LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pr sezzjoni 8 pp. 29-31
  • Għix Għal Dejjem f’Ġenna tal-Art

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għix Għal Dejjem f’Ġenna tal-Art
  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bniedem f’Paċi Perfetta
  • Il-​Bniedem u l-​Annimali fil-​Paċi
  • Saħħa Perfetta, Ħajja taʼ Dejjem
  • Il-​Mejtin Restawrati għall-​Ħajja
  • L-​Art, Ġenna b’Abbundanza
  • Djar Xierqa għal Kulħadd
  • Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem fil-​Ġenna tal-​Art
  • Id-​Dinja Ġdida Meraviljuża li Se Jagħmel Alla
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Tbassar il-Futur Immedjat Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
    Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
  • Wara Armageddon, Art Magħmula Ġenna
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
pr sezzjoni 8 pp. 29-31

Sezzjoni 8

Għix Għal Dejjem f’Ġenna tal-​Art

1, 2. Kif se tkun il-​ħajja taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla?

1 Kif se tkun il-​ħajja meta Alla jneħħi l-​ħażen u s-​sofferenza mill-​art u jdaħħal id-​dinja l-​ġdida tiegħu taħt il-​kontroll b’imħabba tas-​Saltna tas-​sema tiegħu? Alla jwiegħed li ‘jiftaħ idu u jissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.’​—Salm 145:16.

2 X’inhuma x-​xewqat leġittimi tiegħek? M’humiex għal ħajja hienja, għal xogħol li jtik sodisfazzjon, għal abbundanza materjali, għal ambjent sabiħ, għal paċi fost il-​popli kollha, u għal ħelsien mill-​inġustizzja, mill-​mard, mis-​sofferenza, u mill-​mewt? U xi ngħidu dwar ħarsa spiritwali ferriħija? Dan kollu se jkun irrealizzat dalwaqt taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla. Innota xi jgħidu profeziji Bibliċi dwar il-​barkiet tal-​għaġeb li se jiġu f’dik id-​dinja l-​ġdida.

Il-​Bniedem f’Paċi Perfetta

3-6. Liema assigurazzjoni għandna li l-​bnedmin se jkollhom il-​paċi fid-​dinja l-​ġdida?

3 “ [Alla] qiegħed iġiegħel li l-​gwerer jieqfu sal-​estremità tal-​art. Il-​qaws hu jaqsam fi tnejn u tassew ikisser il-​lanza f’biċċiet; il-​vaguni [tal-gwerra] jaħraqhom fin-​nar.”​—Salm 46:9.

4 “Huma se jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom f’imqassijiet taż-​żabra. Ġens mhux se jerfaʼ sejf kontra ġens, lanqas ma se jitgħallmu l-​gwerra iktar.”​—Isaija 2:4.

5 “[I]l-ġwejdin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u huma tabilħaqq se jsibu l-​​għaxqa bnina tagħhom fl-​abbundanza taʼ paċi.”​—Salm 37:11.

6 “L-​art kollha kemm hi strieħet, saret ħielsa minn tfixkil. In-​nies saru ferħanin b’għajjat taʼ ferħ.”​—Isaija 14:7.

Il-​Bniedem u l-​Annimali fil-​Paċi

7, 8. Liema paċi se jkun hemm bejn in-​nies u l-​annimali?

7 “U l-​lupu se jgħammar attwalment għal ftit żmien mal-​ħaruf, u mal-​gidi se jimtedd il-​lijupard innifsu, u l-​għoġol u l-​iljun żagħżugħ muxgħar u l-​annimal mitmugħ sewwa lkoll flimkien; u naqra taʼ tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom. U l-​baqra u l-​ors infushom se jirgħu; flimkien se jimteddu l-​frieħ tagħhom. U saħansitra l-​iljun se jiekol it-​tiben sewwa sew bħall-​gendus. U t-​tarbija mreddaʼ ċertament li se tilgħab fuq it-​toqba tal-​kobra; u fuq il-​fetħa ħafifa taʼ serp velenuż tfajjel miftum attwalment se jqiegħed idu stess. Ma se jagħmlu ebda ħsara jew jikkaġunaw xi rovina.”​—Isaija 11:​6-9.

8 “Għalihom jien ċertament li se nikkonkludi patt f’dak il-​jum f’konnessjoni mal-​bhima selvaġġa tal-​għalqa u mal-​ħlejqa li ttir tas-​smewwiet u l-​ħaġa li titkaxkar tal-​art . . . Se nġigħelhom jimteddu fis-​sigurtà.”​—Ħosea 2:18.

Saħħa Perfetta, Ħajja taʼ Dejjem

9-14. Iddeskrivi l-​kundizzjonijiet tas-​saħħa fid-​dinja l-​ġdida.

9 “F’dak iż-​żmien għajnejn il-​għomja se jinfetħu, u l-​istess widnejn tat-​torox se jkunu mhux misdudin. F’dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat sewwa sew bħalma jagħmel iċ-​ċerv, u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ.”​—Isaija 35:​5, 6.

10 “[Alla] se jimsaħ kull demgħa minn għajnejhom, u l-​mewt mhix se tkun iżjed, u la l-​għali u la l-​biki u lanqas l-​uġigħ ma jkunu iżjed.”​—Rivelazzjoni 21:4.

11 “Ebda resident ma se jgħid: ‘Jien marid.’”​—Isaija 33:24.

12 “Ħalli l-​laħam tiegħu jsir iktar frisk milli fiż-​żgħożija; ħallih imur lura lejn il-​jiem tal-​ħeġġa taʼ żgħożitu.”​—Ġob 33:25.

13 “[I]l-għotja li jagħti Alla hi ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.”​—Rumani 6:23.

14 “Kulmin qiegħed jeżerċita fidi fih [se] . . . jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”​—Ġwann 3:16.

Il-​Mejtin Restawrati għall-​Ħajja

15-17. Liema tama hemm għal dawk li diġà mietu?

15 “Se jkun hemm irxoxt kemm tat-​twajbin u kemm taʼ dawk li m’humiex twajbin.”​—Atti 24:15.

16 “Ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha fl-​oqbra tal-​mafkar [il-memorja t’Alla] se jisimgħu leħnu u joħorġu.”​—Ġwann 5:​28, 29.

17 “[I]l-baħar radd lil dawk mejtin fih, u l-​mewt u Ħades [il-qabar] raddew lil dawk mejtin fihom.”​—Rivelazzjoni 20:13.

L-​Art, Ġenna b’Abbundanza

18-22. L-​art kollha se tkun ittrasformata f’liema ħaġa?

18 “Ħalbiet tax-​xita tal-​barka se jagħtu prova li jkun hemm. U s-​siġra tal-​għalqa trid tagħti l-​frott tagħha, u l-​art infisha se tagħti l-​prodott tagħha, u huma attwalment se jagħtu prova li jkunu fuq il-​ħamrija tagħhom fis-​sigurtà.”​—Eżekjel 34:​26, 27.

19 “L-​art infisha ċertament li se tagħti l-​​prodott tagħha; Alla, Alla tagħna, se jberikna.”​—Salm 67:6.

20 “Ix-​xagħri u r-​reġjun bla ilma se jeżaltaw, u l-​pjanura tad-​deżert se tkun ferħana u tiżgħar bħaż-​żafran.”​—Isaija 35:1.

21 “Il-​muntanji u l-​għoljiet infushom se jsiru mimlijin hena quddiemkom b’għajta mimlija ferħ, u l-​istess siġar tal-​għalqa kollha se jċapċpu jdejhom. Minflok il-​għollieq tax-​xewk is-​siġra tal-​ġnibru se tinbet. Minflok il-​ħorrieq li jniggeż is-​siġra tar-​riħan se tinbet.”​—Isaija 55:​12, 13.

22 “Int se tkun miegħi fil-​Ġenna.”​—Luqa 23:43.

Djar Xierqa għal Kulħadd

23, 24. Liema assigurazzjoni għandna li se jkun hemm biżżejjed djar xierqa għal kulħadd?

23 “Ċertament li se jibnu djar u jokkupawhom . . . Mhux se jibnu huma u xi ħadd ieħor jokkupah; mhux se jħawlu huma u xi ħadd ieħor jiekol. . . . [I]x-xogħol taʼ jdejhom stess il-​magħżulin tiegħi se jużawh għalkollox. M’humiex se jitħabtu għalxejn, lanqas ma se jwelldu għall-​inkwiet.”​—Isaija 65:​21-23.

24 “Huma attwalment se jpoġġu bil-​​qiegħda, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu, u ma se jkun hemm ħadd li jġigħelhom jitriegħdu.”​—Mikea 4:4.

Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem fil-​Ġenna tal-​Art

25. Liema ħarsa meraviljuża għandna għall-​futur?

25 X’ħarsa meraviljuża dik lejn il-​futur! Xi skop veru jistgħu jkollhom il-​ħajjiet issa meta huma ankrati fit-​tama solida li fid-​dinja l-​ġdida t’Alla l-​problemi kollha tal-​lum se jkunu għal dejjem affarijiet tal-​imgħoddi! “L-​affarijiet taʼ qabel m’humiex se jitfakkru, lanqas ma se jidħlu fil-​qalb.” (Isaija 65:17) U kemm hu taʼ faraġ li tkun taf li l-​ħajja mbagħad se tkun eterna: “ [Alla] attwalment se jiblaʼ l-​mewt għal dejjem.”​—Isaija 25:8.

26. X’inhu l-​muftieħ għal li tgħix għal dejjem fid-​dinja l-​ġdida t’Alla?

26 Trid int tgħix għal dejjem f’dik id-​dinja l-​ġdida taʼ Ġenna tal-​Art li issa hi tant qrib? ‘X’inkun irrid nagħmel biex nikseb il-​favur t’Alla f’dan it-​tmiem tad-​dinja u biex nibqaʼ ħaj għal ġod-​dinja l-​ġdida tiegħu? ’ forsi tistaqsi int. Jeħtieġ li tagħmel dak li Ġesù indika f’talba lil Alla: “Dan ifisser il-​ħajja taʼ dejjem, li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku veru Alla, u dwar dak li inti bgħatt, Ġesù Kristu.”​—Ġwann 17:3.

27. Xi trid tagħmel int biex tieħu sehem fl-​iskop t’Alla?

27 Għalhekk, ikseb Bibbja, u ikkonferma dak li qrajt f’dan il-​ktejjeb. Fittex lil oħrajn li jistudjaw u jgħallmu dawn il-​veritajiet tal-​Bibbja. Inqataʼ għalkollox mir-​reliġjonijiet ipokriti li jgħallmu u jagħmlu affarijiet li huma kuntrarji għall-​Bibbja. Tgħallem kif int, flimkien maʼ miljuni oħrajn li diġà qegħdin jagħmlu r-​rieda t’Alla, tistaʼ tieħu sehem fl-​iskop t’Alla li l-​bnedmin igħixu għal dejjem f’ġenna fuq l-​art. U daħħal f’qalbek dak li l-​Kelma mnebbħa t’Alla tiddikjara dwar il-​futur qarib: “Id-​dinja qiegħda tgħaddi u l-​istess ix-​xewqa tagħha, imma dak li jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”​—1 Ġwann 2:17.

[Stampa f’paġna 31]

L-​iskop t’Alla li jirrestawra ġenna tal-​art dalwaqt se jkun irrealizzat

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja