Introduzzjoni għal sezzjoni 14
Il-Kristjani tal-bidu xandru l-aħbar tajba tas-Saltna sal-iktar parti ’l bogħod tal-art. Ġesù tahom gwida fejn għandhom jippritkaw u b’mod mirakoluż tahom l-abbiltà li jgħallmu bil-lingwi li jitkellmu n-nies. Ġeħova tahom il-kuraġġ u l-qawwa biex jegħlbu persekuzzjoni ħarxa.
Ġesù ta lill-appostlu Ġwanni viżjoni tal-glorja taʼ Ġeħova. F’viżjoni oħra, Ġwanni ra s-Saltna tas-smewwiet tirbaħ lil Satana u teqred darba għal dejjem il-ħakma tiegħu. Hu ra wkoll lil Ġesù jmexxi bħala Sultan u l-144,000 imexxu miegħu. Ġwanni ra wkoll id-dinja kollha ssir ġenna tal-art fejn kulħadd iqim lil Ġeħova fil-paċi u fl-unità.