LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 11
  • L-Ewwel Qawsalla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ewwel Qawsalla
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Dilluvju Jeqred Dinja—Se Jerġaʼ Jiġri Hekk?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Twissija mill-Passat
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Il-Bnedmin Isalvaw mid-Dilluvju
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 11

STORJA 11

L-Ewwel Qawsalla

TAF x’kienet l-​ewwel ħaġa li għamel Noè malli hu u l-​familja tiegħu ħarġu mill-​arka? Għamel offerta, jew rigal, lil Alla. Tistaʼ tarah jagħmel dan fl-​istampa t’hawn taħt. Noè offra dan ir-​rigal t’annimali biex jgħid grazzi lil Alla talli salva lill-​familja tiegħu mid-​dilluvju l-​kbir.

Taħseb li Ġeħova ħa pjaċir bir-​rigal? Iva. U għalhekk, għamel wegħda maʼ Noè li qatt mhu se jerġaʼ jeqred id-​dinja permezz taʼ dilluvju.

Ma damitx ma nixfet l-​art, u Noè u l-​familja tiegħu bdew ħajja ġdida barra l-​arka. Alla berikhom u qal: ‘Irid ikollkom ħafna tfal. Tridu tiżdiedu sakemm in-​nies jgħixu fuq l-​art kollha.’

Imma maż-​żmien, meta n-​nies kienu se jisimgħu fuq id-​dilluvju l-​kbir forsi kienu se jibżgħu li jerġaʼ jiġri dilluvju bħal dan. Allura Alla ta xi ħaġa li kienet se tfakkar lin-​nies fil-​wegħda tiegħu li mhux se jerġaʼ jgħarraq lid-​dinja kollha. Taf x’tahom biex ifakkarhom? Tahom qawsalla.

Spiss, qawsalla tidher fis-​sema meta x-​xemx tiddi wara ħalba xita. Il-​qawsalla jkollha ħafna kuluri sbieħ. Ġieli rajt waħda? Tistaʼ tara l-​qawsalla fl-​istampa?

Alla qal: ‘Jien inwiegħed li qatt iktar ma se jinqerdu n-​nies u l-​annimali kollha permezz taʼ dilluvju. Jien se npoġġi l-​qawsalla tiegħi fis-​sħab. U meta tidher il-​qawsalla, jien naraha u niftakar f’dil-​wegħda li għamilt.’

Allura, meta tara qawsalla, fiex għandha tfakkrek? Iva, fil-​wegħda t’Alla li qatt mhu se jerġaʼ jeqred id-​dinja permezz taʼ dilluvju kbir.

Ġenesi 8:18-22; 9:9-17.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja