Kieku Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Tagħżel Li Tgħix?
Int tassew tistaʼ tgħix għal dejjem f’Ġenna tal-art, bħalma juri b’mod ċar dan il-ktejjeb. L-iskop t’Alla għal kundizzjonijiet bħal dawn ċertament li se jitwettaq! Imma int trid tagħżel li tgħix għal dejjem.
Dik il-għażla, għallem Ġesù Kristu, trid tkun ibbażata fuq għarfien eżatt dwar Alla. Dan il-ktejjeb ġie pprovdut biex igħinek tikseb dak il-għarfien. Iktar għajnuna tistaʼ teħodha mingħand ix-Xhieda taʼ Jehovah. Huma jieħdu pjaċir iżuruk f’ħin u f’post konvenjenti għalik. U jekk tixtieq li jkollok studju tal-Bibbja b’xejn fid-dar, tistaʼ tagħmel dan magħruf billi tikteb lill-Watch Tower, IBSA House, The Ridgeway, London NW7 1RP, jew f’indirizz xieraq hawn taħt.