LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kl kap. 17 pp. 160-169
  • Sib is-Sigurtà Fost il-Poplu t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sib is-Sigurtà Fost il-Poplu t’Alla
  • Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “L-​IRSIR LEALI U DISKRET”
  • ‘IKEL FIŻ-​ŻMIEN XIERAQ’
  • “ILBSU L-​IMĦABBA”
  • POST TAʼ SIGURTÀ
  • GAWDI S-​SIGURTÀ MAL-​POPLU TAʼ JEHOVAH
  • “Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Ħa Tinbena l-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • L-Organizzazzjoni Viżibbli T’Alla
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Jehovah Kif Jidderieġi l-Organizzazzjoni Tiegħu?
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
kl kap. 17 pp. 160-169

Kapitlu 17

Sib is-​Sigurtà Fost il-​Poplu t’Alla

1, 2. Is-​sitwazzjoni taʼ l-​umanità kif inhi bħal dik taʼ nies f’inħawi mħarbtin minn maltempata?

IMMAĠINA li maltempata vjolenti ħarbtet l-​inħawi fejn toqgħod. Id-​dar tiegħek ġiet meqruda, u dak kollu li tippossiedi huwa mitluf. L-​ikel huwa skars. Is-​sitwazzjoni tidher bla tama. Imbagħad, jaslu provisti t’għajnuna m’humiex mistennijin. Ikel u lbies jiġu pprovduti bl-​abbundanza. Tinbena dar ġdida għalik. Żgur li int tkun grat lejn dik il-​persuna li għamlet dawn il-​provvedimenti disponibbli.

2 Xi ħaġa komparabbli qiegħda tiġri llum. Bħal dik il-​maltempata, l-​irvell t’Adam u Eva kkaġuna ħsara kbira ferm lir-​razza umana. Id-​dar Ġenna taʼ l-​umanità ntilfet. Minn dak inhar ’l hawn, il-​gvernijiet umani naqsu li jagħtu kenn lin-​nies mill-​gwerer, mill-​kriminalità, u mill-​inġustizzji. Ir-​reliġjon ħalliet lil kotriet taʼ nies imġewħin għal ikel spiritwali bnin. Spiritwalment, madankollu, Alla Jehovah qiegħed issa jforni ikel, ilbies, u kenn. Kif qiegħed jagħmlu dan?

“L-​IRSIR LEALI U DISKRET”

3. Jehovah kif jipprovdi provisti lill-​umanità, bħalma huwa muri minn liema eżempji?

3 Provisti t’għajnuna ġeneralment jiġu mqassmin permezz taʼ mezz taʼ komunikazzjoni organizzat, u Jehovah b’mod simili għamel provvediment spiritwali għall-​poplu tiegħu. Per eżempju, l-​Iżraeliti kienu “l-​ġemgħa tal-​Mulej” għal xi 1,500 sena. Fosthom kien hemm dawk li qdew bħala l-​mezz taʼ komunikazzjoni t’Alla biex jgħallmu l-​Liġi tiegħu. (1 Kronaki 28:8; 2 Kronaki 17:7-9) Fl-​ewwel seklu E.K., Jehovah ipproduċa l-​organizzazzjoni Kristjana. Ġew ifformati kongregazzjonijiet, u dawn iffunzjonaw taħt id-​direzzjoni taʼ ġemgħa li tiggverna magħmula minn appostli u rġiel ixjeħ. (Atti 15:22-31) L-​istess illum, Jehovah jittratta mal-​poplu tiegħu permezz taʼ ġemgħa organizzata. Dan kif nafuh?

4. Min ta prova li kien “l-​irsir leali u diskret” fiż-​żminijiet moderni, u l-​provvedimenti spiritwali t’Alla kif jintgħamlu disponibbli?

4 Ġesù qal li fiż-​żmien tal-​preżenza tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna, “l-​irsir leali u diskret” kellu jinstab li qiegħed jipprovdi “ikel . . . fiż-​żmien xieraq” għas-​segwaċi Tiegħu. (Mattew 24:45-47, NW) Meta Ġesù ngħata t-​tron bħala Sultan tas-​sema fl-​1914, min ta prova li kien dan l-​“irsir”? Ċertament mhux il-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Fil-​parti l-​kbira, huma kienu qegħdin jitimgħu lill-​merħliet tagħhom propaganda li appoġġjat lill-​gvernijiet nazzjonali tagħhom stess fl-​Ewwel Gwerra Dinjija. Imma ikel spiritwali xieraq u f’waqtu kien qiegħed jiġi mqassam mill-​grupp taʼ Kristjani veri li kienu midlukin mill-​ispirtu qaddis t’Alla u kienu parti minn dik li Ġesù sejjaħ il-​“merħla ċkejkna.” (Luqa 12:32) Dawn il-​Kristjani midlukin ippridkaw is-​Saltna t’Alla minflok ma ppridkaw il-​gvernijiet tal-​bniedem. Bħala riżultat, matul is-​snin miljuni taʼ “ngħaġ oħra” li kienu disposti b’mod taʼ tjieba ngħaqdu maʼ l-​“irsir” midluk f’li jipprattikaw il-​vera reliġjon. (Ġwann 10:16) Billi juża l-​“irsir leali” u l-​Ġemgħa li Tiggverna tiegħu tal-​preżent, Alla jidderieġi lill-​poplu organizzat tiegħu biex jagħmel ikel spiritwali, ilbies, u kenn disponibbli għal dawk kollha li jixtiequ li jkollhom dawn il-​provvedimenti.

‘IKEL FIŻ-​ŻMIEN XIERAQ’

5. Liema kundizzjoni spiritwali teżisti fid-​dinja llum, imma Jehovah x’qiegħed jagħmel dwar dan?

5 Ġesù qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss igħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.” (Mattew 4:4) B’dispjaċir, iżda, il-​maġġoranza vasta tan-​nies m’humiex qegħdin attenti għall-​affarijiet mitkellmin minn Alla. Bħalma kien imbassar minn Għamos il-​profeta taʼ Jehovah, hemm “mhux il-​ġuħ tal-​ħobż, lanqas il-​għatx għall-​ilma, iżda għas-​smigħ tal-​kelma tal-​Mulej.” (Għamos 8:11) Saħansitra nies reliġjużi ħafna jinsabu mġewħin spiritwalment. Minkejja dan, ir-​rieda taʼ Jehovah hija li “l-​bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħarfu l-​verità.” (1 Timotju 2:3, 4) Fi qbil maʼ dan, hu qiegħed jipprovdi ikel spiritwali bl-​abbundanza. Imma minn fejn jistaʼ jiġi miksub?

6. Jehovah kif temaʼ lill-​poplu tiegħu spiritwalment fil-​passat?

6 Matul l-​istorja, Jehovah qassam ikel spiritwali lin-​nies tiegħu bħala grupp. (Isaija 65:13) Per eżempju, il-​qassisin Iżraeliti ġemgħu lil irġiel, nisa, u tfal biex bħala grupp jgħallmuhom il-​Liġi t’Alla. (Dewteronomju 31:9, 12) Taħt id-​direzzjoni tal-​ġemgħa li tiggverna, il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu organizzaw kongregazzjonijiet u għamlu laqgħat għat-​tagħlim u l-​inkuraġġiment taʼ kulħadd. (Rumani 16:5; Filemon 1, 2) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah isegwu dan il-​mudell. Int kordjalment mistieden biex tattendi l-​laqgħat tagħhom kollha.

7. Attendenza regulari għal-​laqgħat Kristjani kif inhi relatata maʼ l-​għarfien u l-​fidi?

7 M’għandniex xi ngħidu, għandu mnejn li int diġà tgħallimt ħafna fl-​istudju persunali tiegħek tal-​Bibbja. Forsi għenek xi ħadd. (Atti 8:30-35) Imma l-​fidi tiegħek tistaʼ tiġi mqabbla maʼ pjanta li se tinxef u tmut jekk ma tingħatax kura xierqa. Għaldaqstant, int trid tirċievi nutriment spiritwali xieraq. (1 Timotju 4:6) Il-​laqgħat Kristjani jipprovdu programm kontinwu taʼ tagħlim imfassal biex jagħtik nutriment spiritwali u jgħinek tibqaʼ tikber fil-​fidi hekk kif tiżdied fl-​għarfien dwar Alla.—Kolossin 1:9, 10.

8. Għala aħna inkuraġġiti biex nattendu għal-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah?

8 Il-​laqgħat jaqdu skop vitali ieħor. Pawlu kiteb: “Naraw kif nistgħu nħajru lil xulxin għal l-​imħabba u għall-​egħmil tajjeb. Ma ninqatgħux mil-​laqgħat tagħna flimkien.” (Lhud 10:24, 25) Il-​kelma Griega tradotta “nħajru” tistaʼ tfisser ukoll “insinnu.” Proverbju fil-​Bibbja jistqarr: “Kif il-​ħadid isinn il-​ħadid, hekk jitgħallem [“isinn,” KŻ] wieħed mill-​ieħor.” (Proverbji 27:17) Ilkoll kemm aħna neħtieġu ‘li ninsinnu’ kontinwament. Pressjonijiet taʼ kuljum mid-​dinja jistgħu jdgħajfu l-​fidi tagħna. Meta nattendu l-​laqgħat Kristjani, hemm tpartit taʼ inkuraġġiment. (Rumani 1:11, 12) Membri tal-​kongregazzjoni jsegwu t-​twissija taʼ l-​appostlu Pawlu biex ‘ikomplu jfarrġu lil xulxin u jibnu lil xulxin,’ u affarijiet bħal dawn isinnu l-​fidi tagħna. (1 Tessalonkin 5:11) Preżenza regulari fil-​laqgħat Kristjani tindika wkoll li nħobbu lil Alla u tagħtina opportunitajiet biex infaħħruh.—Salm 35:18.

“ILBSU L-​IMĦABBA”

9. Jehovah kif ta l-​eżempju f’li juri mħabba?

9 Pawlu kiteb: “Ilbsu l-​imħabba, li hi l-​qofol tal-​perfezzjoni.” (Kolossin 3:14) Jehovah bil-​ħniena kollha pprovda dan l-​ilbies għalina. B’liema mod? Il-​Kristjani jistgħu juru mħabba għaliex din hija waħda mill-​frottiet taʼ l-​ispirtu qaddis taʼ Jehovah mogħtijin minnu. (Galatin 5:22, 23) Jehovah innifsu wera l-​akbar imħabba billi bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu sabiex inkunu nistgħu jkollna ħajja taʼ dejjem. (Ġwann 3:16) Din it-​turija suprema taʼ mħabba pprovdiet mudell għalina f’li nesprimu din il-​kwalità. “Jekk Alla ħabbna daqshekk,” kiteb l-​appostlu Ġwanni, “aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin.”—1 Ġwann 4:11.

10. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​‘aħwa kollha’?

10 Li tattendi l-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna se jagħtik opportunità eċċellenti biex turi mħabba. Hemmhekk se tiltaqaʼ maʼ varjetà kbira taʼ nies. Bla dubju se tħossok tinġibed lejn ħafna minnhom mill-​ewwel. M’għandniex xi ngħidu, il-​personalitajiet ivarjaw saħansitra fost dawk li qegħdin jaqdu lil Jehovah. Forsi fil-​passat int sempliċement evitajt nies li ma kellhomx l-​istess interessi jew karatteristiċi tiegħek. Il-​Kristjani, iżda, iridu ‘jħobbu l-​aħwa kollha.’ (1 Pietru 2:17) Għalhekk, agħmilha l-​mira tiegħek li ssir familjari maʼ dawk fis-​Sala tas-​Saltna—saħansitra individwi li l-​età, il-​personalità, ir-​razza, jew il-​livell t’edukazzjoni tagħhom għandhom mnejn ikunu differenti minn tiegħek. X’aktarx se ssib li kull wieħed jibbrilla f’xi kwalità li tiġbdek lejh.

11. Għala m’għandekx tkun inkwetat bil-​varjetà taʼ personalitajiet fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah?

11 Il-​varjetà taʼ personalitajiet fil-​kongregazzjoni m’għandhiex għalfejn tinkwetak. Biex nagħtu eżempju, immaġina li partita vetturi qegħdin jivvjaġġaw maġenbek fi triq. Mhux kollha għaddejjin bl-​istess veloċità, lanqas m’huma lkoll fl-​istess kundizzjoni. Xi wħud ivvjaġġaw ħafna mili, imma bħalek, oħrajn għadhom kif bdew. Minkejja dawn id-​differenzi, madankollu, ilkoll qegħdin jivvjaġġaw fl-​istess direzzjoni. Huwa simili fil-​każ taʼ individwi li jifformaw kongregazzjoni. Mhux ilkoll jiżviluppaw kwalitajiet Kristjani bl-​istess ħeffa. Barra minn hekk, mhux kollha għandhom l-​istess kundizzjoni fiżika jew emozzjonali. Xi wħud ilhom iqimu lil Jehovah għal ħafna snin; oħrajn għadhom kif bdew. Madankollu, ilkoll qegħdin jivvjaġġaw matul it-​triq għall-​ħajja taʼ dejjem, “magħqudin għalenija, fehma waħda, u ħsieb wieħed.” (1 Korintin 1:10, KŻ) Għalhekk, fittex il-​kwalitajiet superjuri minflok ma tfittex id-​dgħjufijiet taʼ dawk fil-​kongregazzjoni. Li tagħmel dan se jqawwilek qalbek, għax se tirrealizza li Alla hu tassew fost dawn in-​nies. U żgur li dan huwa fejn int trid li tkun.—1 Korintin 14:25.

12, 13. (a) Jekk xi ħadd fil-​kongregazzjoni joffendik, x’tistaʼ tagħmel? (b) Għala huwa importanti li ma żżommx f’qalbek?

12 Ladarba l-​bnedmin kollha huma imperfetti, kultant xi ħadd fil-​kongregazzjoni jistaʼ jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tiskurmentak. (Rumani 3:23) Id-​dixxiplu Ġakbu b’mod realistiku kiteb: “Aħna lkoll niżbaljaw, u taʼ sikwit; jekk xi ħadd ma jiżbaljax f’dak li jgħid, dan ikun perfett.” (Ġakbu 3:2) Kif se tirreaġixxi jekk xi ħadd joffendik? Proverbju fil-​Bibbja jgħid: “Bniedem bil-​għaqal [“dehen,” NW] idum ma jagħdab, hu ġieħ għalih jagħlaq għajnejh għall-​offiża.” (Proverbji 19:11) Li jkollok id-​dehen ifisser li tara x’hemm wara sitwazzjoni, li tifhem sew fatturi bażiċi li jġiegħlu lil persuna titkellem jew taġixxi b’ċertu mod. Il-​biċċa l-​kbira minna nużaw ħafna dehen f’li niskużaw l-​iżbalji tagħna stess. Għala ma nużawhx ukoll biex nifhmu u ngħattu l-​imperfezzjonijiet t’oħrajn?—Mattew 7:1-5; Kolossin 3:13.

13 Qatt tinsa li rridu naħfru lil oħrajn jekk aħna nfusna rridu li nirċievu maħfra mingħand Jehovah. (Mattew 6:9, 12, 14, 15) Jekk qegħdin nipprattikaw il-​verità, se nittrattaw lil oħrajn b’imħabba. (1 Ġwann 1:6, 7; 3:14-16; 4:20, 21) Għalhekk, jekk tinqalagħlek problema maʼ xi individwu fil-​kongregazzjoni, iġġieled kontra li żżomm f’qalbek. Jekk int imlibbes bl-​imħabba, se tistinka biex issolvi l-​problema, u mhux se taħsibha darbtejn biex tagħmel apoloġija jekk tkun ikkaġunajt offiża.—Mattew 5:23, 24; 18:15-17.

14. B’liema kwalitajiet għandna nkunu mlibbsin?

14 L-​ilbies spiritwali tagħna għandu jinkludi kwalitajiet oħrajn li huma relatati mill-​qrib maʼ l-​imħabba. Pawlu kiteb: “Ilbsu mela sentimenti taʼ ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar.” Dawn il-​karatteristiċi, iċċirkondati bl-​imħabba, huma parti mill-​“bniedem il-​ġdid” devot. (Kolossin 3:10, 12) Se tagħmlu int l-​isforz biex tlibbes lilek innifsek b’dan il-​mod? Speċjalment jekk tlibbes lilek innifsek b’imħabba taʼ l-​aħwa se jkollok marka li tidentifika lid-​dixxipli taʼ Ġesù, għax hu qal: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwann 13:35.

POST TAʼ SIGURTÀ

15. Il-​kongregazzjoni kif inhi bħal kenn?

15 Il-​kongregazzjoni sservi wkoll bħala kenn, refuġju protettiv fejn tistaʼ tħossok fis-​sigurtà. Fiha se ssib nies taʼ qalb onesta li qegħdin jistinkaw biex jagħmlu dak li huwa sewwa f’għajnejn Alla. Ħafna minnhom eliminaw l-​istess prattiċi u attitudnijiet ħżiena li għandu mnejn li int qiegħed tissielet biex tegħlibhom. (Titu 3:3) Huma jistgħu jgħinuk, għax jintqalilna biex ‘nerfgħu t-​tagħbija taʼ xulxin.’ (Galatin 6:2) Naturalment, li ssegwi korsa li twassal għall-​ħajja taʼ dejjem hija fl-​aħħar mill-​aħħar ir-​responsabbiltà tiegħek stess. (Galatin 6:5; Filippin 2:12) Madankollu, Jehovah ipprovda l-​kongregazzjoni Kristjana bħala mezz taʼ l-​għaġeb t’għajnuna u t’appoġġ. Ikunu kemm ikunu taʼ niket il-​problemi tiegħek, għandek sors t’appoġġ imprezzabbli disponibbli għalik—kongregazzjoni li tħobb u li se tieqaf miegħek fi żminijiet taʼ niket jew għaks.—Qabbel Luqa 10:29-37; Atti 20:35.

16. L-​anzjani tal-​kongregazzjoni liema għajnuna jipprovdu?

16 Fost dawk li jkunu ħfief biex jissieħbu miegħek ħalli jappoġġjawk hemm “għotjiet fi rġiel”—anzjani, jew indokraturi, maħturin tal-​kongregazzjoni li jirgħu l-​merħla minn rajhom u bil-​ħerqa. (Efesin 4:8, 11, 12 [NW]; Atti 20:28; 1 Pietru 5:2, 3) Dwarhom, Isaija pprofetizza: “Kull wieħed ikun bħal ilqugħ għar-​riħ, u kenn fit-​tempesta, bħal swieqi taʼ l-​ilma f’art niexfa, bħal dell taʼ blata kbira fuq art imħeddla.”—Isaija 32:2.

17. (a) Ġesù liema xorta t’għajnuna ried speċjalment jagħti? (b) Alla liema provvediment wiegħed li jagħmel għall-​poplu tiegħu?

17 Meta Ġesù kien fuq l-​art, indokrar b’imħabba mill-​mexxejja reliġjużi kien nieqes b’mod deplorevoli. Il-​kundizzjoni tan-​nies qanqlitu profondament, u hu speċjalment ried jgħinhom spiritwalment. Ġesù tħassarhom għaliex “kienu mdejqa u mitluqa bħal ngħaġ bla ragħaj.” (Mattew 9:36) Dan kemm jiddeskriviha tajjeb is-​sitwazzjoni mwiegħra tal-​preżent taʼ ħafna wħud li jissaportu problemi taʼ qtigħ il-​qalb bla m’għandhom lil ħadd lejn min iduru għal għajnuna u faraġ spiritwali! Imma n-​nies taʼ Jehovah tassew li għandhom assistenza spiritwali, għax hu wiegħed: “[I]nqiegħed fuqhom ragħajja li jirgħawhom, u ma jitbeżżgħux aktar, ma jitwaħħxux; u ħadd minnhom ma jonqos.”—Ġeremija 23:4.

18. Għala għandna navviċinaw lil xi anzjan jekk ikollna bżonn għajnuna spiritwali?

18 Sir afhom lill-​anzjani maħturin fil-​kongregazzjoni. Huma għandhom ħafna esperjenza fl-​applikar taʼ l-​għarfien dwar Alla, għax laħqu l-​kwalifiki mniżżlin fil-​Bibbja għal indokraturi. (1 Timotju 3:1-7; Titu 1:5-9) Iżżommx lura milli tavviċina lil xi wieħed minnhom jekk ikollok bżonn għajnuna spiritwali biex tegħleb xi vizzju jew xi karatteristika li hija f’konflitt mal-​ħtiġijiet t’Alla. Se ssib li l-​anzjani jsegwu t-​twissija taʼ Pawlu: ‘Agħmlu l-​qalb lill-​beżżiegħa [“erwieħ dipressi,” NW], għinu lid-​dgħajfa, stabru b’kulħadd.’—1 Tessalonkin 2:7, 8; 5:14.

GAWDI S-​SIGURTÀ MAL-​POPLU TAʼ JEHOVAH

19. Jehovah liema barkiet xeħet fuq dawk li jfittxu s-​sigurtà ġewwa l-​organizzazzjoni tiegħu?

19 Għalkemm issa ngħixu fost kundizzjonijiet imperfetti, Jehovah jipprovdilna ikel spiritwali, ilbies, u kenn. M’għandniex xi ngħidu, irridu nistennew id-​dinja ġdida mwiegħda t’Alla sabiex nesperjenzaw il-​benefiċċji taʼ ġenna fiżika. Imma dawk li huma parti mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah qegħdin fil-​preżent igawdu s-​sigurtà taʼ ġenna spiritwali. Dwarhom, Eżekjel ipprofetizza: “Jgħixu bi kwiethom u ħadd ma jbeżżagħhom aktar.”—Eżekjel 34:28; Salm 4:9 [Salm 4:8, NW]).

20. Jehovah kif se jpatti għal kwalunkwe ħaġa li għandna mnejn nissagrifikaw minħabba l-​qima tiegħu?

20 Kemm nistgħu nkunu grati li Jehovah jagħmel provvedimenti spiritwali taʼ mħabba permezz tal-​Kelma u taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu! Ersaq qrib lejn in-​nies t’Alla. Iżżommmx lura minħabba l-​biżaʼ taʼ dak li jistgħu jaħsbu dwarek il-​ħbieb jew il-​qraba talli qiegħed tieħu l-​għarfien dwar Alla. Xi wħud għandhom mnejn juru diżapprovazzjoni minħabba li qiegħed tassoċja max-​Xhieda taʼ Jehovah u qiegħed tattendi l-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna. Imma Alla se jpattilek bil-​kbir kwalunkwe ħaġa li int tissagrifika minħabba l-​qima tiegħu. (Malakija 3:10) Iktar minn hekk, Ġesù qal: “Fost dawk kollha li minħabba fija u l-​Bxara t-​tajba jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-​egħlieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-​dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar u aħwa u ommijiet u wlied u egħlieqi flimkien maʼ persekuzzjonijiet, u l-​ħajja taʼ dejjem fiż-​żmien li ġej.” (Mark 10:29, 30) Iva, kien x’kien dak li ħallejt warajk jew li trid tissaporti, int tistaʼ ssib sħubija li tgħaxxqek u sigurtà spiritwali fost il-​poplu t’Alla.

ITTESTJA L-​GĦARFIEN TIEGĦEK

Min hu “l-​irsir leali u diskret”?

Jehovah liema provvediment għamel biex jitmagħna spiritwalment?

Dawk fil-​kongregazzjoni Kristjana kif jistgħu jgħinuna?

[Stampa taʼ paġna sħiħa f’paġna 165]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja