—Phazilya, l-Ażerbajġan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja