LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pe kap. 24 pp. 203-207
  • Qegħdin Aħna Taħt L-Għaxar Kmandamenti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qegħdin Aħna Taħt L-Għaxar Kmandamenti?
  • Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • LIL IŻRAEL GĦAL SKOP SPEĊJALI
  • “KRISTU HU T-​TMIEM TAL-​LIĠI”
  • LIĠIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-​KRISTJANI
  • X’inhuma l-Għaxar Kmandamenti t’Alla?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Liġi tal-Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Liġi Qabel Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Liġi taʼ Mħabba f’Qalbna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
pe kap. 24 pp. 203-207

Kapitlu 24

Qegħdin Aħna Taħt L-​Għaxar Kmandamenti?

1. Mosè liema liġi għadda lill-​poplu?

LIEMA LIĠIJIET iridna nobdu Alla Jehovah? Irridu aħna nħarsu dik li l-​Bibbja ssejħilha “l-​liġi taʼ Mosè” jew, xi drabi, “il-​Liġi”? (1 Slaten 2:3; Titus 3:9) Din tissejjaħ ukoll “il-​liġi taʼ Jehovah,” għaliex hu l-​Wieħed li taha. (1 Kronaki 16:40) Mosè sempliċement wassal il-​liġi għand il-​poplu.

2. Minn xiex inhi magħmula din il-​liġi?

2 Il-liġi taʼ Mosè tikkonsisti f’iktar minn 600 liġi individwali, jew kmandamenti, inklużi l-​għaxra prinċipali. Bħalma qal Mosè: “Hu [Jehovah] ikkmandakom biex twettqu, saħansitra għaxar kmandamenti; u kitibhom fuq żewġ twavel tal-​ġebel.” (Dewteronomju 4:13; Eżodu 31:18, King James Version) Imma Jehovah lil min taha l-​Liġi, inklużi l-​Għaxar Kmandamenti? Taha lill-​bnedmin kollha? X’kien l-​iskop tal-​Liġi?

LIL IŻRAEL GĦAL SKOP SPEĊJALI

3. Kif nafu li l-​Liġi ngħatat biss lil Iżrael?

3 Il-Liġi ma ngħatatx lill-​umanità kollha. Jehovah għamel patt, jew ftehim, mad-​dixxendenti taʼ Ġakobb, li saru l-​ġens taʼ Iżrael. Jehovah ta l-​liġijiet tiegħu lil dan il-​ġens biss. Il-​Bibbja dan tagħmlu ċar f’​Dewteronomju 5:​1-3 u f’​Salm 147:​19, 20.

4. Il-Liġi għala ngħatat lill-​ġens taʼ Iżrael?

4 L-appostlu Pawlu staqsa l-​mistoqsija: “Għala, allura, il-​Liġi?” Iva, Jehovah għal liema skop ta l-​liġi tiegħu lil Iżrael? Pawlu wieġeb: “Biex tagħmel in-​nuqqasijiet jidhru, sakemm iż-​żerriegħa jkun wasal li lilu saret il-​wegħda . . . Għaldaqstant il-​Liġi saret it-​tutriċi [jew, għalliema] tagħna li twassal għal Kristu.” (Galatin 3:​19-24) L-​iskop speċjali tal-​Liġi kien biex tipproteġi u tiggwida l-​ġens taʼ Iżrael sabiex ikunu lesti li jaċċettaw lil Kristu meta jkun wasal. Il-​ħafna sagrifiċċji meħtiġin mil-​Liġi fakkru lill-​Iżraeliti li huma kienu midinbin li kellhom bżonn Salvatur.​—Ebrej 10:​1-4.

“KRISTU HU T-​TMIEM TAL-​LIĠI”

5. Meta Kristu ġie u miet għalina, xi ġralha l-​Liġi?

5 Ġesù Kristu, m’għandniex xi ngħidu, kien dak is-​Salvatur imwiegħed, saħansitra bħalma ħabbar l-​anġlu fit-​twelid tiegħu. (Luqa 2:8-14) Mela meta ġie Kristu u ta l-​ħajja perfetta tiegħu bħala sagrifiċċju, x’ġara mil-​Liġi? Ġiet imneħħija. “M’għadniex iktar taħt tutur,” spjega Pawlu. (Galatin 3:25) It-​tneħħija tal-​Liġi kienet taʼ serħan għall-​Iżraeliti. Din kienet uriet li kienu midinbin, għax kollha kemm huma naqsu li jħarsu dik il-​Liġi perfettament. “Kristu b’xiri ħelisna mis-​saħta tal-​Liġi,” qal Pawlu. (Galatin 3:​10-14) Għalhekk il-​Bibbja tgħid ukoll: “Kristu hu t-​tmiem tal-​Liġi.”​—Rumani 10:4; 6:14.

6. (a) X’kien l-​effett fuq l-​Iżraeliti u fuq dawk m’humiex Iżraeliti meta ntemmet il-​Liġi, u għala? (b) Liema azzjoni ħa Jehovah lejn il-​Liġi?

6 Il-Liġi fil-​fatt serviet bħala paraventu jew “ħajt” bejn l-​Iżraeliti u popli oħrajn li ma kinux taħtha. Bis-​sagrifiċċju taʼ ħajtu, madankollu, Kristu “abolixxa . . . l-​Liġi taʼ kmandamenti li tikkonsisti f’digrieti, biex ikun jistaʼ joħloq iż-​żewġ popli [Iżraeliti u dawk m’humiex Iżraeliti] f’unjoni miegħu nnifsu fi bniedem ġdid wieħed.” (Efesin 2:​11-18) Dwar l-​azzjoni li Alla Jehovah innifsu ħa lejn il-​liġi taʼ Mosè, naqraw: “Hu b’qalb tajba ħafrilna d-​dnubiet tagħna kollha u ħassar id-​dokument miktub bl-​idejn kontra tagħna, li kien jikkonsisti f’digrieti [inklużi l-​Għaxar Kmandamenti] u li kien f’oppożizzjoni lejna [minħabba li kien jikkundanna lill-​Iżraeliti bħala midinbin]; u Hu neħħieh min-​nofs billi sammru maz-​zokk tat-​tortura.” (Kolossin 2:​13, 14) Mela, bis-​sagrifiċċju perfett taʼ Kristu, il-​Liġi nġabet fi tmiem.

7, 8. Liema ħaġa tagħti prova li l-​Liġi ma kenitx maqsuma f’żewġ partijiet?

7 Xi persuni, madankollu, jgħidu li l-​Liġi hija maqsuma f’żewġ partijiet: L-​Għaxar Kmandamenti, u l-​bqija tal-​liġijiet. Il-​bqija tal-​liġijiet, jgħidu huma, huma dawk li spiċċaw, imma l-​Għaxar Kmandamenti jibqgħu. Madankollu dan m’huwiex minnu. Fil-​Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja Ġesù kkwota mill-​Għaxar Kmandamenti kif ukoll minn partijiet oħrajn tal-​Liġi u m’għamel ebda distinzjoni bejniethom. Ġesù b’hekk wera li l-​liġi taʼ Mosè ma kenitx maqsuma f’żewġ partijiet.​—Mattew 5:​21-42.

8 Innota, ukoll, dak li l-​appostlu Pawlu kien ispirat minn Alla biex jikteb: “Issa ġejna meħlusin mil-​Liġi.” Kien biss mil-​liġijiet minbarra l-​Għaxar Kmandamenti li l-​Lhud ġew meħlusin? Le, għax Pawlu jkompli jgħid: “Tassew jien ma kontx inkun naf x’inhu dnub kieku ma kienx għal-​Liġi; u, per eżempju, ma kontx inkun naf x’inhi xenqa kieku l-​Liġi ma kenitx qalet: ‘Ma tridx tixxennaq.’” (Rumani 7:​6, 7; Eżodu 20:17) Ladarba “Ma tridx tixxennaq” huwa l-​aħħar wieħed mill-​Għaxar Kmandamenti, dan ifisser li l-​Iżraeliti ġew meħlusin mill-​Għaxar Kmandamenti wkoll.

9. X’juri li l-​liġi tal-​jum tas-​Sabat kull ġimgħa wkoll tneħħiet?

9 Ifisser dan li l-​liġi biex jitħares is-​Sabat kull ġimgħa, li huwa r-​rabaʼ mill-​Għaxar Kmandamenti, ukoll ġiet imneħħija? Iva, hekk ifisser. Dak li l-​Bibbja tgħid f’​Galatin 4:​8-11 u f’​Kolossin 2:​16, 17 juri li l-​Kristjani m’humiex taħt il-​liġi t’Alla mogħtija lill-​Iżraeliti, bil-​ħtieġa tagħha biex jiġi mħares is-​Sabat kull ġimgħa u biex jiġu osservati ġranet speċjali oħrajn fis-​sena. Li l-​ħarsien tas-​Sabat kull ġimgħa m’huwiex ħtieġa Kristjana jistaʼ jidher ukoll minn Rumani 14:5.

LIĠIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-​KRISTJANI

10. (a) Il-Kristjani qegħdin taħt liema liġijiet? (b) Minfejn ittieħdu ħafna minn dawn il-​liġijiet, u għala huwa raġonevoli li ttieħdu minn hemmhekk?

10 Ifisser dan li, ladarba l-​Kristjani m’humiex taħt l-​Għaxar Kmandamenti, m’għandhom bżonn josservaw ebda liġijiet? Xejn affattu. Ġesù introduċa “patt ġdid” ibbażat fuq is-​sagrifiċċju aħjar tal-​ħajja umana u perfetta tiegħu stess. Il-​Kristjani jaqgħu taħt dan il-​patt ġdid u huma suġġetti lejn il-​liġijiet Kristjani. (Ebrej 8:​7-13; Luqa 22:20) Ħafna minn dawn il-​liġijiet ġew meħudin mil-​liġi taʼ Mosè. Din m’hijiex xi ħaġa li ma tistennihiex jew m’hijiex tas-​soltu. Xi ħaġa simili taʼ spiss tiġri meta gvern ġdid jieħu f’idejh il-​ħakma taʼ pajjiż. Il-​kostituzzjoni taħt il-​gvern il-​qadim tistaʼ tiġi kkanċellata u mibdula, imma l-​kostituzzjoni l-​ġdida tistaʼ żżomm ħafna mil-​liġijiet tal-​qadima. B’mod simili, il-​patt tal-​Liġi spiċċa, imma ħafna mil-​liġijiet u l-​prinċipji bażiċi tiegħu ġew adottati fil-​Kristjanità.

11. Liema liġijiet jew tagħlim mogħti lill-​Kristjani jixbhu ħafna lill-​Għaxar Kmandamenti?

11 Innota kif dan huwa l-​każ hekk kif taqra l-​Għaxar Kmandamenti f’paġna 203, u mbagħad tqabbilhom mal-​liġijiet u t-​tagħlim Kristjan li ġejjin: “Huwa lil Jehovah Alla tiegħek li trid tqim.” (Mattew 4:10; 1 Korintin 10:​20-22) “Għassu rwieħkom mill-​idoli.” (1 Ġwann 5:21; 1 Korintin 10:14) “Missierna fis-​smewwiet, ħalli jitqaddes ismek [mhux użat bl-​addoċċ].” (Mattew 6:9) “Tfal, kunu ubbidjenti lejn il-​ġenituri tagħkom.” (Efesin 6:​1, 2) U l-​Bibbja tagħmilha ċara li l-​qtil, l-​adulterju, is-​serq, il-​gideb u x-​xenqa wkoll huma kontra l-​liġijiet għall-​Kristjani.​—Rivelazzjoni 21:8; 1 Ġwann 3:15; Ebrej 13:4; 1 Tessalonkin 4:​3-7; Efesin 4:​25, 28; 1 Korintin 6:​9-11; Luqa 12:15; Kolossin 3:5.

12. Il-prinċipju tal-​liġi tas-​Sabat kif inhu ttrasferit għal ġo l-​arranġament Kristjan?

12 Għalkemm il-​Kristjani m’humiex ikkmandati jħarsu s-​​Sabat kull ġimgħa, aħna nitgħallmu xi ħaġa minn dak l-​arranġament. L-​Iżraeliti straħu b’mod litterali, imma l-​Kristjani jridu jistrieħu b’mod spiritwali. Kif? Minħabba l-​fidi u l-​ubbidjenza l-​veri Kristjani jieqfu minn għemejjel egoistiċi. Dawn l-​għemejjel egoistiċi jinkludu xi sforzi biex jistabbilixxu t-​tjieba tagħhom infushom. (Ebrej 4:10) Dan il-​mistrieħ spiritwali jiġi mħares mhux biss jum wieħed fil-​ġimgħa imma matul is-​sebat ijiem kollha. Il-​ħtieġa tal-​liġi litterali tas-​Sabat biex titwarrab ġurnata għall-​interessi spiritwali pproteġiet lill-​Iżraeliti milli jużaw b’mod egoistiku l-​ħin tagħhom kollu biex ifittxu l-​vantaġġi materjali tagħhom stess. Li napplikaw dan il-​prinċipju kuljum b’mod spiritwali huwa għassa saħansitra iktar effettiva kontra l-​materjaliżmu.

13. (a) Il-Kristjani liema liġi huma mħeġġin iwettqu, u kif iwettquha? (b) Liema liġi enfasizza Ġesù? (ċ) Liema liġi hija l-​bażi tal-​liġi kollha kemm hi taʼ Mosè?

13 Mela l-​Kristjani huma mħeġġin biex ‘iwettqu l-​liġi tal-​Kristu,’ minflok ma jħarsu l-​Għaxar Kmandamenti. (Galatin 6:2) Ġesù ta ħafna kmandi u struzzjonijiet, u billi nobduhom inkunu qegħdin inħarsu jew inwettqu l-​liġi tiegħu. B’mod partikulari Ġesù enfasizza l-​importanza taʼ l-​imħabba. (Mattew 22:​36-40; Ġwann 13:​34, 35) Iva, li tħobb lil oħrajn huwa liġi Kristjana. Huwa l-​bażi tal-​liġi kollha kemm hi taʼ Mosè bħalma tgħid il-​Bibbja: “Il-​Liġi kollha kemm hi hija mwettqa f’qawl wieħed, jiġifieri: ‘Trid tħobb lil ġarek bħalek innifsek.’”​—Galatin 5:​13, 14; Rumani 13:​8-10.

14. (a) X’ġid se jirriżulta jekk nistudjaw u napplikaw il-​prinċipji tal-​liġi taʼ Mosè? (b) L-​imħabba x’se tqanqalna biex nagħmlu?

14 Il-liġi mogħtija permezz taʼ Mosè, bil-​Għaxar Kmandamenti tagħha, kienet ġabra taʼ liġijiet taʼ tjieba minn Alla. U avolja m’aħniex taħt dik il-​liġi llum, il-​prinċipji divini warajha għadhom taʼ valur kbir għalina. Billi nistudjawhom u napplikawhom se nikbru fl-​apprezzament lejn il-​Leġislatur il-​kbir Alla Jehovah. Imma b’mod speċjali għandna nistudjaw u napplikaw fil-​ħajjiet tagħna l-​liġijiet u t-​tagħlim Kristjani. L-​imħabba lejn Jehovah se tqanqalna biex nobdu dak kollu li hu jitlob minna issa.​—1 Ġwann 5:3.

[Kaxxa f’paġna 203]

L-​GĦAXAR KMANDAMENTI

1. “Jien Jehovah Alla tiegħek . . . Ma jrid ikollok ebda allat oħrajn kontra wiċċi.

2. “Ma tridx tagħmel għalik innifsek xbiha minquxa jew xi forma bħal kull ħaġa li qiegħda fis-​smewwiet fuq jew li qiegħda fuq l-​art taħt jew li qiegħda fl-​ilmijiet taħt l-​art. Ma tridx tmil lejhom lanqas tiġi mħajjar taqdihom . . .

3. “Ma tridx issemmi l-​isem taʼ Jehovah Alla tiegħek bl-​addoċċ . . .

4. “Billi tiftakar jum is-​sabat biex tqaddsu, trid tagħti servizz u trid tagħmel ix-​xogħol kollu tiegħek sitt ijiem. Imma s-​sebaʼ jum huwa sabat għal Jehovah Alla tiegħek. Ma trid tagħmel ebda xogħol, la int la ibnek u lanqas bintek . . .

5. “Onora lil missierek u lil ommok sabiex jiemek jistgħu jagħtu prova li jkunu twal fuq l-​art li Jehovah Alla tiegħek qiegħed jagħtik.

6. “Ma tridx toqtol.

7. “Ma tridx tikkommetti adulterju.

8. “Ma tridx tisraq.

9. “Ma tridx tixhed falz bħala xhud kontra sieħbek.

10. “Ma tridx tixtieq [tixxennaq] id-​dar taʼ sieħbek. Ma tridx tixtieq [tixxennaq] il-​mara taʼ sieħbek lanqas l-​irsir tiegħu lanqas l-​irsira tiegħu lanqas il-​gendus tiegħu lanqas il-​ħmar tiegħu lanqas kwalunkwe ħaġa li tappartjeni lil sieħbek.”​—Eżodu 20:​2-17.

[Stampi f’paġna 204, 205]

Il-​Liġi serviet bħala ħajt bejn l-​Iżraeliti u popli oħrajn

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja